Mur għall-kontenut ewlieni

IL-PRODOTTI DIFETTUŻI

Couleur Chapitre Safety Orange
Image Chapitre
Titre d'image Chapitre (infobulle)
Texte alternatif d'image Chapitre
Contenu

Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha wkoll l-opportunità tippreċiża d-drittijiet tal-konsumaturi meta dawn isostnu li l-prodott li jkun ġie kkunsinnat lilhom ikollu nuqqas ta' konformità.

Fl-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li n-nuqqasijiet ta' konformità li joħorġu f'terminu ta' sitt xhur mill-kunsinna tal-oġġett għandhom ikunu preżunti li kienu jeżistu fil-mument tal-kunsinna. B'hekk, filwaqt li l-konsumatur huwa meħtieġ jipprova l-eżistenza tan-nuqqas u li dan ħareġ fit-terminu ta' sitt xhur, huwa ma huwiex meħtieġ jipprova l-kawża ta' dan in-nuqqas u lanqas ma huwa meħtieġ jistabbilixxi li l-oriġini tiegħu hija imputabbli lill-bejjiegħ (sentenza tal-4 ta' Ġunju 2015, Froujke Faber, C-497/13).

Fil-każ li prodott difettuż jiġi ssostitwit, il-konsumatur ma huwiex meħtieġ jikkumpensa lill- bejjiegħ għall- użu li jkun għamel mill- oġġett difettuż (sentenza tas-17 ta' April 2008, Quelle, C-404/06). Barra minn hekk, il-bejjiegħ huwa obbligat ineħħi l-oġġett difettuż u jinstalla l-oġġett li jissostitwixxih jew ibati l-ispejjeż meħtieġa għal dawn l-operazzjonijiet (sentenza tas-16 ta' Ġunju 2011, Gebr. Weber u Putz, C-65/09 u C-87/09).

Fl-aħħar nett, fl-assenza ta' kunsens xjentifiku, il-prova ta' difett tal-vaċċin u r-rabta kawżali bejn dan il-vaċċin u marda tista' tingħata permezz ta' sensiela ta' provi gravi, preċiżi u konkordanti, bħalma huma l-prossimità temporali bejn it-tilqima u l-okkorrenza ta' marda, l-assenza ta' anteċedenti mediċi personali u familjari tal-persuna mlaqqma kif ukoll l-eżistenza ta' numru sinjifikattiv ta' każijiet irrapportati (sentenza tal-21 ta' Ġunju 2017, W et, C-621/15).

Document