Couleur Chapitre | Maximum Green |
Image Chapitre |
![]() |
Titre d'image Chapitre (infobulle) | |
Texte alternatif d'image Chapitre | |
Contenu |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' spiss ikollha l-okkażjoni tieħu konjizzjoni ta' temi marbutin mal-ambjent, għaliex huma numerużi dawk l-atti li jiġu ppromulgati mill-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam. B'dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat deċiżjoni fuq il- protezzjoni ta' numerużi speċi ta' annimali (għasafar, fkieren, ħamsters, linċi, eċċ.), fuq it-trattament tal-iskart u tal-ilma urban mormi, fuq l-osservanza tal-valuri limiti għad-dijossidu tan-nitroġenu, fuq ir-regoli ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ġejjin mill-foki jew ukoll fuq il-kwoti ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Fil-kuntest tal-proċedura msejħa "nuqqas doppju" (għan-nuqqas ta' osservanza minn Stat Membru tal-ewwel sentenza mogħtija kontriha), il-Qorti tal-Ġustizzja kellha opportunitajiet timponi sanzjonijiet finanzjarji xi kultant kbar fuq Stati Membri li ma kinux implementaw is-sentenzi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali. B'hekk, l-ogħla somma f'daqqa (EUR 40 miljun) ġiet imposta fuq l-Italja fl-2014 għall-ksur tar-regoli tal- Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart (sentenza tat-2 ta' Diċembru 2014, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-196/13). Fir-rigward tal-ikbar pagament ta' penalità (EUR 57.77 miljun għal kull semestru ta' dewmien), hija Franza li kienet suġġetta għaliha fl-2005, talli ma kkontrollatx korrettament is-sajd ta' ċertu ħut (il-marlozz taħt id-daqs minimu meħtieġ mill-Unjoni, sentenza tat-12 ta' Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza, C-304/02). |
Document |