Mur għall-kontenut ewlieni



Il-Qorti Ġenerali

José Luís DA CRUZ VILAÇA
José Luís DA CRUZ VILAÇA

Imwieled fl-1944; gradwat fid-dritt u master fl-ekonomija politika mill-Università ta' Coimbra; duttur fl-ekonomija internazzjonali (Università ta' Pariġi I - Panthéon Sorbonne); servizz militari obbligatorju fi ħdan il-Ministeru tal-Marina (dipartiment tal-Ġustizzja, 1969-1972); Professur fl-Università Kattolika u fl-Università Ġdida ta' Lisbona; kien Professur fl-Università ta' Coimbra u fl-Università Lusíada ta' Lisbona (Direttur tal-Istitut ta' Studji Ewropej); membru tal-Gvern Portugiż (1980-1983): Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Intern, waqt il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Affarijiet Ewropej; deputat fil-Parlament Portugiż, viċi President tal-grupp Demokratiku Kristjan; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1988); President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1989-1995); avukat membru tal-Avukatura ta' Lisbona, espert fid-dritt Ewropew u fid-dritt tal-kompetizzjoni (1996-2012); membru tal-grupp ta' riflessjoni dwar il-futur tas-sistema ġudizzjarja tal-Komunitajiet Ewropej "Groupe Due" (2000); President tal-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni Ewropea (2003-2007); President tal-Assoċjazzjoni Portugiża tad-dritt Ewropew (mill-1999); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta 'Ottubru 2012 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Donal Patrick Michael Barrington
Donal Patrick Michael Barrington

Twieled fl-1928; ta' nazzjonalità Irlandiża; Avukat Anzjan; espert fid-dritt kostituzzjonali u fid-dritt kummerċjali; Imħallef fil-High Court; President tal-Kunsill Ġenerali tal-Avukatura tal-Irlanda; Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-King's Inns; President tal-Kummissjoni Edukattiva tal-Kunsill tal-King's Inns; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-10 ta' Jannar 1996; miet fil-3 ta' Jannar 2018.

Antonio SAGGIO
Antonio SAGGIO

Twieled fid-19 ta' Frar 1934; ta' nazzjonalità Taljana; Imħallef tat-Tribunale di Napoli; konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma, wara fil-Corte di cassazione; Segretarju fl-Uffiċċju leġiżlattiv tal-Ministeru tal-Ġustizzja; President tal-Kumitat Ġenerali għall-konferenza diplomatika għall-elaborazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Lugano; référendaire tal-Avukat Ġenerali Taljan fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tal-Iskola Superjuri tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Ruma; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru sas-17 ta' Settembru 1995; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-4 ta' Marzu 1998; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-5 ta' Marzu 1998 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fil-26 ta' Jannar 2010.

David Alexander Ogilvy EDWARD
David Alexander Ogilvy EDWARD

Twieled fl-14 ta' Novembru 1934; ta' nazzjonalità Britannika; avukat (l-Iskozja); King's Counsel (Avukat tal-Istat) (l-Iskozja); segretarju, wara Teżorier tal-Fakultà tal-Avukati; President tal-Kunsill Konsultattiv tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea; Professur Salvesen tal-Istituzzjonijiet Ewropej u d-Direttur tal-Europa Institute, Università ta' Edinburgh; Konsulent Speċjali tal-House of Lords Select Committee on the European Communities; Bencher Onorarju ta' Gray's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sad-9 ta' Marzu 1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Marzu 1992 sas-7 ta' Jannar 2004.

Heinrich Kirschner
Heinrich Kirschner

Twieled fl-1938; ta' nazzjonalità Ġermaniża; Maġistrat tal-Land Nordrhein-Westfalen, Uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ġustizzja (diviżjoni tad-dritt Komunitarju u tad-drittijiet tal-bniedem); Kollaboratur fil-kabinet tal-Membru Daniż tal-Kummissjoni u wara fid-DĠ III (suq intern); Kap tad-diviżjoni kriminali fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja; Kap ta' kabinet tal-Ministeru, u wara Direttur (Ministerialdirigent) ta' sotto-dipartiment kriminali; assistent lecturer fl-Università ta' Sarrebruck; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-6 ta' Frar 1997, id-data tal-mewt tiegħu.

Christos Yeraris
Christos Yeraris

Twieled fl-1938; ta' nazzjonalità Griega; Avukat tal-Conseil d'État, wara Avukat Anzjan tal-Istat; Membru tal-Qorti Speċjali Superjuri; Membru tat-Tribunali tat-trade marks; Konsulent tal-amministrazzjoni fil-qasam tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju; Professur tad-dritt Komunitarju fl-École nationale d'administration publique u l-Institut għat-Taħriġ Intern; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sat-18 ta' Settembru 1992.

Romain SCHINTGEN
Romain SCHINTGEN

Imwieled fl-1939; studja fil-fakultajiet tal-liġi u tax-xjenzi ekonomiċi tal-Universitajiet ta' Montpellier u ta' Pariġi; duttur tal-liġi (1964); avukat (1964); avukat quddiem il-Qorti tal-Appell (1967); amministratur ġenerali fil-Ministeru tax-Xogħolijiet u tas-Sigurtà Soċjali; membru (1978-1989) u wara president tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali; amministratur tas-Soċjeta Nazzjonali tal-Kreditu u Investiment u tas-Soċjetà Ewropea Satellitari (sal-1989); membru (1993-1995) u wara president tal-Kunsill tal-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu (1995-2004); għalliem fl-Università tal-Lussemburgu; membru nominat mill-Gvern tal-kumitat tal-Fond Soċjal Ewropej, tal-Kumitat Konsultattiv għall-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema u fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (sal-1989); imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-11 ta' Lulju 1996; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Lulju 1996 sal-14 ta' Jannar 2008.

Cornelis Paulus Briët
Cornelis Paulus Briët

Twieled fl-1944; ta' nazzjonalità Olandiża; Segretarju tad-dipartiment tas-sensari ta' assigurazzjonijiet D. Hudig & Co. u wara tal-impriża Granaria BV; Imħallef tal-Arrondissementsrechtsbank (tad-distrett) ta' Rotterdam; Membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Antilles Oldaniżi; Imħallef tad-Distrett f'Rotterdam; Viċi-president tal-Arrondissementsrechtsbank ta' Rotterdam; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-17 ta' Settembru 1998.

Bo Vesterdorf
Bo Vesterdorf

Imwieled fl-1945; ġurist lingwist fil-Qorti tal-Ġustizzja; amministratur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; imħallef assessur; attaché ġuridiku fir-Rappreżentazzjoni Permanenti tad-Danimarka għall-Komunità Ekonomika Ewropea; imħallef ad interim fl-Østre Landsret (Qorti tal-Appell); kap tas-sezzjoni dwar id-dritt kostituzzjonali u amministrattiv fil-Ministeru tal-Ġustizzja; direttur ta' dipartiment fil-Ministeru tal-Ġustizzja; lecturer universitarju; membru tal-Kumitat ta' Direzzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa (CDDH), u mbagħad membru tal-Bureau tas-CDDH; fl-2004, membru tal-kumitat ad hoc għat-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura fl-Akkademja tad-Dritt Ewropew fi Trier, il-Ġermanja; imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sas-17 ta' Settembru 2007.

Rafael García-Valdecasas y Fernández
Rafael García-Valdecasas y Fernández

Imwieled fl-1946; Abogado del Estado f'Jaén u fi Granada); Reġistratur tat-Tribunal Ekonomiku Amministrattiv ta' Jaén, wara f'Cordoba; membru tal-Kamra tal-Avukati (Jaén, Granada); Kap tas-servizz tal-proċeduri kontenzjużi Komunitarji fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; Kap tad-Delegazzjoni Spanjola għall-grupp tax-xogħol tal-Kunsill dwar il-ħolqien tal-Qorti tal-Prim'Istanza; imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-17 ta' Settembru 2007.

Jacques Biancarelli
Jacques Biancarelli

Twieled fl-1948; ta' nazzjonalità Franċiża; Spettur fit-Teżor; uffiċjal u wara Avukat tal-Conseil d'État; Konsulent guridiku f'diversi Ministeri; lecturer f'diversi kulleġġi professjonali u assistent lecturer f'diversi istituzzjonijiet u universitajiet; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja; Direttur tas-servizzi ġuridiċi tal-Crédit Lyonnais; President Onorarju tal-Assoċjazzjoni Ewropea tad-dritt bankarju u finanzjarju; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sat-18 ta' Settembru 1995; miet fil-9 ta' Settembru 2020.

Koen Lenaerts
Koen Lenaerts

Imwieled fl-1945; lic.iuris, Ph.D. fil-liġi (Katholieke Universiteit Leuven); Master of Laws, Master in Public Administration (Harvard University); professur fil-Katholieke Universiteit Leuven; visiting professor fl-universitajiet ta' Burundi, ta' Strasbourg u fil-Harvard University; professur fil-Collège d'Europe ta' Bruges; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja; avukat fil-Qorti ta' Brussell; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sas-6 ta' Ottubru 2003; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 2012 mis-8 ta' Ottubru 2015; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-8 ta' Ottubru 2015.

Christopher William Bellamy
Christopher William Bellamy

Twieled fl-1946; ta' nazzjonalità Britannika; barrister, Middle Temple; Avukat tal-Istat, speċjalizzat fid-dritt kummerċjali, fid-dritt Ewropew u fid-dritt pubbliku; koawtur tal-ewwel tliet edizzjonijiet ta' "Bellamy & Child, Common Market Law of Competition"; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Marzu 1992 sal-15 ta' Diċembru 1999.

Andreas Kalogeropoulos
Andreas Kalogeropoulos

Twieled fl-1944; ta' nazzjonalità Griega; avukat (Ateni); référendaire mal-Imħallfin Chloros u Kakouris fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tad-dritt pubbliku u tad-dritt Komunitarju (Ateni); Konsulent ġuridiku; attaché prinċipali fil-Qorti tal-Awdituri; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1992 sas-17 ta' Settembru 1998.

Virpi Tiili
Virpi Tiili

Imwielda fl-1942; gradwata fid-Dritt mill-Università ta' Helsinki; assistenta fid-dritt ċivili u fid-dritt kummerċjali fl-Universita' ta' Helsinki, Direttur għal Affarijiet Ġuridiċi u tal-Politika Kummerċjali tal-Kamra Ċentrali tal-Kummerċ tal-Finlandja; direttur ġenerali ma' l-Amministrazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi tal-Finlandja; membru ta' diversi kumitati governattivi u delegazzjonijiet, fosthom, membru tal-Kunsill ta' Sorveljanza tar-Reklamar ta' Mediċini (1988-1990), membru tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur (1990-1994), membru tal-Kunsill għall-Kompetizzjoni (1991-1994) u membru tal-Kumitat Editorjali tan-Nordic Intellectual Property Law Review (1982-1990); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Josef Azizi
Josef Azizi

Imwieled fl-1948; Duttur tal-liġi u ggradwat fix-xjenzi soċjali u ekonomiċi mill-Università ta' Vjenna; inkarigat mill-korsijiet u għalliem fl-Università tax-Xjenzi Ekonomici ta' Vjenna fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Vjenna u f'diversi universitajiet oħra; Professur onorarju fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Vjenna; Ministerialrat u Kap tad-Diviżjoni tal-Kanċellerija Federali; membru tal-Kumitat ta' tmexxija għall-kooperazzjoni ġuridika fil-Kunsill tal-Ewropa (CDCJ); mandatarju ad litem quddiem il-Verfassungsgerichtshof (Qorti Kostituzzjonali) fil-proċeduri ġudizzjarji għall-eżami tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet federali; koordinatur responsabbli għall-adattament tad-dritt federali Awstrijak mad-dritt Komunitarju; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-18 ta' Jannar 1995 sad-16 ta' Settembru 2013.

Pernilla LINDH
Pernilla LINDH

Imwielda fl-1942; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Lund; référendaire u Mħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Trollhättan (1971-1974); référendaire fll-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1974-1975); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Stokkolma (1975); Kunsillier għall-affarijiet ġuridiċi u amministrattivi tal-President tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1975-1978); Konsulent Speċjali fid-Domstolverket (Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati) (1977); Kunsillier fl-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja (Justice Chancellor) (1979-1980); Imħallef Assessur tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1980-1981); Kunsillier Ġuridiku fil-Ministeru tal-Kummerċ (1981-1982); Kunsillier Ġuridiku, wara Direttur u Direttur Ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1982-1995); titolu ta' ambaxxatur fl-1992; Viċi President tas-Swedish Market Court; inkarigata mill-kwistjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali waqt in-negozjati ŻEE (Viċi President u wara President tal-grupp EFTA) u waqt in-negozjati għall-adeżjoni tar-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2006; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2006 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

André Potocki
André Potocki

Twieled fl-1950; ta' nazzjonalità Franċiża; Segretarju Ġenerali tal-ewwel Presidenza tal-Cour de cassation (1988); viċi-President tat-Tribunal de Grande Instance ta' Pariġi (1990); Kap tad-Dipartiment tal-affarijiet Ewropej u internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1991); Konsulent fil-Cour d'appel ta' Pariġi u Professur assoċjat fl-Università ta' Pariġi X-Nanterre (1994); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sad-19 ta' Settembru 2001.

Rui Manuel Gens de Moura Ramos
Rui Manuel Gens de Moura Ramos

Twieled fl-1950; ta' nazzjonalità Portugiża; professur fil-fakultà tal-liġi ta' Coimbra u fil-fakultà tal-liġi tal-Università Kattolika ta' Porto; Detentur ta' Kattedra tal-Jean Monnet; Direttur ta' kors (fil-lingwa Franċiża) fl-Akkademja ta' dritt internazzjonali tal-Aja (1984) u Professur estern fil-fakultà tal-liġi fl-Università ta' Pariġi I (1995); rappreżentant tal-Ġvern Portugiż fil-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-dritt kummerċjali internazzjonali (Cnudci), fil-Konferenza tal-Aja tad-dritt internazzjonali privat, fil-Kummissjoni Internazzjonali tal-Istat Ċivili u fil-Kumitat fuq in-nazzjonalità tal-Kunsill tal-Ewropa; Membru tal-Istitut tad-dritt internazzjonali; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-31 ta Marzu 2003.

John D. Cooke
John D. Cooke

Imwieled fl-1944; membru tal-Avukatura tal-Irlanda mill-1966; membru wkoll tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales, l-Irlanda tat-Tramuntana u ta' New Wales tan-Nofsinhar ; Barrister prattikanti bejn l-1966 u l-1996 ; membru tal-Inner Bar fl-Irlanda (Senior Counsel) mill-1980 u ta' New Wales tan-Nofsinhar mill-1991 ; President tal-Kunsill tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea (CCBE) bejn l-1985 u l-1986; visiting professor fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Dublin; membru taċ-Chartered Institute of Arbitrators; President tar-Royal Zoological Society tal-Irlanda bejn l-1987 u l-1990; Bencher tal-Honorable Society of Kings Inns, Dublin; Honorary bencher tal-Lincoln's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Jannar 1996 sal-15 ta Settembru 2008; miet fid-29 ta' April 2022.

Jörg Pirrung
Jörg Pirrung

imwieled fl-1940; assistent riċerkatur fl-Università ta' Marbourg; duttur fid-dritt (Università ta' Marbourg); uffiċjal, imbagħad kap tas-sezzjoni "Dritt Internazzjonali Privat", u sussegwentement, kap ta' sotto-diviżjoni tad-dritt ċivili fil-Ministeru Federali tal-Gustizzja; membru tal-kunsill direttiv tal-Unidroit (1993-1998); president tal-Kummissjoni tal-Konferenza ta' Hague fuq id-Dritt Internazzjonali Privat stabbilita sabiex tipprepara abbozz tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal (1996); professur onorarju fl-Università ta' Trier (dritt privat internazzjonali u ta' proċedura, dritt Komunitarju); mill-2002, membru tal-kunsill tal-Fakultà tal-Istitut Max Planck tad-Dritt Barrani u Dritt Internazzjonali Privat f'Hamburg; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-11 ta' Gunju 1997 sas-17 ta' Settembru 2007; miet fl-24 ta' Ottubru 2019.

Paolo MENGOZZI
Paolo MENGOZZI

Imwieled fl-1938; Professur tad-Dritt Internazzjonali u inkarigat mill-Jean Monnet Chair of European Community Law tal-Università ta' Bologna; Duttur honoris causa tal-Università Carlos III ta' Madrid; visiting professor tal-universitajiet John Hopkins (Bologna Cener), St Johns (New York), Georgetown, Paris-II, Georgia (Athens) u tal-Institut Universitaire International (Lussemburgu); koordinatur tal-European Business Law Pallas Program, organizzat fi ħdan l-Università ta' Nijmegen; membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-kuntratti pubbliċi; Viċi Segretarju tal-Istat għall-Industrija u l-Kummerċ matul is-semestru tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill; membru tal-grupp ta' riflessjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u Direttur għas-sessjoni 1997 taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali ta' Den Haag li huwa ddedikat għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sat-3 ta' Mejju 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta 'Mejju 2006 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Michail Vilaras
Michail Vilaras

imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt mill-Università tal-Ateni (1973); diploma tal-studji approfonditi fid-dritt soċjali mill-Università tal-Pariġi II Panthéon-Sorbonne (1977); avukat (1974-1980); espert nazzjonali mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1988-1990), u mbagħad amministratur prinċipali fid-Direttorat Ġenerali V “Impjieg, relazzjonijiet industrijali, affarijiet soċjali” (1990-1994); awditur, uffiċjal legali u, mill-1999, konsulent fil-Kunsill tal-Istat Elleniku; membru assoċjat tal-Qorti suprema speċjali tal-Greċja; membru tal-Kumitat ċentrali għat-tfassil tal-abbozzi ta’ liġijiet tal-Greċja (1996-1998); direttur tas-Servizz Legali fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern Elleniku (1996-1998); Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1998-2010), President ta’ Awla mill-2004 sal-2010); Membru tal-Kunsill superjuri tal-ġustizzja amministrattiva (2011-2012); Membru tal-Qorti speċjali għat-tilwim dwar ir-remunerazzjonijiet tal-maġistrati u tal-Qorti speċjali għal kawżi kontra maġistrati (2013-2014); membru tal-bord konsultattiv ta’ esperti dwar il-kandidati għall-elezzjoni tal-Imħallfin fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2014-2015); membru tal-kumitat kompetenti sabiex jagħti opinjoni dwar il-kompetenza tal-kandidati għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2012-2015); lecturer tad-dritt Ewropew fl-Iskola nazzjonali tal-maġistratura (1995-1996 u 2012-2015); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2015 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Arjen W. H. Meij
Arjen W. H. Meij

Imwieled fl-1944; Konsulent mal-Qorti Suprema tal-Olanda (1996) ; Konsulent u viċi-president tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven (Qorti Amministrattiva tal-Kummerċ u l-Industrija) (1986) ; Konsulent ad interim tal-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u mal-Kummissjoni ġudizzjarja dwar id-dazji tad-dwana; Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1980); Għalliem tad-dritt Ewropew mal-Fakultà tal-liġi tal-Università ta' Groningen u assistent riċerkatur fil-University of Michigan Law School; membru tas-Segretarjat internazzjonali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Amsterdam (1970); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-17 ta' Settembru 1998 sas-13 ta' Settembru 2010.

Nicholas James Forwood
Nicholas James Forwood

Imwieled fl-1948; iggradwa mill-Università ta' Cambridge (B.A. fl-1969, M.A. fl-1973) (fix-xjenzi mekkaniċi u fil-liġi); membru tal-Avukatura tal-Ingilterra mill-1970, wara eżerċita l-professjoni ta' avukat f'Londra (1971-1999) kif ukoll fi Brussell (1979-1999); membru tal-Avukatura tal-Irlanda mill-1981; nominat bħala Queen's Counsel fl-1987 u bħala bencher tal-Middle Temple fl-1998; rappreżentant tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales mal-Kunsill tal-Avukaturi tal-Unjoni Ewropea (CCBE) u Chairman tad-Delegazzjoni Permanenti tas-CCBE fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja (1995-1999); membru tal-Bord tal-World Trade Law Association u tal-European Maritime Law Organization (1993-2002); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-15 ta' Dicembru 1999 sal-7 ta' Ottubru 2015.

Hubert Legal
Hubert Legal

Imwieled fl-1954; Conseiller d'État (Franza); student tal-École normale superieure de Saint-Cloud u tal-École nationale d'administration ; maħtur Professur tal-Ingliz (1979-1985) ; Rapporteur, imbagħad Commissaire du Gouvernement quddiem il-Kunsill tal-Istat meta tiltaqa' biex tisma' kawżi kontenzjużi (1988-1993) ; Conseiller juridique tar-Rapprezentazzjoni Permanenti ta' Franza fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York (1993-1997) ; Référendaire fl-Uffiċju tal-Imħallef Puissochet fil-Qorti tal-Ġustizzja (1997-2001) ; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mid-19 ta' Settembru 2001 sas-17 ta' Settembru 2007.

Maria Eugénia Martins de Nazaré Ribeiro
Maria Eugénia Martins de Nazaré Ribeiro

Imwielda fl-1956; studjat f'Lisbona, fi Brussell u fi Strasbourg; Advogada fil-Portugall u fi Brussell; riċerkatriċi indipendenti fl-Institut d'études européennes tal-Université Libre ta' Brussell; Référendaire mal-Imħallef Portugiż tal-Qorti tal-Ġustizzja, Moitinho de Almeida (1986-2000), wara tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza, Vesterdorf (2000-2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-Marzu 31, 2003 biex 19 Settembru, 2016.

Franklin Dehousse
Franklin Dehousse

Imwieled fl-1959; gradwat fil-liġi (Università ta' Liege, 1981); aspirant (Fonds national de la recherche scientifique, 1985-1989); Conseiller juridique mal-Kamra tar-Rappreżentanti (1981-1990); Duttur fil-Liġi (Università ta' Strasbourg, 1990); Professur (Universitajiet ta' Liège u ta' Strasbourg, Collège d'Europe, Institut Royal Supérieur de Défense, Université Montesquieu ta' Bordeaux; College Michel Servet des Universités de Paris; Fakultajiet Notre-Dame de la Paix f'Namur); rappreżentant speċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1995-1999); Direttur tal-Istudji Ewropej tal-Institut Royal des Relations Internationales (1998-2003); assessur mal-Kunsill tal-Istat (2001-2003); Konsulent mal-Kummissjoni Ewropea (1990-2003); Membru tal-Observatoire Internet (2001-2003); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mis-7 Ottubru, 2003 li Settembru 19, 2016.

Ena Cremona
Ena Cremona

Imwielda fl-1936; gradwata (B.A.) fil-lingwi mir-Royal University of Malta (1955); Duttur tal-Liġi (LL.D) mir-Royal University of Malta (1958); avukat Membru tal-Avukatura Maltija mill-1959; Konsulent Ġuridiku mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa (1964 -1979); membru tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (1987-1989); membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Lombard Bank (Malta) Ltd., bħala rappreżentanta tal-Azzjonijiet tal-Gvern (1987-1993); membru tal-Kummissjoni Elettorali mill-1993; membru tal-bord tat-teżijiet fil-Fakultà tar-Royal University of Malta; membru tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) (2003-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sal-22 ta’ Marzu 2012; mietet fl-24 ta’ Mejju 2024.

Ottó Czúcz
Ottó Czúcz

Imwieled fl-1946; Duttur tal-Liġi mill-Università ta' Szeged (1971); amministratur mal-Ministeru tax-Xogħol (1971-1974); lecturer u professur (1974-1989), dekan tal-Fakultà tal-Liġi (1989-1990), viċi-rettur (1992-1997) tal-Università ta' Szeged; avukat; membru tal-Presidium għall-Assigurazzjoni Nazzjonali dwar l-Irtirar; viċi-president tal-Istitut Ewropew tas-Sigurtà Soċjali (1998-2002); membru tal-kunsill tekniku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 Mejju, 2004 li Settembru 19, 2016.

Irena Wiszniewska-Białecka
Irena Wiszniewska-Białecka

Irena Wiszniewska-Białecka: imwielda fl-1947; gradwata fil-liġi mill-Università ta’ Varsavja (1965-1969); riċerkatriċi (assistenta, lecturer, professur) mal-Istitut għax-Xjenzi Ġuridiċi fl-Akkademja Pollakka għax-Xjenzi (1969-2004); assistenta riċerkatriċi fl-Istitut Max Planck tad-dritt barrani u internazzjonali dwar il-privattivi, dwar id-drittijiet tal-awtur u d-dritt tal-kompetizzjoni f’München (borża tal-Fondazzjoni AvH – 1985-1986); avukat (1992-2000); Imħallef fil-Qorti Suprema Amministrattiva (2001-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 Mejju 2004 sad-19 ta’ Settembru 2016; mietet fit-23 ta’ Mejju 2018.

Irena Pelikánová
Irena Pelikánová

Imwielda fl-1949; Duttur tal-Liġi, lecturer tad-dritt ekonomiku (qabel l-1989); wara "docteur ès sciences", professur tad-dritt kummerċjali (mill-1993) fil-Fakultà tal-Liġi taċ-Charles University fi Praga; Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà (1999-2002); avukat; membru tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Gvern Ċek (1998-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sad-26 ta' Settembru 2019.

Daniel Šváby
Daniel Šváby

Imwieled fl-1951; Duttur tal-Liġi (Università ta' Bratislava); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Bratislava; Imħallef fil-Qorti tal-Appell responsabbli għall-kawżi ta' dritt ċivili u Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta' Bratislava; Membru tas-Sezzjoni tad-dritt ċivili u tal-familja mal-Istitut tad-Dritt tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef ad interim fil-Qorti Suprema responsabbli għal kawżi ta' dritt kummerċjali; Membru tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Strasbourg); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (2000-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-12 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2009 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Vilenas Vadapalas
Vilenas Vadapalas

Imwieled fl-1954; Duttur tal-Liġi mill-Università ta' Moska; duttur awtorizzat jgħallem il-liġi, Università ta' Varsavja; professur fl-Università ta' Vilnius: dritt internazzjonali (mill-1981), drittijiet tal-bniedem (mill-1991) u dritt Komunitarju (mill-2000); konsulent mal-Gvern għall-affarijiet barranin (1991-1993); membru tal-grupp ta' koordinazzjoni tad-delegazzjoni għan-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew tal-Gvern (1997-2004); professur tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Vilnius u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet; President tal-Assoċjazzjoni Litwana għall-Istudji fuq l-Unjoni Ewropea; relatur tal-grupp ta' xogħol parlamentari għar-riforma kostituzzjonali dwar l-adeżjoni tal-Litwanja; Membru tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi (April 2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sad-16 ta' Settembru 2013.

Küllike Jürimäe
Küllike Jürimäe

Imwielda fl-1962; gradwata fil-liġi mill-Università ta' Tartu (1981-1986); Assistent tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika f'Talinn (1986-1991); gradwata mill-Iskola tad-Diplomazija tal-Estonja (1991-1992); konsulent ġuridiku (1991-1993) u Segretarja Eżekuttiva tat-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija (1992-1993); Imħallef tal-Qorti tal-Appell ta' Talinn (1993-2004); Masters Ewropew fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, Universitajiet ta' Padova u ta' Nottingham (2002-2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sal-23 ta' Ottubru 2013; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-23 ta' Ottubru 2013.

Ingrida Labucka
Ingrida Labucka

Imwielda fl-1963; gradwata fil-liġi mill-Università tal-Latvja (1986); Investigatur għall-Ministeru tal-Intern għar-Reġjun ta' Kirov u tal-Belt ta' Riga (1986-1989); Imħallef fil-Qorti tal-Appell ta' Riga (1990-1994); avukat (1994-1998 u Lulju 1999 - Mejju 2000); Ministru tal-Ġustizzja (Novembru 1998 - Lulju 1999 u Mejju 2000 - Ottubru 2002); Membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ ta' The Hague (2001-2004); Membru Parlamentari (2002-2004); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004 sas-25 ta' Frar 2020.

Verica TRSTENJAK
Verica TRSTENJAK

Imwielda fl-1962; eżami ġudizzjarju (1987); dottorat fil-Liġi mill-Università taLjubljana (1995); Professur tat-Teorija tad-dritt u tal-Istat (duttrina) u tad-dritt privat (mill-1996); riċerkatriċi; studji dottorali fl-Università ta' Zurich, fl-istitut tad-dritt komparattiv tal-Università ta' Vjenna, fl-Istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali privat f'Hamburg; fl-Università Ħielsa ta' Amsterdam (Vrije Universiteit ta' Amsterdam); visiting professor fl-Università ta' Vjenna, ta' Freiburg (Il-Ġermanja) u fl-iskola tad-dritt Bucerius f'Hamburg; Kap tas-Servizz Ġuridiku (1994-1996) u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija (1996-2000); Segretarju Ġenerali tal-Gvern (2000); membru tal-Grupp ta' Studju fuq il-Kodiċi Ċivili Ewropew (Study Group on European Civil Code) mill-2003; responsabbli għall-proġett ta' riċerka Humboldt (Humboldt Stiftung); pubblikazzjoni ta' aktar minn mitt artiklu u diversi kotba fuq id-dritt Ewropew u d-dritt privat; premju tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Sloveni bħala "Avukat tas-sena 2003"; membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali; Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-ġuristi Sloveni; membru ta' diversi assoċjazzjonijiet ta' ġuristi fosthom il-Gesellschaft für Rechtsvergleichung; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mis-7 ta' Lulju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006 sal-28 ta’ Novembru 2012.

Enzo Moavero Milanesi
Enzo Moavero Milanesi

Imwieled fl-1954; duttur fil-liġi (Università La Sapienza, Ruma); studji fid-dritt Komunitarju (Collège d'Europe, Bruges); irreġistrat fl-Avukatura, eżerċita l-professjoni ta' avukat (1978-1983); responsabbli tal-kors fid-Dritt Komunitarju tal-universitajiet La Sapienza, Ruma (1993-1996), Luiss, Ruma (1993-1996 u 2002-2006) u Bocconi (Milan) (1996-2000); Kunsillier għall-kwistjonijiet Komunitarji mal-Prim Ministru Taljan (1993-1995); uffiċjal mal-Kummissjoni Ewropea: kunsillier ġuridiku u sussegwentement kap tal-Uffiċċju tal-Viċi President (1989-1992), Kap ta' Kabinett tal-Kummissarju responsabbli għas-"Suq Intern" (1995-1999) u l-"Kompetizzjoni" (1999), direttur mad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni (2000-2002), Assistent Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2002-2005), Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Kunsillieri Politiċi (2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-3 ta’ Mejju 2006 sal-15 ta’ Novembru 2011.

Nils Wahl
Nils Wahl

Imwieled fl-1961 fi Stokkolma (l-Isvezja), Nils Wahl kiseb fl-iStockholms Universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja) it-titolu ta’ Juris kandidat (LL.M.) fl-1987 u dottorat fid-dritt fl-1995. Minn din id-data, huwa beda karriera prinċipalment universitarja li fil-kuntest tagħha sar professur assoċjat (għalliem) u titolari tal-katedra Jean-Monnet fid-dritt Ewropew imbagħad, fl-2001, professur tad-dritt Ewropew fl-iStockholms Universitet.

Mill-1993 sal-2004, Nils Wahl assuma l-funzjonijiet ta’ direttur ġenerali ta’ fondazzjoni li topera fil-qasam tat-taħriġ. Mill-2001 sal-2006, huwa barra minn hekk ippresjeda l-assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (in-Network għar-riċerka fid-dritt Komunitarju) u sar membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (il-Kunsill tad-Dritt tal-Kompetizzjoni, l-Isvezja).

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2006 sat-28 ta' Novembru 2012. Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-28 ta' Novembru 2012 sas-6 ta' Frar 2019. Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta’ Frar 2019 sas-7 ta’ Ottubru 2024.

Miro Prek
Miro Prek

Imwieled fl-1961; gradwat fil-liġi (1989); LL.M.; PhD; ammess fl-Avukatura (1994); diversi xogħlijiet u karigi fl-amministrazzjoni pubblika, prinċipalment fi ħdan l-uffiċċju governattiv responsabbli għal-leġiżlazzjoni (Assistent Segretarju tal-Istat u Viċi Direttur, Kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew u d-Dritt Komparattiv) u l-uffiċċju għall-affarijiet Ewropej (sottosegretarju tal-Istat); membru tad-delegazzjoni tan-negozjaturi għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (1994-1996) u għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea (1998-2002), responsabbli mill-kwistjonijiet legali; avukat prattikanti; Kap ta’ grupp u espert prinċipali fi proġetti ffinanzjati mill-UE dwar l-adattament għal-leġiżlazzjoni Ewropea u għall-integrazzjoni Ewropea prinċipalment fil-punent tal-Balkani; Kap ta' diviżjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (2004-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2006 sad-26 ta' Settembru 2019.

Teodor Tchipev
Teodor Tchipev

Imwieled fl-1940; gradwat fid-dritt mill-Università St Kliment Ohridski ta' Sofia (1961); dottorat fid-dritt (1977); avukat (1963-1964); konsulent legali fi ħdan l-impriża tal-Istat għat-trasport bit-triq internazzjonali (1964-1973); lecturer fl-Istitut ta' Dritt tal-Akkademja tax-Xjenzi Bulgara (1973-1988); lecturer dwar il-proċedura ċivili tal-fakultà tad-dritt tal-Università St Kliment Ohridski ta' Sofia (1988-1991); arbitru fil-Qorti ta' Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija (1988-2006); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (1991-1994); professur assoċjat fl-Università Paissiy Hilendarski ta' Plovdiv (Frar 2001-2006); Ministru tal-Ġustizzja (1994-1995); lecturer dwar il-proċedura ċivili fl-Università Ġdida Bulgara ta' Sofia (1995-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Jannar 2007 sad-29 ta' Ġunju 2010.

Valeriu M. Ciucă
Valeriu M. Ciucă

imwieled fl-1960; gradwat fid-dritt (1984), dottorat fid-dritt (1997) (Università Alexandre Jean Cuza ta' Iaşi); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Suceava (1984-1989); Imħallef militari fil-Qorti Militari ta' Iaşi (1989-1990); professur fl-Università Alexandre Jean Cuza ta' Iaşi (1990-2006); borża ta' studju ta' speċjalizzazzjoni fid-dritt privat fl-Università ta' Rennes (1991-1992); president ta' konferenza fl-Università Petre Andrei ta' Iaşi (1999-2002); professur soċju fl-Università tal-Littoral Côte d'Opale (LAB. RII) (2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Jannar 2007 sad-26 ta' Novembru 2010.

Alfred Dittrich
Alfred Dittrich

Imwieled fl-1950; studja l-liġi fl-Università ta' Erlangen-Nuremberg (1970-1975); Rechtsreferendar fil-qorti reġjonali superjuri ta' Nuremberg (1975-1978); amministratur fil-Ministeru Federali tal-Ekonomija (1978-1982); amministratur għar-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja mal-Komunitajiet Ewropej (1982); amministratur fil-Ministeru Federali tal-Ekonomija, inkarigat bi kwistjonijiet ta' dritt Komunitarju u ta' kompetizzjoni (1983-1992); kap tad-dipartiment "Dritt tal-Unjoni Ewropea" (1992-2007) fil-Ministeru tal-Ġustizzja; kap tad-delegazzjoni Ġermaniża tal-grupp ta' xogħol "Qorti tal-Ġustizzja" tal-Kunsill; aġent tal-Gvern Federali f'numru kbir ta' kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-26 ta' Settembru 2019.

Santiago Soldevila Fragoso
Santiago Soldevila Fragoso

Imwieled fl-1960; gradwat fid-Dritt mill-Università Autónoma de Barcelona (1983); Imħallef (1985); mill-1992 Maġistrat speċjalizzat fil-qasam amministrattiv, fejn serva fit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias, Santa Cruz de Tenerife (1992 u 1993), u fl-Audiencia Nacional (Madrid, Mejju 1998 sa Awwissu 2007), fejn iddeċieda appelli fil-qasam fiskali (VAT), u r-rikorsi diretti kontra d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ġenerali tal-Ministru tal-Ekonomija u d-deċiżjonijiet tiegħu fuq għajnuna mill-Istat jew responsabbiltà patrimonjali tal-amministrazzjoni; kif ukoll dawk imressqa kontra l-ftehim kollu tar-regolaturi ekonomiċi ċentrali fil-qasam bankarju, tal-borża, tal-enerġija, tal-assigurazzjoni, u antitrust; référendaire fil-Qorti Kostituzzjonali (1993-1998); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-16 ta' Settembru 2013.

Laurent Truchot
Laurent Truchot

Imwieled fl-1962; lawreat mill-Institut d'études politiques de Paris (1984); gradwat mill-École nationale de la magistrature (1986-1988); Imħallef tat-tribunal de grande instance de Marseille (Jannar 1988 - Jannar 1990); maġistrat fl-amministrazzjoni tal-kawżi ċivili u tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Jannar 1990 - Ġunju 1992); assistent amministratur, imbagħad amministratur għad-diviżjoni ġenerali tal-kompetizzjoni, tal-konsum u tal-eliminazzjoni tal-frodi fil-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija (Ġunju 1992 - Settembru 1994); kunsillier tekniku tal-gwardjan tas-siġilli, Ministru tal-Ġustizzja (Settembru 1994 - Mejju 1995); Imħallef tat-tribunal de grande instance de Nîmes (Mejju 1995 - Mejju 1996); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-Avukat Ġenerali Léger (Mejju 1996 - Diċembru 2001); référendaire konsulent għall-qorti ta' kassazzjoni (Diċembru 2001 - Awwissu 2007); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-16 ta' Settembru 2013.

Sten Frimodt Nielsen
Sten Frimodt Nielsen

Imwieled fl‑1963 f’Kopenħagen (id-Danimarka), Sten Frimodt Nielsen kiseb diploma fid-dritt mill‑Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka) fl‑1988.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż, mill‑1988 sal‑1991, qabel ma nħatar segretarju ta’ ambaxxata mar-Rappreżentanza Permanenti tad‑Danimarka għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York (l-Istati Uniti), mill‑1991 sal‑1994. Meta rritorna fid-Danimarka, għall-ewwel ingħaqad mas-servizz legali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż mill‑1994 sal‑1995 u, sussegwentement, mal-uffiċċju tal-Prim Ministru Daniż mill‑1995 sal‑1998, bħala konsulent u sussegwentement bħala konsulent prinċipali.

Mill‑1998 sal‑2001, huwa ngħaqad mar-rappreżentanza permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea bħala ministru konsulent. Mill‑2001 sal‑2002, huwa ngħaqad mill-ġdid mal-uffiċċju tal-Prim Ministru Daniż bħala konsulent speċjali għall-kwistjonijiet legali, kap tad-dipartiment u konsulent legali mill‑2002 sal‑2004, u sussegwentement bħala sottosegretarju tal-Istat u konsulent legali mill‑2004 sal‑2007.

S. Frimodt Nielsen iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim, mill‑1988 sal‑1991, bħala lettur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen), fejn sussegwentement assuma l-funzjonijiet ta’ professur assoċjat.

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007 sad-27 ta' Settembru 2023.

Kevin O
Kevin O'Higgins

Imwieled fl-1946; studja fil-Crescent College ta' Limerick, fil-Clongowes Wood College, fil-University College Dublin (B.A. degree and Diploma in European Law) fil-Kings Inns; sar membru tal-avukatura tal-Irlanda fl-1968; barrister (1968-1982); Senior Counsel (Inner Bar of Ireland, 1982-1986); Imħallef tas-Circuit court (1986-1997); Imħallef tal-High Court tal-Irlanda (1997-2008); Bencher of King's Inns; rappreżentat Irlandiż fil-Kunsill konsultattiv tal-qrati Ewropej (2000-2008); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mill-15 ta' Settembru 2008 sad-16 ta' Settembru 2013.

Dimitrios Gratsias
Dimitrios Gratsias

Imwieled fl-1957; gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Ateni (1980); gradwat fid-dritt pubbliku, wara studji fil-fond, mill-Università ta’ Pariġi I, Panthéon-Sorbonne (1981); mogħti ċertifikat miċ-ċentru universitarju ta’ studji Komunitarji u Ewropej (Università ta’ Pariġi) (1982); awditur mal-Conseil d'État (1985-1992); kariga ta’ “maître des requêtes” mal-Conseil d’État (1992-2005); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1994-1996); Membru assoċjat tal-Qorti suprema speċjali Griega (1998 u 1999); kariga ta’ “conseiller” mal-Conseil d'État (2005); Membru tal-Qorti speċjali adita b’kawżi kontra membri tas-sistema ġudizzjarja (2006); Membru tal-Kunsill superjuri tal-maġistratura amministrattiva (2008); Spettur tat-tribunali amministrattivi (2009-2010); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mill-25 ta’ Ottubru 2010 sal-7 ta' Ottubru 2021; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2021.

Andrei Popescu
Andrei Popescu

Imwieled fl-1948; iggradwat fil-liġi mill-università ta' Bukarest (1971); studji post-universitarji fid-dritt internazzjonali tax-xogħol u fid-dritt soċjali Ewropew, università ta' Genève (1973-1974); dottorat fid-dritt mill-università ta' Bukarest (1980); assistent għalliem stagiaire (1971-1973), assistent għalliem permanenti (1974-1985), imbagħad għalliem responsabbli għall-kors dwar id-dritt tax-xogħol fl-università ta' Bukarest (1985-1990); riċerkatur prinċipali fl-Istitut ta' riċerka xjentifika fil-qasam tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali (1990-1991); assistent direttur ġenerali (1991-1992), imbagħad direttur (1992-1996) fil-Ministeru tax-Xogħol u tal-Protezzjoni Soċjali; għalliem ewlieni (1997), imbagħad għalliem professur fl-Iskola nazzjonali ta' studji politiċi u amministrattivi, Bukarest (2000); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Integrazzjoni Ewropea (2001-2005); Kap ta' dipartiment fil-Kunsill leġiżlattiv tar-Rumanija (1996-2001 u 2005-2009); direttur fundatur tar-Rivista Rumena tad-dritt Ewropew; President tal-Għaqda Rumena tad-dritt Ewropew (2009-2010); aġent tal-Gvern Rumen quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea (2009-2010); Imħallef fil-Qorti Ġenerali sa 26 Nov 2010 sa 19 Settembru, 2016.)

Guido Berardis
Guido Berardis

Imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt (Università ta' Ruma, La Sapienza, 1973), lawreat fi studji għolja Ewropej mill-Collège d'Europe (Bruges, 1974-1975); uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (direttorat "Affarijiet internazzjonali" tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura, 1975-1976); membru tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1976-1991 u 1994-1995); rappreżentant tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu (1990-1991); référendaire mal-Imħallef G. F. Mancini tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1991-1994); Kunsillier ġuridiku mal-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej M. Monti (1995-1997) u F. Bolkestein (2000-2002); Direttur tad-Direttorat "Politika ta' kuntratti pubbliċi" (2002-2003), tad-Direttorat "Servizzi, proprjetà intellettwali u industrijali, mezzi tal-komunikazzjoni u protezzjoni ta' data" (2003-2005) u tad-Direttorat "Servizzi" (2005-2011) fid-Direttorat Ġenerali "Suq intern" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; Kunsillier ġuridiku prinċipali u direttur tal-grupp "Ġustizzja, libertà u sigurtà, dritt ċivili u dritt kriminali" fis-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea (2011-2012); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2012 sad-26 ta' Settembru 2019.

Carl Wetter
Carl Wetter

Imwieled fl-1949; gradwat fl-ekonomija (Bachelor of Arts, 1974) u fid-dritt (Master of Laws, 1977) mill-Università ta' Uppsala; amministratur fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1977); membru tal-Avukatura Svediża (mill-1983); membru tal-grupp ta' ħidma Svediż fuq id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali (ICC); għalliem tad-dritt tal-kompetizzjoni (Universitajiet ta' Lund u ta' Stokkolma); awtur ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-Marzu 18, 2013 biex 19 Settembru, 2016.

Egidijus Bieliūnas
Egidijus Bieliūnas

Imwieled fl-1950 ; diploma fid-dritt mill-Università ta' Vilnjus (1973); dottorat fid-dritt (1978), assistent, lecturer u sussegwentement dekan fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Vilnjus (1977-1992); konsulent fid-dipartiment legali tas-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja (1990-1992); konsulent fl-ambaxxata tal-Litwanja fil-Belġju (1992-1994); konsulent fl-ambaxxata tal-Litwanja fi Franza (1994-1996); Membru tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1996-1999); Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Litwanja (1999-2011); dekan fit-taqsima tal-ġustizzja kriminali fi ħdan l-Università ta' Vilnjus (2003-2013); rappreżentant tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Korp Konġunt ta' Sorveljanza tal-Eurojust (2004-2011); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja (2011-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013 sad-26 ta' Settembru 2019.

Viktor Kreuschitz
Viktor Kreuschitz

Imwieled fl‑1952 f’Budapest (l-Ungerija), Viktor Kreuschitz kiseb mill-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija) diploma fid-dritt fl‑1980, kif ukoll dottorat fid-dritt fl‑1981.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala assistent xjentifiku fl-Institut für Staats- und Verwaltungsrecht tal-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna) fl‑1980 qabel ma ngħaqad, bħala uffiċjal, mad-dipartiment għall-affarijiet Kostituzzjonali tal-Kanċellerija Federali Awstrijaka mill‑1981 sal‑1997. Barra minn hekk, huwa nħatar membru tad-Datenschutzkommission (il-Kumitat tal-Protezzjoni tad-Data, l-Awstrija) bejn l‑1987 u l‑1997.

Sussegwentement huwa ngħaqad mad-dipartiment legali tal-Kummissjoni Ewropea bħala konsulent legali u rrappreżenta lil din l-istituzzjoni, mill‑1997 sal‑2013, f’numru kbir ta’ kawżi mressqa quddiem il-qrati tal-Unjoni u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles.

Imħallef tal-Qorti Ġenerali  mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-15 ta Settembru 2022

Anthony Michael Collins
Anthony Michael Collins

Imwieled fl-1960 fi New Haven (l-Istati Uniti), Anthony Michael Collins kiseb lawrea fix-xjenzi ġuridiċi fit-Trinity College Dublin (il-Kulleġġ Trinity ta’ Dublin, l-Irlanda) fl-1984 u kiseb id-diploma ta’ Barrister-at-law fl-Honourable Society of King’s Inns (Dublin) fl-1986.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-avukatura tal-Irlanda bħala Barrister-at-law, mill-1986 sal-1990 u mill-1997 sal-2003 u, bħala Senior Counsel, mill-2003 sal-2013. Huwa waqqaf provviżorjament l-attività tiegħu ta’ Barrister-at-law bejn l-1990 u l-1997 biex jingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire mal-Imħallfin Thomas Francis O’Higgins (mill-1990 sal-1991) u John L. Murray (mill-1991 sal-1997). Huwa ġie nnominat membru tad-delegazzjoni permanenti tal-Kunsill tal-Avukaturi Ewropej (CCBE) fil-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles tal-Qorti tal-Ġustizzja (AELE) bejn l-2006 u l-2013. Mill-2015, huwa okkupa barra minn hekk il-pożizzjoni ta’ professur assoċjat fid-dritt tal-Unjoni fil-University College Cork (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Cork, l-Irlanda). Huwa awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kitbiet fuq id-dritt amministrattiv Irlandiż u d-dritt tal-Unjoni.

Imħallef mal-Qorti Ġenerali mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-7 ta' Ottubru 2021. Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2021 sal-7 ta' Ottubru 2024.

Ignacio Ulloa Rubio
Ignacio Ulloa Rubio

Imwieled fl-1967; digriet cum laude fil-liġi (1985-1990) u studji PhD (1990-1993) fl-Universidad Complutense, Madrid; prosekutur pubbliku ta' Gerona (2000-2003); konsulent għal affarijiet legali u tad-drittijiet tal-bniedem għall-Coalition Provisional Authority, Bagdad, l-Iraq (2003-2004); Imħallef tal-ewwel istanza fil-qasam taċ-ċivil u Mħallef tal-istruttorja (2003-2007) u sussegwentement Imħallef Anzjan, Gerona (2008); Assistent Kap ta' EUJUST LEX Integrated Rule of Law Mission for Iraq fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2005-2006); konsulent legali mal-Qorti Kostituzzjonali ta' Spanja (2006-2011 u 2013); Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà (2012-2013); espert ċivili fuq Rule of Law u Security Sector Reform fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2005-2011); espert estern fuq id-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja kriminali għall-Kummissjoni Ewropea (2011-2013); ta lectures u kiteb diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef mal-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013 sad-26 ta' Settembru 2019.

Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni

Imwieled fl‑1967 fi Voiron (Franza), Stéphane Gervasoni huwa ggradwat mill-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Grenoble (Franza) fl‑1988 u mill-École nationale d’administration (ENA) (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni) (Franza) fl‑1993 (Promotion Léon Gambetta).

Huwa fil-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Pariġi, Franza) li beda, fl‑1993, il-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal tas-smigħ u sussegwentement, mill‑1996, okkupa l-kariga ta’ maître des requêtes (kariga li żamm sal‑2008, sena li fiha nħatar fil-grad ta’ konsulent tal-Istat). F’din il-kapaċità, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż sal‑1997, u fl-istess ħin serva fit-taqsima soċjali (mill‑1996 sal‑1997). Fl‑istess waqt, huwa ngħata wkoll, mill‑1994 sal‑1996, il-funzjonijiet ta’ kummissarju tal-gvern mal‑kumitat speċjali ta’ kassazzjoni tal-pensjonijiet, li dak iż-żmien kien temporanjament inkluż fil‑Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), u, mill‑1995 sal‑1997, dawk ta’ konsulent legali mal-Ministeru għas‑Servizz Pubbliku Franċiż u tal-Ville de Paris.

Fl‑1997, Stéphane Gervasoni ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Yonne (Franza) bħala segretarju ġenerali, inkarigat ukoll mill-funzjonijiet ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Auxerre, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1999. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Savoie (Franza) fejn assuma, mill‑1999 sal‑2001, il-funzjonijiet ta’ segretarju ġenerali u dawk ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Chambéry (Franza).

Il-funzjonijiet li Stéphane Gervasoni eżerċita fi ħdan il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) u l-amministrazzjoni pubblika wassluh fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fejn huwa ngħaqad bħala référendaire mal-Imħallef Jean-Pierre Puissochet, mill‑2001 sal‑2005. Huwa nħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil‑5 ta’ Ottubru 2005, jum li fih ġiet stabbilita din il-qorti li kienet għadha kemm inħolqot. Huwa eżerċita l-funzjonijiet tiegħu hemmhekk sas‑6 ta’ Ottubru 2011, u dan bħala President ta’ Awla bejn is‑6 ta’ Ottubru 2008 u s‑6 ta’ Ottubru 2011.

Imsejjaħ lura fil-funzjonijiet tiegħu mal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), Stéphane Gervasoni kien, mill‑2011 sal‑2013, assistent tal-President tat-Tmien Awla tat-taqsima tal-kontenzjuż.

Barra minn hekk, huwa ddedika ruħu għal attivitajiet ta’ tagħlim, bħala lettur anzjan, mill‑1993 sal‑1995, fi ħdan l-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Pariġi, u mal-Université de Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu), mill‑2016. Barra minn hekk, huwa kien ukoll membru titolari tal-Bord tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) mill‑2001 sal‑2005, u membru tal-Bord tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) mill‑2011 sal‑2013.

Stéphane Gervasoni nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑16 ta’ Settembru 2013. Elett darbtejn minn sħabu bħala President ta’ Awla, huwa serva f’din il-kariga mill‑21 ta’ Settembru 2016 sad-19 ta’ Settembru 2022.

Ian Stewart Forrester
Ian Stewart Forrester

imwieled fl-1945; gradwat mill-Università ta’ Glasgow (MA fl-1965, LLB fl-1967) (storja u litteratura Ingliża, dritt); masters fid-dritt ċivil mill-Università Tulane ta’ Louisiana (MCL fl-1969); iskritt fil-kamra tal-avukati tal-Iskozja (1972) u fil-kamra tal-avukati ta’ New York (1977); maħtur bħala Queen’s Counsel (1988); iskritt fil-kamra tal-avukati tal-Ingilterra u ta’ Wales (1996) u fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (1999); eżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-kmamar tal-avukati ta’ Edinburgh, ta’ Brussell, ta’ Londra u ta’ New York; professur mistieden (1991) u dottorat honoris causa (2009) fl-Università ta’ Glasgow; bencher fil-Middle Temple (2012); arbitru fl-International Chamber of Commerce (ICC), fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID) u fil-Court of Arbitration for Sport (CAS); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta’ Ottubru 2015 sas-31 ta' Jannar 2020.

Constantinos Iliopoulos
Constantinos Iliopoulos

Imwieled fl‑1948 f’Ateni (il-Greċja), Constantinos Iliopoulos kiseb diploma fid-dritt mill-Panepistimio Athinon (l-Università ta’ Ateni, il-Greċja) fl‑1971 u diploma fix-xjenzi ekonomiċi mill-Oikonomiko Panepistimio Athinon (l-Università tal-Ekonomija ta’ Ateni, il-Greċja) fl‑1974. Huwa kompla bl-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg, il-Ġermanja), fejn iddefenda t-teżi tiegħu relatata mad-dritt tal-kompetizzjoni fl‑1984.

Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati fl‑1973, C. Iliopoulos eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑2016. Mill‑1992 sal‑2006, huwa serva fi ħdan l-Elliniki Epitropi Antagonismou (il-Kummissjoni Ellenika tal-kompetizzjoni). Mill‑2002 sal‑2003, kien konsulent legali tal-Gvern Ċiprijott fil-qasam tad-dritt tal-kumpanniji u tad-dritt tal-proprjetà intellettwali fid-dawl tal-adeżjoni ta’ Ċipru mal-Unjoni Ewropea. Mill‑2007 sal‑2009, kien konsulent legali mal-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u għall-Enerġija Grieg.

Fl-istess ħin, C. Iliopoulos iddedika ruħu għat-tagħlim fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg): huwa ġie ngaġġat hemm bħala assistent fid-dipartiment tad-dritt Ewropew mill‑1980 sal‑1984, bħala lettur tad-dritt Ewropew, tad-dritt Ewropew tal-konsumatur, tad-dritt Ewropew dwar il-kumpanniji, tad-dritt Ewropew dwar il-kummerċ u tad-dritt Ewropew tal-proprjetà intellettwali mill‑1992 sal‑2006 u bħala professur mistieden fl‑2015. Barra minn hekk, huwa għallem bħala professur tad-dritt ekonomiku internazzjonali u Ewropew mal-Fakultà tal-Liġi tad-Democritio Panepistimio Thrakis (l-Università Democritus ta’ Thrace, il-Greċja) mill‑2007 sal‑2015, imbagħad mill‑2015 sal‑2016, bħala professur fil-kuntest tal-programm ta’ master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt Ewropew tal-enerġija. Mill‑2016, C. Iliopoulos huwa professur onorarju u jgħallem korsijiet fid-dritt Ewropew tal-enerġija fil-kuntest ta’ dan il-programm ta’ master.

Awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, C. Iliopoulos iddedika ruħu għall-organizzazzjoni tar-riċerka legali f’pajjiżu fi ħdan l-Elliniki Enosi Eyropaikou Dikaiou (l-Assoċjazzjoni Ellenika għad-dritt Ewropew), li tagħha kien teżorier mill‑1987 sal‑2002, sussegwentement segretarju ġenerali mill‑2002 sal‑2019 u membru tal-bord ta’ amministrazzjoni mill‑2019. Mill‑2012 sal‑2016, kien membru fundatur u segretarju ġenerali, u sussegwentement, mill2017, President tal-Elliniki Enosi Dikaiou Energeias (l-Assoċjazzjoni Ellenika għad-Dritt tal-Enerġija).

Minħabba l-istudji ta’ dottorat li huwa kompla f’Hamburg għandu rabta mal-kultura ġuridika Ġermaniża u assuma l-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Assoċjazzjoni Ġermaniża-Ellenika tal-ġuristi (Hamburg) mill‑1987, u ta’ segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni Griega-Ġermaniża tal-Ġuristi (Ateni) mill‑1990. Bejn l‑2005 u l‑2011, huwa barra minn hekk kien membru tal-bord ta’ amministrazzjoni tal-Κentro Diethnous kai Eyropaikou Oikonomikou Dikaiou sti Thessaloniki (iċ-Ċentru għad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali u Ewropew ta’ Tessaloniki, il-Greċja).

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta’ April 2016 sal-15 ta’ Settembru 2022.

Leopoldo Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín
Leopoldo Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín

Imwieled fl-1957; diploma fid-dritt mill-Università Complutense ta' Madrid (1979) u master mill-Fletcher School of Law and Diplomacy tal-Università ta' Tufts (l-Istati Uniti) (1985); professor tad-dritt fl-Università CEU San Pablo (1985-1993); konsulent legali fil-Kunsill tal-Istat (1983-1996); segretarju Ġenerali tas-Center for the Advanced Study in the Social Sciences tal-Fondazzjoni Juan March (1991-1996); sottosegretarju fil-Ministeru tal-intern (1996-2001); ġurista ta' impriża (2001-2003); avukat (2004-2005); direttur tal-master fir-relazzjonijiet internazzjonali u professur tad-dritt fl-Instituto de Empresa (2007-2013); konsulent legali anzjan fil-Kunsill tal-Istat (2005-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016 sad-26 ta' Settembru 2019.

Dean Spielmann
Dean Spielmann

Imwieled fl‑1962 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Dean Spielmann kiseb diploma fid-dritt fl‑1988 fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) qabel ma kompla l-istudji tiegħu fil-Fitzwilliam College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fejn kiseb it-titolu ta’ Master of Laws fl‑1990.

Huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu mill‑1989 sal‑2004 u barra minn hekk kompla karriera universitarja fit-tagħlim tad-dritt kriminali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fost oqsma oħra. Mill‑1991 sal‑1997, huwa okkupa pożizzjoni ta’ assistent riċerkatur fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) u ta’ lettur assoċjat fl-Université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑1996 sal‑2006. Bejn l‑1997 u l‑2009, kien ukoll lettur fl-Université Nancy II (l-Università Nancy II, Franza) u, fl‑2017 u fl‑2018, għallem fl-Institut d'études politiques de Paris (l-Istitut ta’ Studji Politiċi ta’ Pariġi, Franza).

Barra minn hekk, huwa awtur ta’ numru ta’ xogħlijiet u artikli, u membru ta’ Kumitati Xjentifiċi u Editorjali ta’ numru ta’ rivisti legali.

Fl‑2000, huwa nħatar membru tal-kummissjoni konsultattiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lussemburgu, li fiha huwa serva sal‑2004. Bejn l‑2002 u l‑2004, kien ukoll membru tal-Kumitati tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dritt Kriminali tal-Conseil des barreaux européens (il-Kunsill tal-Kmamar tal-Avukati Ewropej, CCBE), iżda wkoll tan-netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

Maħtur imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg (Franza) fl‑2004, sar suċċessivament president ta’ sezzjoni fl‑2011, Viċi President fl‑2012 u sussegwentement President bejn l‑2012 u l‑2015.

Virgilijus Valančius
Virgilijus Valančius

Imwieled fl‑1963 fi Plungė (il-Litwanja), Virgilijus Valančius kiseb diploma fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑1986 kif ukoll dottorat fid-dritt mill-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja) fl‑2000. Fl‑2008 ppreżenta l-proċedura li wasslet għall-għoti tal-warrant mill-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris), li tagħtu dan it-titolu fl‑2008.

Fl‑1986, V. Valančius beda l-karriera professjonali tiegħu bħala prosekutur pubbliku, funzjoni li huwa eżerċita sal‑1990. Mill‑1991 sal‑1994, huwa mbagħad daħal fis-servizz tal-maġistratura ta’ pajjiżu bħala mħallef u sussegwentement, mill‑1993 sal‑1994, bħala Viċi President tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Qorti Distrettwali ta’ Vilnjus, il-Litwanja). Bejn l‑1995 u l‑2002, huwa nħatar imħallef fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja), li tagħha huwa ppresjieda wkoll l-Awla Ċivili. Bejn l‑2002 u l‑2013, huwa serva bħala mħallef fil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), li tagħha kien President mill‑2002 sal‑2008.

Mill‑1997, V. Valančius iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala lettur fil-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus). Barra minn hekk, għallem fil-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris) bħala lettur mill‑1998 sal‑2000, u sussegwentement bħala professur assoċjat mill‑2000 sal‑2008. Bejn l‑2002 u l‑2006, inħatar kap tad-dipartiment tal-proċedura ċivili, u nħatar professur mill‑2008.

Mill‑2006 sal‑2008, ippresjeda l-Association européenne des magistrats (l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Maġistrati, AEM) u eżerċita l-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Union internationale des magistrats (l-Unjoni Internazzjonali tal-Maġistrati, UIM) mill‑2006 sal‑2014. Barra minn hekk, huwa membru tal-Conseil consultatif de juges européens (il-Kunsill Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej, CCJE) mill‑2000 sal‑2014, u serva f’din il-kapaċità fil-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Association des Conseils d’État et des juridictions administratives suprêmes de l’Union européenne (l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Qrati Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea, ACA-Europe) mill‑2010 sal‑2013. Barra minn hekk, huwa membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Académie de droit européen (Akkademja tad-Dritt Ewropew, ERA) bejn l‑2008 u l‑2011.

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta’ April 2016 sal-27 ta’ Settembru 2023.

Zoltán Csehi
Zoltán Csehi

Imwieled fl-1965; diploma fid-dritt mill-Università Loránd Eötvös ta' Budapest (1990), fl-istorja tal-arti (1992) u Master of Laws mill-Università ta' Heidelberg (1991); dottorat fid-dritt (2004); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Budapest (1995-2016); professur assoċjat tad-dritt (1991-2005) u professur tad-dritt (2005-2016) fl-Università Loránd Eötvös; kap tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali (2007-2013), u mbagħad kap tad-dipartiment tad-dritt privat u kummerċjali kif ukoll professur (2013-2016) fl-Università Kattolika Péter Pázmány ta' Budapest; professur mistieden fl-Università Kattolika ta' Lyon (2013-2016); arbitru fil-qorti tal-arbitraġġ permanenti affiljata mal-Borża Ungeriża u arbitru ad hoc (2004-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016 sal-7 ta' Ottubru 2021; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2021.

Peter George Xuereb
Peter George Xuereb

Imwieled fl-1954 f’Tas-Sliema (Malta), Peter George Xuereb beda l-istudji fl-Università ta' Malta u hemm kiseb, fl-1977, lawrea fid-dritt li kkompleta master fid-dritt miksub, fl-1979, fil-University of London (l-Università ta’ Londra, ir-Renju Unit). Fl-1982, ingħata t-titolu ta’ duttur fid-dritt mill‑University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit).

Il-karriera ta’ Peter George Xuereb bdiet bħala lettur fl-Ealing College of Higher Education (il-Kulleġġ ta’ Tagħlim Ogħla ta’ Ealing, ir-Renju Unit) mill-1982 sal-1984 u kompliet fil‑University of Exeter (l-Università ta’ Exeter, ir-Renju Unit) mill-1984 sal-1990, imbagħad fil‑University of London, Queen Mary u Westfield College mill-1990 sal-1993. Wara li ġie nnominat professur, huwa għallem id-dritt, bejn l-1993 u l-2016, fl-Università ta’ Malta, fejn kien ukoll responsabbli għad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew u tad-Dritt Ikkomparat. Huwa kien, fl-istess ħin, president taċ-Ċentru ta’ Dokumentazzjoni u ta’ Riċerka Ewropea ta’ din l-università. L-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet tawh l-opportunità jikteb numru ta’ pubblikazzjonijiet f’oqsma varji.

Ammess bħala avukat quddiem il-qrati superjuri ta’ Malta sa mill-1979, l-attivitajiet professjonali rdoppjaw, mill-1993 sal-2016, permezz ta’ prattika fis-settur privat, bħala kunsillier ġuridiku. Huwa wkoll f’din il-kwalità li, fil-kors tal-istess perijodu, Peter George Xuereb daħal, bħala konsulent, fis-Servizz tal-Parlament ta’ Malta. Mill-1995 sal-2016, huwa kkontribwixxa għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni bħala president tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dritt Ewropew.

Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-8 ta’ Ġunju 2016 sat-8 ta’ Ottubru 2018. Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta’ Ottubru 2018 sas-7 ta’ Ottubru 2024

Fredrik Schalin
Fredrik Schalin

Imwieled fl‑1964 fi Stokkolma (l-Isvezja), Fredrik Schalin kiseb, fl‑1991, diploma fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja), u, fl‑1990, diploma fid-dritt u sussegwentement, fl‑1994, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt Komunitarju u Ewropew mill-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, Franza).

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala référendaire fis-Södertälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertälje, l-Isvezja) mill‑1991 sal‑1993, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja) mill‑1994 sal‑1995. Huwa serva bħala mħallef fil-Gotlands tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Gotland, l-Isvezja) kif ukoll fin-Norrtälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Norrtälje, l-Isvezja) mill‑1995 sal‑1996, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt mill‑1996 sal‑1997.

Fl‑1997, okkupa l-pożizzjoni ta’ assistent segretarju tal-kummissjoni parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi Svediż, qabel ma nħatar konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż fl‑1999.

Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Hans Ragnemalm fl‑1998, u eżerċita mill-ġdid dawn il-funzjonijiet mill‑1999 sal‑2006 mal-Imħallef Stig von Bahr.

Meta rritorna lura pajjiżu, F. Schalin eżerċita l-professjoni ta’ ġurista mill‑2006 sal‑2008 u, wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Stokkolma fl‑2008, dik ta’ avukat. Fl‑2009, ingħaqad mal-korp tal-ġudikatura bħala mħallef u sussegwentement President ta’ Awla fis-Södertörns tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertörn, l-Isvezja), fejn serva sal‑2016.

Barra minn hekk, iddedika ruħu għat-tagħlim bħala lettur fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma) mill-2006 sal-2008, imbagħad fid-Domstolsakademin (l-Akkademja tal-Qrati Svediżi) mill-2011.

Ezio Perillo
Ezio Perillo

imwieled fl-1950; dottorat fid-dritt u avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Padova; assistent, u wara riċerkatur ikkonfermat fid-dritt ċivili u fid-dritt ikkomparat fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1977-1982); lecturer fid-dritt Komunitarju fil-Collège d’Europe (Parma, 1990-1998), fil-fakultajiet tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1985-1987), ta’ Macerata (1991-1994), ta’ Napoli (1995) u fl-Università Statali ta’ Milano (2000-2001); membru tal-kumitat xjentifiku tal-Master in European integration fl-Università ta’ Padova; uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1982-1984); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali G. F. Mancini (1984-1988); konsulent legali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, E. Vinci (1988-1993); Kap ta’ Diviżjoni fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (1995-1999); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi u tal-konċiljazzjonijiet, tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew (1999-2004); Direttur tar-relazzjonijiet esterni tal-Parlament Ewropew (2004-2006); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi fis-servizz legali tal-Parlament Ewropew (2006-2011); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fid-dritt ċivili Taljan u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016 sad-26 ta' Settembru 2019.

René Barents
René Barents

Imwieled fl‑1951 f’Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), René Barents kiseb diploma fid-dritt u speċjalizzazzjoni fl-ekonomija fl-Erasmus Universiteit (l-Università Erasmus, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑1973. Huwa kkompleta t‑taħriġ universitarju tiegħu b’dottorat fid-dritt fl-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht, il-Pajjiżi l‑Baxxi), u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑1981.

Huwa fi ħdan l-Istitut Ewropew tal-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht), b’mod partikolari fl‑oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt ekonomiku, li huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala riċerkatur, mill‑1973 sal‑1974, imbagħad bħala lettur anzjan, mill‑1974 sal‑1979. Huwa wkoll f’din il‑kwalità li huwa għallem fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi), mill‑1979 sal‑1981. Maħtur professur titolari fl-Universiteit Maastricht (l-Università ta’ Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi), huwa għallem hemm id-dritt Ewropew mill‑1988 sal‑2003, u ilu jokkupa hemmhekk sa mill‑2003 il‑pożizzjoni ta’ professur onorarju fid-dritt Ewropew. Awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fl‑1981, bħala référendaire mal-Avukati Ġenerali Pieter VerLoren van Themmat (mill‑1981 sal‑1986) u Jean Mischo (1986). Sussegwentement huwa ngħaqad mad-Diviżjoni tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala kap tat‑taqsima Drittijiet Statutorji, mill‑1986 sal‑1987.

Bejn l‑1987 u l‑1991, huwa okkupa pożizzjoni fi ħdan is-servizz legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u eżerċita mill-ġdid, mill‑1991 sal‑2000, il-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja, mal-Imħallef Paul Joan George Kapteyn. Mill‑2000 sal‑2009, huwa kien kap ta’ diviżjoni fid-Direttorat tar‑Riċerka u d-Dokumentazzjoni, li tiegħu sar direttur, mill‑2009 sal‑2011.

Bejn l‑1993 u l‑2011, R. Barents żgura wkoll il-funzjonijiet ta’ konsulent fil-Gerechtshof 's-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ 's-Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi).

R. Barents inħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis‑6 ta’ Ottubru 2011 u eżerċita l‑funzjonijiet tiegħu hemmhekk sal‑31 ta’ Awwissu 2016.

Imħallef tal-Qorti Ġenerali  mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-15 ta Settembru 2022

Barna Berke
Barna Berke

imwieled fl-1966; diploma fid-dritt mill-Università Loránd Eötvös ta’ Budapest (1990); Master of Laws mill-Università ta’ Stokkolma (1995); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Budapest; konsulent legali mal-Parlament Ungeriż fil-proċess tal-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1994-1996 u 2002-2004); référendaire mal-president tal-qorti kostituzzjonali Ungeriża (1997-2000); viċi president tal-awtorità tal-kompetizzjoni, u mbagħad president tal-kunsill tal-kompetizzjoni (2000-2002); arbitru mal-qorti permanenti tal-arbitraġġ tas-swieq finanzjarji u tas-swieq tal-kapital (2008-2014); lecturer (1990-1994); lecturer anzjan (1995-1999), u mbagħad lecturer anzjan assoċjat (2003-2016) fl-Università Loránd Eötvös ta’ Budapest; Segretarju tal-Istat għall-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-1 ta' Awwissu 2021, id-data tal-mewt tiegħu..

Octavia Spineanu-Matei
Octavia Spineanu-Matei

imwielda fl-1967; gradwata fid-dritt mill-Università Alexandru Ioan Cuza de Iasi (1990); dottorat fid-dritt (1999); Imħallef fil-qorti tas-settur 4 ta’ Bukarest (1991-1996); Imħallef (1996-1999) u president ta’ sezzjoni (1997-1999) fil-qorti ta’ Bukarest; Imħallef (1999-2005)  u president ta’ sezzjoni (1999-2003) fil-qorti tal-appell ta’ Bukarest; membru tal-awla manja tal-appelli fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (2006-2016); lecturer u mbagħad direttur tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura (2011-2016); Imħallef fil-qorti għolja ta’ kassazzjoni u ta’ ġustizzja tar-Rumanija (2006-2016); membru tal-kunsill xjentifiku tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura u tal-kunsill tat-tmexxija tal-iskola nazzjonali għar-reġistraturi (2011-2016); membru elett tal-kunsill tal-iskola dottorjali tal-Università ta’ Bukarest (2012-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-7 ta' Ottubru 2021; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2021.

Jan Passer
Jan Passer

imwieled fl-1974; gradwat fid-dritt (1997) u dottorat fid-dritt (2007) mill-Università Charles ta’ Praga (1997); gradwat Master of Laws mill-Università ta’ Stokkolma (2000); uffiċjal ġudizzjarju stagiaire fil-Qorti Muniċipali ta’ Praga (1997-2001); Imħallef fil-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 2 (2001-2005); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka (2005-2016); lettur tad-dritt b’mod partikolari tal-Unjoni Ewropea fl-Università Charles ta’ Praga (2001-2003), fl-Università Masaryk ta’ Brno (2006-2016), fl-Università Palacký ta’ Olomóc (2014-2016) u fl-Akkademja tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka (2001-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali (2016-2020); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta’ Ottubru 2020.

Ramona Frendo
Ramona Frendo

Imwielda fl‑1971 f’Malta u oriġinarjament miż-Żejtun (Malta), Ramona Frendo kisbet mill-Università ta’ Malta diploma fid-dritt fl‑1993 u dottorat fid-dritt fl‑1995. Hija kompliet l-istudji tagħha fil‑University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fejn fl‑1996 kisbet master fil‑kriminoloġija. Fl‑2018, hija kkompletat l-istudji universitarji tagħha permezz ta’ studji ta’ dottorat fid-dritt Ewropew mill-King’s College London (Londra, ir-Renju Unit).

R. Frendo bdiet il-karriera tagħha bħala avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Malta, professjoni li hija eżerċitat mill‑1996 sal‑2019. Barra minn hekk, il-konoxxenzi pluridixxiplinari tagħha wassluha tokkupa, mill‑1997 sal‑1998, pożizzjoni ta’ konsulent legali fil-Ministeru għall-Protezzjoni Soċjali ta’ Malta u dik ta’ espert legali fi ħdan il-qrati tal-Belt Valletta (Malta) bejn l‑1997 u l‑2019, kif ukoll ma’ diversi kumpanniji tal-assigurazzjoni, mill‑2006 sal‑2019.

Mill‑2006 sal‑2019, hija kienet membru taċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta u, mill‑2009 sal‑2019, tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi ta’ Malta. Hija nħatret membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tal‑Familja (Malta) mill‑2012 sal‑2013, data li fiha hija serviet ukoll fi ħdan il-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Malta) u sussegwentement, bejn l‑2014 u l‑2016, quddiem il-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Sistema Ġudizzjarja (Malta). Wara li fl‑2016 inħatret mill-Gvern Malti kunsilliera speċjali fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Viżi” tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hija ppresjediet dan il-Grupp ta’ Ħidma fil-kuntest tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill fl-ewwel nofs tal‑2017.

Rimvydas Norkus
Rimvydas Norkus

Imwieled fl‑1979 fi Klaipėda (il-Litwanja), Rimvydas Norkus kiseb master fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑2001. Sussegwentement beda studji ta’ dottorat fid-dritt fil-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja) u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑2005.

Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala assistent legali fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑1999 sal‑2000, u huwa fi ħdan din il-qorti li assuma, mill‑2000 sal‑2003, il-funzjonijiet ta’ konsulent tal-President. Bejn l‑2003 u l‑2009, inħatar direttur tad-dipartiment tal-prassi ġudizzjarja tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja).

Mill‑2009 sal‑2010, kien ġurista lingwista fil-Parlament Ewropew qabel ma rritorna lura pajjiżu sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ direttur tad-dipartiment tar-riċerka legali mal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) mill‑2010 sal‑2012. Huwa nħatar imħallef fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑2012 sal‑2013 u sussegwentement serva għal sena fil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), qorti li huwa ppresjeda mill‑2014 sal‑2019. Barra minn hekk, kien President tal-Lietuvos Teisėjų taryba (il-Kunsill għall-Ġudikatura tal-Litwanja) mill‑2016 sal‑2018.

Mill‑2007 sal‑2008, Rimvydas Norkus iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala professur assoċjat mal-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris), li l-Istitut tad-Dritt Privat tagħha laqgħatu bħala professur mill‑2012 sal‑2019. Huwa wkoll l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.

Hans Jung
Hans Jung

Imwieled fl-1944; ta' nazzjonalità Ġermaniża; assistent u wara assistent professur fil-Fakultà tal-Liġi (Berlin); avukat (Frankfurt); ġurist lingwist mal-Qorti tal-Gustizzja; référendaire mal-President Kutscher tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara tal-Imħallef Ġermaniż tal-Qorti tal-Ġustizzja; Assistent Registratur tal-Qorti tal-Ġustizzja; Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-10 ta' Ottubru 1989 sal-5 ta' Ottubru 2005; miet fil-26 ta' Settembru 2009.

Emmanuel Coulon
Emmanuel Coulon

Imwieled fl‑1968 f’Versailles (Franza), Emmanuel Coulon segwa studji fid-dritt fl-université Panthéon-Assas (Paris II) (l-Università Panthéon-Assas (Pariġi II), Franza) u studji fil-ġestjoni fl-université Paris-Dauphine (Paris IX) (l-Università Paris-Dauphine (Pariġi IX), Franza), li wasslu għall-għoti ta’ master fid-dritt u ta’ master fix-xjenzi tal-ġestjoni, maħruġa rispettivament fl‑1990 u fl‑1991. Sussegwentement ngħaqad mal-Collège d’Europe, fi Bruges (il-Belġju) fejn kiseb, fl‑1992, Master of Laws fid-dritt Ewropew (LLM).

Fl‑1993, huwa għadda mill-eżami tad-dħul fiċ-ċentru reġjonali ta’ taħriġ għall-professjoni ta’ avukat ta’ Pariġi. Fl‑1995 huwa kiseb il-warrant ta’ avukat mill-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell (il-Belġju) u eżerċita din il-professjoni bħala membru ta’ din il-Kamra tal-Avukati f’uffiċċju ta’ dimensjoni internazzjonali. Fl‑1998, huwa għadda minn kompetizzjoni ġenerali organizzata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

E. Coulon ġie rreklutat fl‑1996 mill-President tal-Qorti Ġenerali, Antonio Saggio, sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan “task force” responsabbli għall-kawżi tal-kompetizzjoni. Fl‑1998, huwa ngħaqad mal-uffiċċju tal-President Bo Vesterdorf bħala référendaire sal‑2002. Fl‑2003, huwa nħatar kap tal-uffiċċju tal-President, funzjoni ġdida maħluqa fil-Qorti Ġenerali.

Huwa l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet dwar id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt proċedurali u tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Reġistratur tal-Qorti Ġenerali mis-6 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ April 2023.