imwieled fl-1952; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1975); dottorat fid-dritt (1979); lecturer (1977-1984), lecturer anzjan (1984-1990), u mbagħad professur fl-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1990-2013); dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1988-1991); membru tal-kunsill leġiżlattiv fi ħdan l-assemblea nazzjonali Bulgara (1995-1997); kap tal-katedra Jean Monnet fl-Università l-Ġdida Bulgara (2002-2005); president tal-kunsill legali għall-President tal-Bulgarija (2002-2003); Imħallef (2003-2009), u mbagħad President (2009-2012) tal-qorti kostituzzjonali Bulgara; kap tal-katedra tad-dritt kostituzzjonali fil-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (2013-2016); membru (2006-2016) u viċi president tal-kummissjoni ta’ Venezia tal-Kunsill tal-Ewropa (2013-2015); membru tal-kunsill kostituzzjonali fi ħdan l-Ombudsman tal-Bulgarija (2015-2016); editur ta’ diversi rivisti legali; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet legali; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-7 ta' Ottubru 2021.