Couleur Chapitre | Metallic Seawed |
Image Chapitre |
![]() |
Titre d'image Chapitre (infobulle) | |
Texte alternatif d'image Chapitre | |
Contenu |
Id-dritt tal-Unjoni jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew fuq l-oriġini etnika, b'mod partikolari fil-qasam tax-xogħol u għal dak li jirrigwarda l-aċċess għall-oġġetti u għas-servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tippreċiża l-portata ta' din it-tip ta' diskriminazzjoni fil-ġurisprudenza tagħha. Fl-2008, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li tkun teżisti diskriminazzjoni diretta meta persuna li timpjega tgħarraf pubblikament li ma tkunx ser tirrekluta ħaddiema ta’ ċerta oriġini etnika. Il-kawża oriġinat mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ direttur ta’ impriża li esprimew ir-rifjut tiegħu li jimpjega barranin minħabba r-riluttanza tal-klijenti li jagħtuhom aċċess għar-residenza privata tagħhom għall-installazzjoni ta’ bibien ta’ garaxx (sentenza tal-10 ta’ Lulju 2008, Feryn, C-54/07). Fl-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li tista’ tiġi stabbilita diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika meta, f’distrett ta’ popolazzjoni kompatta ta’ Roma, l-arloġġi tad-dawl jiġu installati f’għoli inaċċessibbli (sitta sa seba’ metri), filwaqt li l-istess arloġġi jiġu installati f’distretti oħra f’għoli aċċessibbli. Tali prassi mhux biss tagħmilha diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, għall-persuni kkonċernati li jikkonsultaw l-arloġġ tad-dawl tagħhom sabiex jikkontrollaw il-konsum tagħhom, iżda hija wkoll offensiva u stigmatizzanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’din l-okkażjoni, li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament japplika mhux biss għall-persuni li jkollhom ċerta oriġini etnika iżda wkoll għal dawk li, minkejja li ma jkunux jappartjenu għall-etniċità kkonċernata, iġarrbu flimkien ma’ tal- ewwel trattament inqas favorevoli (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C-83/14). |
Document |