Il-bulettin tal-ġurisprudenza ta’ kull xahar huwa ġabra ta’ sunti tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali li jistħoqqilhom, fid-dawl tal-kwistjonijiet ġuridiċi ttrattati, attenzjoni partikolari. Dawn il-ġabriet jitfasslu skont klassifikazzjoni tematika ta’ deċiżjonijiet maħsuba sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-ġurisprudenza fl-oqsma kkonċernati.