Il-motto tal-Unjoni Ewropea huwa "Magħquda fid-diversità". Il-multilingwiżmu, kolonna tal-proġett Ewropew, huwa r-rifless ta’ din id-diversità kulturali u lingwistika. Huwa jiffaċilita l-aċċess għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni għaċ-ċittadini kollha. Illum, l-Unjoni Ewropea għandha 24 lingwa uffiċjali. Żur il-Ġnien tal-Multilingwiżmu sabiex ikollok ħarsa ta’ din ir-rikkezza lingwistika u tal-valuri li huma l-pedament tal-proġett Ewropew!