Għal ċerti kategoriji ta’ impjiegi, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kultant tagħmel użu minn sejħiet permanenti għal kandidaturi, li l-lista tagħhom tinsab hawn taħt. Il-proċedura għall-preżentata tal-kandidaturi hija inkluża f’kull fajl.
Minn żmien għal żmien il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu jkollha l-bżonn timpjega, fi ħdan id-dipartiment tar-riċerka u tad-dokumentazzjoni tagħha, ġuristi sabiex jokkupaw, bħala membri tal-persunal temporanju, pożizzjoni ta' amministratur bil-għan li jwettqu xogħol ta' studju, ta' riċerka u ta' dokumentazzjoni marbut mad-dritt tal-Unjoni u mad-drittijiet nazzjonali.
Għal dawn il-pożizzjonijiet, fil-grad AD 5, japplikaw ir-rekwiżiti segwenti:
I. Kwalifiki jew diplomi meħtieġa
(a) Formazzjoni ġuridika kompleta fid-dritt nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri, iċċertifikata b'diploma universitarja, kif ukoll konoxxenza tajba ħafna tad-dritt tal-Unjoni;
(b) Esperjenza professjonali kkonfermata f'pożizzjoni li turi prattika reali fir-riċerka ġuridika, kemm fid-dritt tal-Unjoni u kemm fid-dritt nazzjonali, hija mixtieqa ħafna.
II. Konoxxenzi lingwistiċi
Konoxxenza approfondita tal-lingwa tal-Istat Membru fejn ingħatat id-diploma msemmija fil-punt I (a).
Fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-servizz, hija mitluba konoxxenza tajba tal-Franċiż, inkluża kapaċità reali ta' kitba b'din il-lingwa.
*****
Il-kandidati magħżula ser jiġu impjegati bħala membri tal-persunal temporanju għal perijodu ta' sena, li jista' jiġġedded.
III. Preżentazzjoni tal-kandidaturi
Il-persuni interessati f'dawn il-pożizzjonijiet huma mistiedna jibagħtu l-kandidatura tagħhom, flimkien ma' curriculum vitae ddettaljat, permezz ta' posta elettronika f'dan l-indirizz :
AD-RECH-DOC@curia.europa.eu bl-indikazzjoni tar-referenza: AD-Rech.&doc.
Il-kandidaturi ser jinżammu għal 12-il xahar wara li jkunu riċevuti.