Fl‑2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċċelebrat is‑70 anniversarju tagħha. Għal din l-okkażjoni, inżammu diversi avvenimenti matul is-sena, b’mod partikolari l-Forum tal-Membri tal-Ġudikatura ddedikat għat-tema “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”, udjenza solenni u l-ħruġ ta’ bolla kommemorattiva.
Ġew ippubblikati l-atti tas-seminar inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-mistednin fil-Forum Straordinarju tal-Membri tal-Ġudikatura kif ukoll id-diskorsi li saru waqt l-udjenza solenni (bl-Ingliż u l-Franċiż).
Barra minn hekk, tħejja l-film “70 sena tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”, bis-sehem ta’ Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u esperti fid-dritt tal-Unjoni.
Fl-aħħar nett, l-Assoċjazzjoni tal-Ex Membri tal-Qrati tal-Unjoni ppubblikat ukoll il-ktieb “Testimonjanzi ta’ Ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-Okkażjoni tas-70 sena tal-Qorti tal-Ġustizzja”, li juri s-70 sena tal-istorja tal-Istituzzjoni (bl-Ingliż u bil-Franċiż).