Frodi b’għemil qarrieqi bbażat fuq korrispondenza allegatament mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Irċevejt telefonata, messaġġ elettroniku, ittra jew kwalunkwe korrispondenza li tgħid li tkun ġejja mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew minn organizzazzjoni b’isem simili?
Ieqaf u aħseb ftit! Ċerti frodi jipprovaw ibeżżgħu lin-nies sabiex jagħtuhom flus jew jgħaddulhom informazzjoni personali, billi jgħidu li jkunu mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Jekk tirċievi komunikazzjoni li allegatament tkun ġejja mill-Qorti tal-Ġustizzja, oqgħod attent għal dawn li ġejjin, għax juru li din tkun frodi b’għemil qarrieqi:
- tiġi akkużat b’reat jew jingħad li inti konvenut f’kawża;
- tintalab flus jew informazzjoni personali;
- tintalab tniżżel applikazzjoni jew fajl mill-internet.
Tħallihomx iqarrqu bik, din hija kollha korrispondenza falza!
- Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ċċempel u qatt ma tibgħat posta elettronika jew ittri mhux mitluba liċ-ċittadini.
- Ċittadin ma jistax ikun konvenut f’kawża mressqa direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali.
- Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma titlob il-ħlas tal-ispejjeż legali jew amministrattivi, il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huma mingħajr ħlas.
- Il-Qorti tal-Ġustizzja ma timponix multi fuq iċ-ċittadini u ma taċċettax ħlasijiet.
X’għandek tagħmel jekk tkun fil-mira ta’ tali frodi b’għemil qarrieqi?
Jekk tirċievi ittra, messaġġ elettroniku jew telefonata suspettata allegatament mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja:
- Tippanikjax, ma hemm l-ebda raġuni sabiex taġixxi b’għaġġla;
- Twieġeb qatt: b’hekk tkun qiegħed tikkonferma li l-indirizz tiegħek huwa validu u li qed taqra dan it-tip ta’ messaġġ, li jwassal sabiex terġa’ tiġi kkuntattjat bl-istess mod;
- Fil-każ ta’ telefonata, aqta’ immedjatament u mblokka n-numru;
- Tikkuntattja qatt lill-mittent, għax jipprova jżid il-pressjoni fuqek;
- Tħallas xejn;
- Tagħfas qatt fuq link jew dokument mehmuż: titwassal lejn sit doluż li jipprova jgħaddi ta’ sit istituzzjonali, li jitolbok tagħti informazzjoni personali jew tniżżel dokumenti li jkun fihom software doluż;
- Immarka dan il-messaġġ elettroniku bħala posta mhux mixtieqa sabiex messaġġi simili jkunu jistgħu jiġu ffiltrati mill-posta elettronika tiegħek;
- Żomm evidenza permezz ta’ ritratti tal-iskrin: nota tat-theddida, indirizz elettroniku tal-mittent, eċċ.;
- Jekk tali dipartiment jeżisti f’pajjiżek, irrapporta t-tentattiv lid-dipartiment inkarigat bl-att doluż ċibernetiku/frodi b’għemil qarrieqi diġitali;
- Fil-każ li weġibt: ressaq ilment minnufih lill-korp tal-pulizija f’pajjiżek.