Awditur intern

L-awditu intern jikkostitwixxi attività indipendenti u oġġettiva li tipprovdi lill-istituzzjoni garanzija ta’ livell ta’ kontroll fuq operazzjonijiet imwettqa għall-eżekuzzjoni tal-baġit u jagħti pariri lill-istituzzjoni sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet kif ukoll sabiex tiġi ffavorita l-ġestjoni finanzjarja korretta.

Huwa jgħin lill-istituzzjoni sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha billi jevalwa, permezz ta’ approċċ sistematiku u metodiku, il-proċessi tagħha ta’ ġestjoni tar-riskji, is-sistemi tagħha ta’ kontroll u l-metodi tagħha ta’ amministrazzjoni u billi jagħmel proposti għat-tisħiħ tal-effikaċja tagħha.