Mur għall-kontenut ewlieni

Tfittxija

Rizultati 0 - 25 minn 1105 ghal " "
fir-rizultati fis-sit kollu tfittxija avvanzata

Imqassma skont: Rilevanza | Data | Titolu
Tuula Riitta Pynnä
Tuula Riitta Pynnä
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1958 f’Turku (il-Finlandja), Tuula Riitta Pynnä kisbet master fid-dritt mit-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku, il-Finlandja) fl‑1981 kif ukoll master fid-dritt mill-Universität Trier (l-Università ta’ Trier, il-Ġermanja) fl‑1993. L-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika) taha master fl-istudji ġuridiċi Ewropej fl‑1994 bi sħab mal-université Nancy 2 (l-Università ta’ Nancy 2, Franza) u l-Aristotélio Panepistímio Thessaloníkis (l-Università ta’ Aristotli de Thessaloniki, il-Greċja).

Fl‑1981, bdiet il-karriera professjonali tagħha u kienet lettriċi mat-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku) sal‑1982. Hija ngħaqdet sussegwentement mal-korp tal-maġistratura Finlandiża bħala mħallef temporanju fil-Porin raastuvanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pori, il-Finlandja) mill‑1982 sal‑1983. Hija nħatret kap ta’ servizz fil-Porin poliisilaitos, väestökirjatoimiston johtaja (l-Uffiċċju tal-Popolazzjoni, il-Finlandja), għal sentejn, qabel ma ssejħet mill-ġdid sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha ta’ mħallef. Fl‑1984, eżerċitat għal sena l-funzjonijiet ta’ référendaire u ta’ mħallef temporanju fir-Rovaniemen kihlakunnanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ulvila, il-Finlandja). Mill‑1985 sal‑1995, hija serviet, l-ewwel bħala mħallef temporanju u sussegwentement bħala mħallef fit-Tampereen raastuvanoikeus (il-Qorti ta’ Tampere, il-Finlandja) u wkoll fi ħdan il-Pirkanmaan käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pirkanmaa, il-Finlandja).

Bejn l‑1996 u l‑2005, T. R. Pynnä ngħaqdet mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Finlandiż bħala kap ta’ unità tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea u konsulenta legali, li wassalha tirrappreżenta l-Finlandja fil-kawżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kienet ġiet adita bihom. Hija nħatret kap tad-delegazzjoni Finlandiża fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Qorti tal-Ġustizzja” tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, u barra minn hekk hija serviet fi ħdan il-grupp tal-“Ħbieb tal-Presidenza” għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja Komunitarja fit-Trattat ta’ Nice.

T. R. Pynnä nħatret imħallef fiż-żewġ qrati supremi tal-Finlandja. Hija nħatret, fl‑2005, imħallef temporanju u sussegwentement, sa mill‑2006, imħallef fil-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja). Sussegwentement hija serviet fil-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja) mill‑2012 sal‑2019. Barra minn hekk, hija membru tal-Kumitat Dixxiplinari tal-Borża ta’ Nasdaq OMX Ħelsinki (il-Finlandja) mill‑2015 sal‑2019, u membru, mill‑2011 sal‑2019, tal-Kumitat ta’ Eżami tas-Suomen Asianajaliitto (l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja), li hija ppresjediet mill‑2013 sal‑2019.

T. R. Pynnä nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Fakultà tal-Liġi tat-Turun yliopisto
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kungress 2026 tal-Fédération Internationale pour le Droit Européen (FIDE), li ser jinżamm f’Ħelsinki
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Midalja għall-mertu għal tletin sena servizz mal-Istat (2015)
  • Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2019)
Tanja Pavelin
Tanja Pavelin
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1973 f’Żagreb (il-Kroazja), Tanja Pavelin kisbet, fl‑1996, diploma fid-dritt u, fl‑2020, dottorat mis-Sveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja).

T. Pavelin bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑1997 bħala stagiaire legali mal-Općinski sud u Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja) u maż-Županijski sud u Zagrebu (il-Qorti tal-Kontea ta’ Żagreb, il-Kroazja). Wara li għaddiet mill-eżami għall-ammissjoni fil-kamra tal-avukati fl‑1998, hija saret konsulent legali fl-Općinski sud u Zagrebu fl‑1999. T. Pavelin inħatret imħallef fl-Općinski sud u Zlataru (il-Qorti Muniċipali ta’ Zlatar, il-Kroazja) fl‑2002, u wara ngħaqdet, bħala mħallef, mal-Općinski kazneni sud u Zagrebu (il-Qorti Kriminali Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑2008.

Mill‑2010 sal‑2011, hija assumiet, fil-Vrhovni sud Republike Hrvatske (il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja) il-funzjonijiet ta’ konsulent legali prinċipali, filwaqt li eżerċitat fl-istess ħin il-funzjonijiet ta’ segretarja tad-Državno sudbeno vijeće (il-Kunsill Nazzjonali għall-Maġistratura, il-Kroazja). Bejn l‑2011 u l‑2021, hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha fiż-Županijski sud u Zagrebu, fid-dipartimenti responsabbli għall-kawżi kriminali u għall-kawżi marbuta mal-korruzzjoni u mal-kriminalità organizzata, kif ukoll id-delitti tal-gwerra. Matul dan il-perijodu, T. Pavelin eżerċitat il-funzjonijiet ta’ President tad-dipartiment responsabbli għall-monitoraġġ tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll ta’ President tal-awla inkarigata mill-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Mill‑2021 sal‑2025, hija saret imħallef fil-Visoki kazneni sud Republike Hrvatske (il-Qorti tal-Appell Kriminali tar-Repubblika tal-Kroazja). Fl-istess ħin, T. Pavelin ippresjediet il-Kunsill tal-Imħallfin ta’ din il-qorti, fejn hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha fil-Kunsill ta’ esperti inkarigati bl-eżekuzzjoni tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li żgurat il-funzjoni ta’ punt ta’ kuntatt fi ħdan in-Network ġudizzjarju Ewropew f’materji kriminali. Matul dan l-istess perijodu, hija kienet ukoll parti mill-Kunsill tal-Imħallfin tal-Vrhovni sud Republike Hrvatske u tal-Kumitat ta’ eżami għall-ammissjoni fil-kamra tal-avukati Kroata.

Fl-istess ħin, T. Pavelin assumiet il-funzjonijiet ta’ President tal-awla ta’ dixxiplina fi ħdan il-Qorti tal-Kamra tal-Inġiniera Elettroniċi mill‑2015 sal‑2024 u fil-Qorti tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili mill‑2016 sal‑2024. Fl-istess żmien, hija kienet ukoll Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ordni tat-Tobba tal-Kroazja mill‑2019 sal‑2024.

Mill‑2023 sal‑2025, T. Pavelin iddedikat ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi fl-Effectus University of Applied Sciences (l-Università Effectus tax-Xjenzi Applikati, il-Kroazja) u fil-Fakultà tal-Liġi tas-Sveučilište u Zagrebu. Hija għada tgħallem fl-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, fl-Akkademja ġudizzjarja tal-Kroazja, kif ukoll fin-Network Ewropew tat-taħriġ ġudizzjarju (EJTN).

T. Pavelin hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kotba, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt kriminali, tal-proċeduri kriminali, tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tal-bniedem.

T. Pavelin hija Mħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑15 ta’ Settembru 2025.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-kumitat editorjali tar-rivista legali DOOR
Tamara Perišin
Tamara Perišin
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1979 f’Żagreb (il-Kroazja), Tamara Perišin kisbet liċenzja fid-dritt “cum laude” mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑2002 u, fl‑2003, master fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) peress li rċeviet il-borża ta’ studju Chevening. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb), fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007. T. Perišin għaddiet mill-eżami tal-Kamra tal-Avukati Kroata fl‑2009.

Bħala riċerkatriċi, wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Asser Instituut (l-Istitut Asser, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2004, fil-Georgetown University (l-Università ta’ Georgetown, l-Istati Uniti) u fil-University of Michigan (l-Università ta’ Michigan, l-Istati Uniti) mill‑2005 sal‑2006 peress li rċeviet borża ta’ studju Fulbright, u fil-Max-Planck-Institut (l-Istitut Max Planck, Heidelberg, il-Ġermanja) mill‑2007 sal‑2008 peress li rċeviet borża ta’ studju għal studji postdottorali. Barra minn hekk, hija segwiet taħriġ fix-xjenzi tat-tagħlim fis-Central European University (l-Università tal-Ewropa Ċentrali, l-Ungerija) mill‑2007 sal‑2008. Fl‑2014, ġiet mistiedna tagħmel riċerki postdottorali fil-Harvard Law School tal-Harvard University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti).

Mill‑2002, T. Perišin kienet affiljata mal-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb) fejn kienet professoressa u viċi dekan għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn l‑2009 u l‑2011, titolari tal-Katedra Jean Monnet mill‑2015, u koordinatriċi taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet mill‑2018. Hija għallmet b’mod partikolari d-dritt pubbliku Ewropew, id-dritt tas-suq intern, id-dritt tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tal-effetti dinjija tad-dritt Ewropew, id-dritt tal-kompetizzjoni, id-dritt Ewropew tal-kumpanniji, il-metodoloġija tad-dritt Ewropew, il-prinċipji ġenerali tad-dritt fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Bejn l‑2015 u l‑2016, kienet professoressa mistiedna u “John Harvey Gregory Lecturer on World Organization” fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard) fejn għallmet l-effetti dinjija tad-dritt Ewropew.

Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali, T. Perišin kienet editriċi prinċipali ta’ rivista Kroata speċjalizzata fid-dritt tal-Unjoni (Croatian Yearbook of European Law and Policy) u attwalment tinsab fil-Kumitat Editorjali tagħha.

Mill‑2005 sal‑2011, T. Perišin kienet membru tal-Grupp ta’ Negozjar għall-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Fl‑2011, hija għallmet id-dritt tal-Unjoni għall-uffiċjali u d-diplomatiċi fid-Državna škola za javnu upravu (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Kroazja) kif ukoll fl-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Kroat. Mill‑2012 sal‑2013, kienet responsabbli għat-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni intiż għal membri tal-korp ġudizzjarju fi ħdan il-Pravosudna akademija (l-Akkademja Legali, il-Kroazja), kif ukoll fl-Općinski sud u Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja). Fl‑2015, hija għallmet dan fil-Hrvatska odvjetnička komora (l-Assoċjazzjoni Kroata tal-Avukati). Mill‑2017 sal‑2019, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ konsulent speċjali fil-Ministeru għax-Xjenzi u għall-Edukazzjoni Kroat. Barra minn hekk, tat pariri legali dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt Ewropew lill-ministeri Kroati u lill-avukati f’kawżi pendenti quddiem il-qrati nazzjonali.

T. Perišin inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Croatian Yearbook of European Law and Policy
  • Membru tal-Hrvatske udruge za studij Europske unije
  • Membru tal-Hrvatske udruge za europsko pravo (CROSEL)
  • Membru tax-Chevening Alumni Association
  • Membru tal-Oxford University Society (OUS)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Jean Monnet Chair (2015)
Raffaella Pezzuto
Raffaella Pezzuto
Imħallef
Bijografija u karriera

Born in 1971 in Lecce (Italy), Ms Raffaella Pezzuto obtained a diploma in law in 1995 at the Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli ‘LUISS’ (Free International University of Social Studies Guido Carli, Italy). She obtained a first doctorate in civil law in 2001 at the Università degli Studi di Roma ‘La Sapienza’ (University of Rome, ‘La Sapienza’ Italy) and a second doctorate in theory of law in 2011 at the Università del Salento (University of Salento, Italy).

Ms Pezzuto was appointed as a judge in 1998, the year that she started her professional career as a judicial trainee. In 2000, she joined the Tribunale di Lecce (District Court, Lecce, Italy) as a judge, initially in the First Criminal Division and then, from 2003, in the Civil and Commercial Division. From 2008 to 2014, Ms Pezzuto was seconded as a National Expert to the Common Legal support service in the Directorate-General for Research and Innovation of the European Commission. Upon her return to Italy, she joined the Italian Ministry of Justice, where she served from 2014 to 2020. She held a position first in the Directorate-General for Criminal Justice and then, between 2016 and 2017, in the Cabinet of the Minister for Justice, before being appointed, from 2017 onwards, as the Head of Cabinet at the Ministry of  Foreign Affairs and International Cooperation.

Between 2020 and 2025, Ms Pezzuto was a member of the Corte d’appello di Firenze (Court of Appeal, Florence, Italy). From 2020 to 2024, she also held the position of Legal Adviser at the Office of the Attorney General, responsible for representing Italy before the European Court of Human Rights. In 2025, she joined the Permanent Representation of Italy to the European Union, where, as a judge, she served as an Adviser on Justice and Home Affairs over the course of a few months.

Ms Pezzuto has been a Judge at the General Court since 15 September 2025.

Nina Półtorak
Nina Półtorak
Presidenta tat-Tieni Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1971 fil-Polonja, Nina Półtorak kisbet diploma fid-dritt fl‑1995 u fl‑2001 iddefendiet teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków, il-Polonja). Fl‑2011, hija ngħatat it-titolu ta’ dottorat avvanzat fix-xjenzi legali. Fl‑2022, hija kisbet it-titolu mogħti mill-Istat ta’ professoressa fix-xjenzi legali.

Ammessa fil-Kamra tal-Konsulenti Legali fil-Polonja fl‑2000, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet mill‑2000 sal‑2012 f’numru ta’ uffiċċji ta’ avukati fejn ipprovdiet l-esperjenza tagħha fil-qasam tad-dritt Pollakk u tad-dritt Ewropew u billi rrappreżentat klijenti quddiem l-iktar qrati għolja. Fl‑2012, hija ngħaqdet mal-korp tal-ġudikatura Pollakka bħala mħallef fil-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Kraków) u, fl‑2014, hija ġiet assenjata lin-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Bejn l‑2013 u l‑2016, hija ġiet innominata direttriċi tad-dipartiment tad-dritt Ewropew tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja).

N. Półtorak segwiet ukoll karriera universitarja bħala lettriċi mill‑1995 sal‑2003, qabel ma saret, mill‑2003 sal‑2013, professoressa assoċjata u, mill‑2013, professoressa mal-Katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Uniwersytet Jagielloński, fejn wettqet riċerka universitarja u fost affarijiet oħra għallmet id-dritt kostituzzjonali u d-dritt amministrattiv tal-Unjoni Ewropea u kienet superviżura ta’ teżijiet ta’ master u ta’ dottorat. Barra minn hekk, hija mexxiet il-programmi ta’ studji postuniversitarji fid-dritt tal-Unjoni fl-Uniwersytet Jagielloński mill‑2006 sal‑2016. Hija ddedikat ruħha wkoll għar-riċerka legali u ngħaqdet, bħala “Visiting Scholar”, mal-Oxford University (l‑Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 u mal-Istituto Universitario Europeo (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2005. Hija awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt Ewropew.

N. Półtorak inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 hija ġiet fdata minn sħabha l-Imħallfin il-kariga ta’ Presidenta ta’ Awla u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Polskie Stowarzyszenie Prawa Europejskiego
  • Membru tar-Research Network on EU Administrative Law “ReNEUAL”
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista legali “Europejski Przegląd Sądowy”
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista legali “Państwo i Prawo”
  • Membru tal-Bord ta’ Programmazzjoni tar-rivista legali “The Polish Review of International and European Law”
  • Membru tal-Bord Konsultattiv tar-rivista legali “Review of European Administrative Law”
  • Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fédération Européenne des Juges Administratifs
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju mill-Prim Ministru Pollakk għal teżi ta’ dottorat eċċezzjonali (2002)
  • Onorifiċenza mill-kompetizzjoni nazzjonali tar-rivista legali “Państwo i Prawo” għall-aħjar teżi ta’ dottorat (2002)
  • Premju mill-Fundacja Promocji Prawa Europejskiego għall-ktieb “Odpowiedzialność odszkodowawcza państwa w prawie Wspólnot europejskich” (2003)
  • Premju tal-kompetizzjoni tar-rivista legali “Dziennik Gazeta Prawna” li jikkumpensa l-aħjar konsulenti fit-tilwim fiskali (2009)
  • Premju mill-kanċillier tal-Uniwersytet Jagielloński għal xogħol akkademiku eċċezzjonali (2011)
  • Premju mill-Ministru għax-Xjenza u għall-Edukazzjoni Ogħla (il-Polonja) (2012)
  • Premju tal-kompetizzjoni nazzjonali tar-rivista legali “Państwo i Prawo” għall-aħjar teżi li twassal għall-għoti ta’ warrant (2013)
Mirela Stancu
Mirela Stancu
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1974 f’Călărași (ir-Rumanija), Mirela Stancu kisbet mill-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija) diploma fid-dritt fl‑1998 u dottorat fid-dritt fl‑2009.

Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Bukarest (ir-Rumanija) mill‑1999 sal‑2002, qabel ma ddedikat ruħha għat-tagħlim tad-dritt proċedurali fl-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest): hemmhekk kienet lettriċi mill‑2002 sal‑2018 u lettriċi anzjana mill‑2018, perijodi li matulhom kitbet numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.

M. Stancu serviet fil-kariga ta’ mħallef fil-Judecătoria Sectorului 3 Bucureşti (il-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-Tielet Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2004 sal‑2009, u sussegwentement fit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2009 sal‑2019. Hija nħatret imħallef ikkollokata fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rumen fl‑2005 u, mill‑2007 sal‑2018, hija ngħaqdet mal‑Institutul Național al Magistraturii (l-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura, ir-Rumanija) bħala formatriċi.

Fl‑2011, hija daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja mal-Imħallef Camelia Toader, u eżerċitat il‑funzjonijiet ta’ amministratriċi-ġurista sal‑2014.

Lura fir-Rumanija fl‑2015, hija nħatret direttriċi għall-affarijiet Ewropej, ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-programmi tal-Consiliul Superior al Magistraturii (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, ir-Rumanija), pożizzjoni li hija okkupat sal‑2018.

M. Stancu nħatret Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Mariyana Kancheva
Mariyana Kancheva
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1958 fi Tryavna (il-Bulgarija), Mariyana Kancheva għandha master fid-dritt miksub fl‑1984, maħruġ mis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija), kif ukoll master komplementari fid-dritt Ewropew miksub fl‑2009, maħruġ mill-Institut d’études européennes tal-Université libre de Bruxelles (l-Istitut għall-istudji Ewropej tal-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju).

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala mħallef staġista mill‑1985 sal‑1986 mas-Sofiyski Okrazhen Sad (il-Qorti Reġjonali ta’ Sofija, il-Bulgarija). Hija kienet konsulent legali mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement iddedikat ruħha għall-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (il-Bulgarija) sal‑2011, kif ukoll fi Brussell (il-Belġju) mill‑2007 sal‑2011. Bejn l‑1992 u l‑1994, M. Kancheva okkupat il-pożizzjoni ta’ direttriċi ġenerali tal-uffiċċju tas-servizzi għall-korp diplomatiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Bulgaru. Matul il-karriera kollha tagħha, hija speċjalizzat ukoll f’diversi oqsma, b’mod partikolari fid-dritt tal-proprjetà intellettwali (irreġistrata fir-reġistru tar-rappreżentanti tal-proprjetà industrijali mal-Patentno Vedomstvo na Republika Bulgaria (l-Uffiċċju tal-Privattivi tar-Repubblika tal-Bulgarija)) u fid-dritt ekonomiku (irreġistrata fir-reġistru għall-amministrazzjoni tal-istralċ u tal-insolvenza ġudizzjarja mal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Bulgarija).

Barra minn hekk, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ arbitru fil-kuntest tas-soluzzjoni ta’ tilwim kummerċjali fil-Bulgarija. Bħala konsulent legali fil-Parlament Bulgaru, hija pparteċipat fl-abbozzar ta’ numru ta’ testi leġiżlattivi. Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kotba fil-qasam tad-dritt Ewropew. Barra minn hekk, M. Kancheva intervjeniet f’diversi seminars, forums u konferenzi fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

M. Kancheva nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2011.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-European Women Lawyers’ Association (EWLA)
  • Membru tal-assoċjazzjoni “Femmes d’Europe”
  • Membru onorarju tal-Asoziaziya na zhenite advokati (l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Avukati, il-Bulgarija)
  • Membru tal-Académie de Droit Européen (ERA)
  • Membru fundatur tal-Association des Juges du Droit Européen de la Concurrence (AECLJ A.S.B.L.)
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • “Plakka tal-fidda”, titolu onorarju li jirrappreżenta l-ikbar onorifiċenza tal-Kamra tal-Avukati tar-Repubblika tal-Bulgarija, mogħti mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (2014)
  • Premju nazzjonali tal-ġustizzja “Thémis”, onorifiċenza mogħtija fil-kategorija “Ġustizzja barra mill-fruntieri” (2017)
  • Midalja għall-ġublew tal-15 il sena tal-Fondatsia “Tsentar za obuchenie na advokati Krastyu Tsontchev” (il-Fondazzjoni “Ċentru ta’ taħriġ tal-avukati Krastyu Tsontchev”), bħala rikonoxximent tal-“kontribuzzjoni notevoli bħala lettriċi anzjana għat-titjib tal-kwalifiki tal-avukati Bulgari” (2020)
  • Premju nazzjonali tal-ġustizzja “Thémis”, onorifiċenza speċjali mogħtija fil-kategorija “Integrazzjoni u kooperazzjoni Ewropea” (2020)
  • Premju nazzjonali tal-ġustizzja “Thémis”, mogħti mir-Radju Nazzjonali Bulgaru (RNB), bħala awtriċi u animatriċi tar-rubrika “Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”, imxandra darba fix-xahar fil-kuntest tat-trażmissjoni legali “Il-liġi u Thémis” tar-RNB, “rubrika ta’ suċċess kbir maħluqa sabiex il-komunità ġuridika Bulgara tkun informata b’mod regolari u sabiex tippromwovi x-xogħol tal-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea” (2024)
Maria José Costeira
Maria José Costeira
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1967 f’Porto (il-Portugall), Maria José Costeira kisbet diploma fid-dritt mill-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra, il-Portugall) fl‑1991 u segwiet, fl-2001, studji postuniversitarji fid-dritt tal-proprjetà intellettwali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l‑Università ta’ Lisbona, il-Portugall).

Avukata staġista mal-Kamra tal-Avukati ta’ Coimbra (il-Portugall) mill‑1991 sal‑1992, hija daħlet fiċ‑Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Portugall) bħala uffiċjal ġudizzjarju staġista fl‑1992. Innominata mħallef fl‑1995, hija serviet fil-kariga mat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall), mat-Tribunal Judicial da Comarca de Ferreira do Zêzere (il-Qorti Distrettwali ta’ Ferreira do Zêzere, il-Portugall) u mat-Tribunal da Pequena Instância Criminal de Lisboa (il-Qorti Kriminali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1995 sal‑1997, mat‑Tribunal do Comércio da Comarca de Lisboa (il-Qorti Kummerċjali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1999 sal‑2016, kif ukoll mat-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Qorti tal-Appell ta’ Coimbra, il‑Portugall) fl‑2016. L-attività tagħha fi ħdan il-ġudikatura ma kinitx limitata għat-trattament tal‑kawżi iżda kienet ikkaratterizzata wkoll mill-parteċipazzjoni tagħha fir-rappreżentanza tal-korp tal‑ġudikatura, fil-kwalità tagħha, mill‑2012 sal‑2015, ta’ segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni tal‑imħallfin Portugiżi, assoċjazzjoni li hija sussegwentement ippresjediet sal‑2016.

M. J. Costeira għallmet, bħala professoressa mistiedna, id-dritt tal-proprjetà industrijali, id-dritt tal‑kompetizzjoni u d-dritt kummerċjali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l-Università ta’ Lisbona), tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra), tal-Universidade Nova de Lisboa (l‑Università Ġdida ta’ Lisbona, il-Portugall), tal-Universidade Católica Portuguesa (l‑Università Kattolika Portugiża, il-Portugall), fi ħdan l-Escola de Direito da Universidade do Minho (l-Iskola tad-Dritt fl-Università ta’ Minho, il-Portugall) kif ukoll fiċ-Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura), mill‑2003.

M. J. Costeira nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019 hija ġiet fdata minn sħaba l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla, kariga li okkupat sal‑31 ta’ Awwissu 2025.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Newsletter ġuridika editjata miċ-Centro de Estudos Judiciários
Maja Brkan
Maja Brkan
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1979 f’Maribor (is-Slovenja), Maja Brkan kisbet diploma fid-dritt mill-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl‑2003 u master fid-dritt fin-New York University (l-Università ta’ New York, l-Istati Uniti) fl‑2004. Hija għandha wkoll diploma mill-Akkademja għad-Dritt Ewropew tal-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2004. Sussegwentement, hija bdiet dottorat fid-dritt fl-Univerza v Ljubljani, fejn hija ddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007, fuq it-tema tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista lingwista fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl‑2004, qabel ma ngħaqdet, bħala staġista, l-ewwel mal-uffiċċju tal-Imħallef Aindrias Ó Caoimh fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2005, imbagħad mal-Višje sodišče v Ljubljani (il-Qorti tal-Appell ta’ Ljubljana, is-Slovenja) bejn l‑2005 u l‑2006.

Fl‑2007, hija ngħaqdet mill-ġdid mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mal-Avukata Ġenerali Verica Trstenjak, l-ewwel bħala assistenta legali mill‑2007 sal‑2008, u sussegwentement bħala référendaire mill‑2008 sal‑2011. Bejn l‑2011 u l‑2013, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Marko Ilešič.

Sussegwentement, M. Brkan iddedikat ruħha għat-tagħlim fil-Universiteit Maastricht (l-Università ta’ Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) bħala lettriċi anzjana fid-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2013 sal‑2018 u, bejn l‑2018 u l‑2021, bħala professoressa assoċjata fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Universiteit Hasselt (l-Università ta’ Hasselt, il-Belġju) fl‑2014 u fl‑2017. Bħala lettriċi mistiedna, hija intervjeniet fl-Univerza na Primorskem (l-Università ta’ Primorska, is-Slovenja) fl‑2011, fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2014 u fil-Běijīng Shīfàn Dàxué (l-Università Normali ta’ Bejing, iċ-Ċina) fl‑2014. Barra minn hekk, hija wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew) fl‑2016 u fl‑2018, fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) fl‑2019, fl-Universitat Autònoma de Barcelona (l-Università Awtonoma ta’ Barcelona, Spanja) fl‑2019, u fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2020.

Fl‑2017, M. Brkan inħatret direttriċi assoċjata tal-Maastricht Centre for European Law (iċ-Ċentru tad-Dritt Ewropew tal-Universiteit Maastricht) u eżerċitat dawn il-funzjonijiet għal tliet snin qabel ma nħatret, fl‑2021, koordinatriċi tal-programm “Advanced Master in Privacy, Cybersecurity and Data Management” (Master Speċjalizzat fid-Dritt tal-Protezzjoni tal-Ħajja Privata, iċ-Ċibersigurtà u l-Ġestjoni tad-Data) għall-European Centre on Privacy and Cybersecurity (iċ-Ċentru Ewropew dwar il-Ħajja Privata u ċ-Ċibersigurtà tal-Università ta’ Maastricht). Mill‑2018 sal‑2020, hija membru tal-Kumitat ta’ Eżami tal-istess università.

Bejn l‑2013 u l‑2019, hija kienet membru tal-Kunsill tal-European Law Institute (Eli). Bejn l‑2015 u l‑2021, kienet editriċi assoċjata tal-European Data Protection Law Review u, mill‑2021, membru tal-Kumitat Editorjali tiegħu. Mill‑2020, hija kienet wkoll membru tal-Kumitat Editorjali tal-pjattaforma ta’ informazzjoni EU Law Live.

M. Brkan hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija tiġi regolarment mistiedna bħala kelliem f'konferenzi mill-universitajiet fl-Ewropa u fl-Istati Uniti.

M. Brkan inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2021.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Distinguished Fellow, Maastricht Centre for European Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-pjattaforma ta’ informazzjoni EU Law Live
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tal-European Data Protection Law Review
  • Membru tal-Pravniško društvo v Mariboru
  • Membru tal-Maastricht Law and Tech Lab
  • Membru tal-European Law Institute
  • Membru tal-European Centre on Privacy and Cybersecurity
  • Membru tal-“Friends of the Hamburg Max Planck Institute for Comparative and International Private Law”
  • Membru tas-Slovensko društvo za evropsko pravo
  • Membru tas-Svetovna mreža Univerze v Ljubljani
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Premju “Ġurist Żagħżugħ tas-sena 2007”, Zveza društev pravnikov Slovenije (2007)
  • Premju “J.H.H. Weiler”, mogħti lill-aħjar artiklu ta’ riċerka fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, Pravna fakulteta Univerze v Ljubljani (2003)
  • Onorifiċenza għal kisba eċċellenti fl-istudji fid-dritt, Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani (2003)
Louise Spangsberg Grønfeldt
Louise Spangsberg Grønfeldt
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1980 f’Ishøj (id-Danimarka), Louise Spangsberg Grønfeldt kisbet diploma fid-dritt fl‑2004, u mbagħad diploma ta’ master fid-dritt fl‑2007 mill-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka). Hija kisbet ukoll diploma ta’ master mill-collège d’Europe (il-Kulleġġ tal-Ewropa, il-Belġju) fl‑2007. Hija ġiet ammessa bħala avukata fid-Danimarka fl‑2012.

L. Spangsberg Grønfeldt bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑2007 bħala avukata stagiaire u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2009. Matul dan il-perijodu, hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni fil-Københavns Universitet, inizjalment bħala lecturer u mbagħad bħala lecturer anzjan.

Bejn l‑2009 u l‑2013, hija ngħaqdet mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala ġurista lingwista.

Bejn l‑2013 u l‑2016, L. Spangsberg Grønfeldt kienet membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea, fi ħdan it-tim “Baġit”. Hija mbagħad eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mal-Imħallef Jesper Svenningsen sal‑2018. Fi tmiem dik is-sena, hija reġgħet ingħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea (fit-tim “Għajnuna mill-Istat”), qabel ma nħatret, fl‑2019, membru tal-uffiċċju ta’ Margrethe Vestager, Viċi Presidenta Eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea. Bejn l-aħħar tal‑2020 u l‑2023, hija ħadmet fi ħdan it-tim “Ġustizzja u Affarijiet Interni” tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea.

L. Spangsberg Grønfeldt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2023.

Krystyna Kowalik-Bańczyk
Krystyna Kowalik-Bańczyk
Presidenta tat-Tielet Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1976 fi Gdańsk (il-Polonja), Krystyna Kowalik-Bańczyk kisbet id-diploma tagħha fid-dritt mill-Uniwersytet Gdański (l-Università ta’ Gdańsk, il-Polonja) fl‑1999 u d-diploma tagħha ta’ studji approfonditi mill-université des sciences sociales de Toulouse (l-Università tax-xjenzi soċjali ta’ Toulouse, Franza) fl‑2000. Sussegwentement hija kompliet l-istudji tagħha fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) u kisbet Master of Laws fid-dritt Ewropew fl‑2002. Hija ddefendiet it-teżi tagħha fl-Akkademja tax-xjenza fil-Polonja u kisbet it-titolu tagħha ta’ dottorat fid-dritt fl‑2004.

Mill‑2002 sal‑2010, hija għallmet f’Varsavja fil-Polonja fiċ-Ċentru Ewropew tal-Uniwersytet Warszawski (l-Università ta’ Varsavja) kif ukoll fil-Wyższa Szkoła Prawa i Administracji (l-Università tad-Dritt u tal-Amministrazzjoni). Mill‑2006 sal‑2014, waqt li kienet tgħallem, hija ddedikat ruħha għal xogħlijiet ta’ riċerka bħala lettriċi (2006) u sussegwentement bħala professoressa assoċjata (2014) mal-istitut tal-istudji legali tal-Akkademja tax-xjenzi fil-Polonja. Hija għallmet wkoll korsijiet tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2010 sal‑2016, bħala lettriċi fil-Politechnika Gdańska (l-Università teknika ta’ Gdańsk, il-Polonja) u bħala professoressa mistiedna fl-universitajiet Franċiżi Panthéon-Assas ta’ Pariġi u Sophia-Antipolis ta’ Nice u fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).

Krystyna Kowalik-Bańczyk inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016, u hemmhekk ilha taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala President ta’ Awla, fl-okkażjoni ta’ żewġ mandati konsekuttivi, mid-19 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Koeditriċi jew membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-rivisti legali “Europejski Przegląd Sądowy”, “Yearbok of Antitrust and Regulatory Studies”, “Media Laws” u “iKAR”
  • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-reviżjoni l-ġdida tal-“Balkan Yearbook of International and European Law”
  • Membru tal-i“Steering committee” tal-Master in European Law (first year) fl-université du Luxembourg
  • Membru tal-fergħa Pollakka tal-Fédération Internationale pour le Droit européen (FIDE), tal-Association Internationale du droit de la concurrence (ASCOLA) u tal-“International Law Association” (ILA)
Inga Reine
Inga Reine
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1975 f’Riga (il-Latvja), Inga Reine kisbet diploma fid-dritt mil-Latvijas Universitāturali (l-Università tal-Latvja) fl‑1996 u master mill-European Inter-University Centre for Human Rights and Democratisation (EIUC) (iċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, l-Italja) fl‑1998.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista fl-Uffiċċju Latvjan għad-Drittijiet tal-Bniedem mill‑1995 sal‑1999, qabel ma ngħaqdet mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) bħala konsulent fil-kuntest tal-missjoni fil-Kosovo mill‑1999 sal‑2002 u tal-missjoni fil-Montenegro mill‑2002 sal‑2003.

Bejn l‑2003 u l‑2012, hija kompliet il-karriera tagħha bħala ġurista fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Latvjan u tirrappreżenta lill-Gvern Latvjan fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Matul dan il-perijodu, hija barra minn hekk ġiet innominata membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fl‑2012, I. Reine nħatret bħala kap ta’ diviżjoni tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Latvja fl-Unjoni Ewropea fi Brussell u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2015. Barra minn hekk, hija kienet konsulent legali hemmhekk bejn l‑2012 u l‑2016.

I. Reine nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2016.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Arbitru fi ħdan il-Qorti ta’ Konċiljazzjoni u Arbitraġġ tal-OSCE
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Atzinības krusts (IV. šķira) (2011)
Gabriele Steinfatt
Gabriele Steinfatt
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1977 f’Bad Harzburg (il-Ġermanja), Gabriele Steinfatt segwiet studji fid-dritt fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) f’Saarbrücken (il-Ġermanja) u fi Strasbourg (Franza). Hija kisbet master fid-dritt privat u ċertifikat fid-dritt Ewropew mill-université Robert Schuman (l-Università Robert Schuman, Strasbourg, Franza) fl‑2000. Fl‑2002, hija għaddiet mill-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt f’Saarbrücken. Mill‑2002 sal‑2003, hija segwiet studji ta’ dottorat fid-dritt mal-Europa-Institut de l’Universität des Saarlandes (l-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Università tal-Land ta’ Saar, il-Ġermanja). Fl‑2005, temmet il-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħha f’Saarbrücken (il-Ġermanja) permezz tat-tieni eżami tal-Istat fid-dritt. Hija bdiet taħdem fuq teżi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) u ngħatat it-titolu ta’ dottorat fid-dritt fl‑2012.

Fl‑2005, G. Steinfatt inħatret imħallef mal-Verwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva ta’ Bremen, il-Ġermanja) fejn serviet sal‑2017, qabel ma ngħaqdet mal-Oberverwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Bremen, il-Ġermanja) mill‑2017 sal‑2019. Matul dan il-perijodu, hija wkoll inħatret membru tad-Dienstgerichtshof für Richter (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Imħallfin) u membru supplenti tal-Berufsgerichtshofs für Ingenieure (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Inġiniera).

Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt Ewropew, G. Steinfatt iddedikat ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar), kif ukoll fl-Universität Bremen (l-Università ta’ Bremen, il-Ġermanja). Hija involuta fil-formazzjoni ta’ ġuristi żgħażagħ fil-kuntest tal-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħhom filwaqt li hija eżaminatriċi għall-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt.

G. Steinfatt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Vereinigung der Bremischen Verwaltungsrichterinnen und Verwaltungsrichter
Elisabeth Tichy-Fisslberger
Elisabeth Tichy-Fisslberger
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1957 fi Vjenna (l-Awstrija), Elisabeth Tichy-Fisslberger kisbet, fl‑1980, diploma fid-dritt li hija kkompletat bi studji fid-dritt internazzjonali fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) fl‑1981.

E. Tichy-Fisslberger bdiet il-karriera professjonali tagħha fil-Kummissjoni Ewropea fl‑1982, bħala interpretu tal-konferenzi, funzjoni li hija eżerċitat sal‑1988. Fl-istess ħin, hija kompliet l-istudji lingwistiċi tagħha fl-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija) u kisbet diploma ta’ studji lingwistiċi fl‑1984.

Fl‑1988, hija ngħaqdet mad-dipartimenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej u Ekonomiċi, bħala konsulenta, u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑1993.

Fl‑1990, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Dublin. Minn nofs l‑1991 sa nofs l‑1992, hija kienet assistenta direttriċi għall-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fi Vjenna. Sussegwentement, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Londra.

Mill‑1993 sal‑2000, hija kienet Ministru-Kunsilliera mar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Lura mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, E. Tichy-Fisslberger ssejħet tiżgura l-funzjonijiet ta’ direttriċi għall-affarijiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bejn l‑2000 u l‑2003. Sussegwentement, hija nħatret assistenta direttriċi ġenerali għall-affarijiet Ewropej u ekonomiċi u, mill‑2007, direttriċi ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi u konsulari. Barra minn hekk, hija żgurat wkoll il-funzjonijiet ta’ koordinatriċi nazzjonali fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni bejn l‑2009 u l‑2017.

Minn Diċembru 2017, hija kienet Ambaxxatriċi tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fi ħdan l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f’Genève. Fl‑2020, hija ġiet eletta Presidenta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u, fl‑2021, Presidenta tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fl-istess ħin, ma’ dawn l-attivitajiet, E. Tichy-Fisslberger tgħallem id-dritt fi ħdan id-Diplomatische Akademie Wien (l-Akkademja diplomatika ta’ Vjenna, l-Awstrija) mill‑2002. Bejn l‑2006 u l‑2017, hija għallmet ukoll id-dritt fi ħdan l-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna).

E. Tichy-Fisslberger inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Kavallier tal-Légion d’Honneur, Franza (2005)
  • Salib il-Kbir tal-Ordni tal-Mertu tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (2021)
  • Stilla tad-diplomazija Litwana (2021)
Danutė Jočienė
Danutė Jočienė
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1970 f’Akmenė (il-Litwanja), Danutė Jočienė kisbet diploma fid-dritt fl‑1994 u dottorat fid-dritt fl‑1999 mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja).

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑1997 fi ħdan id-dipartiment tad-dritt Ewropew tal-Gvern Litwan bħala esperta fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, pożizzjoni li hija baqgħet tokkupa sal‑2001. Hija żgurat, bejn l‑2002 u l‑2004, il-missjoni ta’ aġent tal-Gvern Litwan għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, fl‑2003‑2004, hija rrappreżentat lir-Repubblika tal-Litwanja bħala esperta fil-Kumitat ta’ Tmexxija għad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Titjib tal-Proċeduri għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg.

Fl‑2004, D. Jočienė nħatret imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha għal disa’ snin, sal‑2013, fejn okkupat, mill‑2011 sal‑2013, il-kariga ta’ Viċi President fis-Sezzjoni II. Meta marret lura f’pajjiżha, hija ngħaqdet, fl‑2014, mal-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja), fejn hija kienet sal‑2023, l-ewwel imħallef u, mill‑2021, Presidenta. Mill‑2023 sal 2025, hija ngħaqdet, bħala mħallef, mal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja). Fl-istess perijodu, D. Jočienė kienet ukoll membru tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ. Bejn l‑2015 u l‑2025, hija kienet imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

D. Jočienė ddedikat ukoll parti importanti mill-attività tagħha għat-tagħlim u għar-riċerka u hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali, b’mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Mill‑1999 sal‑2004, hija okkupat il-pożizzjonijiet ta’ professur assoċjat, professur u viċi dekan fil-Fakultà tal-Liġi tal-Vilniaus universitetas. Mill‑2014, hija kienet professur fl-Iskola tad-Dritt tal-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja).

Mill‑2021 sal‑2025, D. Jočienė hija kienet editur prinċipali u membru tal-bord editorjali tal-pubblikazzjoni perjodika Lietuvos Respublikos Konstitucinio Teismo periodinis leidinys “Konstitucinė jurisprudencija” (Il-Ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja).

  1. Jočienė hija Mħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑16 ta’ Ġunju 2025.
Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Laboratorju tar-Riċerka tal-Iskola tad-Dritt tal-Mykolo Romerio universitetas
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Distinzjoni tal-ewwel grad “Teisėjų Tarybos I-ojo laipsnio pasižymėjimo ženklas ‘Už nuopelnus teismų sistemai’” (Għall-Merti fis-Sistema Ġudizzjarja) mogħti mill-Kunsill tal-Imħallfin tal-Litwanja (2021)
  • Ittra ta’ eċċellenza mogħtija mil-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (2023)
Beatrix Ricziová
Beatrix Ricziová
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1981 fi Bratislava (is-Slovakkja), Beatrix Ricziová kisbet mill-Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is-Slovakkja) master fid-dritt fl‑2005 qabel ma ngħatat dottorat fid-dritt fl‑2012.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala assistenta legali f’uffiċċju ta’ avukat fis-Slovakkja mill‑2002 sal‑2004. Mill‑2003 u għal numru ta’ snin, hija wettqet xogħol ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni matul avvenimenti organizzati mill-muniċipalità ta’ Stupava (is-Slovakkja).

Bejn l‑2005 u l‑2006, B. Ricziová ngħaqdet, bħala ġurista, mal-Istitut għall-Approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Uffiċċju tal-Gvern tas-Slovakkja u sussegwentement, mill‑2007 sal‑2008, mal-Uffiċċju tal-Aġent Prinċipali Responsabbli għar-Rappreżentanza tas-Slovakkja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Slovakk. Bejn l‑2009 u l‑2022, hija assumiet il-funzjonijiet ta’ aġent prinċipali tas-Slovakkja quddiem il-qrati tal-Unjoni.

B. Ricziová hija wkoll membru, mill‑2007 sal‑2010, tal-Kumitat Permanenti għad-Drittijiet Ċivili u Kummerċjali tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Gvern tas-Slovakkja u, mill‑2012 sal‑2015, tal-Kumitat għall-Kodifikazzjoni mill-Ġdid tal-Liġi Proċedurali Ċivili fis-Slovakkja.

B. Ricziová nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2022.

Anna Marcoulli
Anna Marcoulli
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1974 f’Nikosija (Ċipru), Anna Marcoulli ggradwat fid-dritt mill-University of East Anglia (l-Università ta’ East Anglia, ir-Renju Unit) fl‑1995 u kisbet, fl‑1996, master fid-dritt mill-University of Bristol (l-Università ta’ Bristol, ir-Renju Unit).

Ammessa bħala avukat f’Ċipru fl‑1997, hija daħlet mas-Servizz Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru bħala membru tad-dipartiment tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, mill‑1998 sal‑2008.

Fl‑2005, daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala esperta nazzjonali kkollokata mad-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni, u eżerċitat hemmhekk dawn il-funzjonijiet sal‑2007. Sussegwentement hija ngħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea mill‑2008 sal‑2016. Fl‑2012, hija pparteċipat fil-ġestjoni tax-xogħlijiet tal-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u assumiet, f’dan il-kuntest, il-funzjonijiet ta’ konsulent legali.

A. Marcoulli nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit‑13 ta’ April 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019 hija ġiet fdata minn sħabha l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla, kariga li okkupat sal‑31 ta’ Awwissu 2025.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru fundatur tal-Kypriakó Somateío Dikaíou Enérgeias
Suzanne Kingston
Suzanne Kingston
Presidenta tad-Disa’ Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1977 f’Dublin (l-Irlanda), Suzanne Kingston kisbet diploma fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 kif ukoll master fid-dritt mill-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2000. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt f’din l-università tal-aħħar, fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2009.

Fl‑1998, hija ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of Gray’s Inn, Londra (ir-Renju Unit). Fl‑2002, hija ngħaqdet bħala avukat mal-uffiċċju fi Brussell ta’ uffiċċju internazzjonali tal-avukati, fejn ipprattikat il-professjoni legali sal‑2004.

Sussegwentement, S. Kingston daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Leendert Geelhoed, li miegħu hija kkollaborat mill‑2004 sal‑2006.

S. Kingston ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of King’s Inns, Dublin (l-Irlanda) fl‑2007. Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda mill‑2007 bħala Barrister, u sussegwentement bħala Senior Counsel.

Barra minn hekk, S. Kingston għallmet id-dritt fi ħdan il-University College Dublin (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Irlanda) bħala lettriċi anzjana mill‑2007 sal‑2015, u sussegwentement, mill‑2015, bħala professoressa. Matul il-karriera universitarja tagħha, hija għallmet ukoll f’universitajiet oħra, b’mod partikolari fil-Columbia University (l-Università ta’ Columbia, l-Istati Uniti), fil-Cambridge University (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden), kif ukoll fl-Osgoode Hall Law School of York University in Toronto (l-Osgoode Hall Law School tal-Università ta’ York f’Toronto, il-Kanada). Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea.

S. Kingston inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 hija ġiet fdata minn sħabha l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Viċi Presidenta tal-Irish Centre for European Law
  • Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivista Irish Jurist
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Kandidat għall-premju tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (2015)
  • Kandidat għall-premju Champions Irlandiżi tar-riċerka Ewropea, mogħti mill-Kunsill Irlandiż tar-Riċerka (2017)
Petra Škvařilová-Pelzl
Petra Škvařilová-Pelzl
Presidenta tas-Sitt Awla
Bijografija u karriera

Imwielda fl‑1975 fi Praga (iċ-Ċekoslovakkja), Petra Škvařilová-Pelzl wettqet l-istudji fid-dritt fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fil-Ġermanja, li fi tmiemhom l-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) tatha t-titolu Magister Juris (summa cum laude) fl‑1999. Hija bdiet studji ta’ dottorat fid-dritt fl-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg, il-Ġermanja), fejn iddefendiet teżi fl‑2004 (summa cum laude). Hija wkoll iggradwat fl-interpretazzjoni għal-lingwa Ġermaniża mill-iStátní jazyková škola (l-Iskola tal-Istat tal-Lingwi ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) fl‑1995.

Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala kollaboratriċi xjentifika mal-katedra tad-dritt kummerċjali, dritt marittimu u dritt ekonomiku tal-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg) fl‑1999, u sussegwentement għaddiet b’suċċess kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) għall-finijiet tar-reklutaġġ ta’ ġuristi Ċeki mill-istituzzjonijiet Ewropej. Hija għalhekk ingħaqdet, bħala uffiċjal, mad-Direttorat Ġenerali tal-Bibljoteka u tar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u hemmhekk eżerċitat il-funzjonijiet ta’ amministratriċi ġurista mill‑2004 sal‑2019. Bejn l‑2010 u l‑2016, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet bħala attachée mad-Direttur Ġenerali. Mill‑2017 sal‑2018, hija assumiet sussegwentement il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Maria Berger fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Minbarra li hija awtriċi ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt komparattiv, P. Škvařilová-Pelzl tiddedika ruħha wkoll għat-tagħlim fl-Univerzita Karlova, fejn hija wkoll membru tal-Bord tal-Għażla għall-eżamijiet tad-dottorat fid-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fil-Verwaltungsakademie des Bundes (l-Akkademja Federali għas-Servizz Pubbliku, l-Awstrija) fi Vjenna. Barra minn hekk, P. Škvařilová-Pelzl tintervjeni f’diversi seminars u konferenzi, inkluż fil-kuntest tal-Festival Ċek-Ġermaniż tad-dritt miżmum kull sentejn.

P. Škvařilová-Pelzl inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis26 ta’ Settembru 2019 u hemmhekk teżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mill‑10 ta’ Ottubru 2024.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei e.V. (SIPE)
  • Ambaxxatriċi tal-proġett Ċek #PRVNÍCH100LET (li jġib flimkien nisa kontemporanji li jispiraw mid-dinja legali u l-ħajja pubblika u jfakkar id-destini tan-nisa li sawru l-professjonijiet tagħhom)
  • Peress li rċeviet il-borża ta’ studju “Copernicus” għall-istudji fl-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg) (1996/1997) kif ukoll il-borża ta’ studju tal-Bundestag (il-Parlament Ġermaniż) għall-parteċipazzjoni fl-iStage Parlamentari Internazzjonali (Berlin, 2004), hija alumnus ta’ dawn l-organi
  • Membru tal-Association des juges européens du droit de la concurrence
Titoli u distinzjonijiet onorarji
  • Rebbieħa ta’ premju mogħti mir-rivista legali “Zeitschrift für Europäisches Privatrecht” għall-artiklu “Das Produkthaftungsrecht in der Tschechischen Republik und nach der Produkthaftungsrichtlinie" (Freiburg im Breisgau, 1998)
Francesco Bestagno
Francesco Bestagno
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1966 f’Genova (l-Italja), Francesco Bestagno kiseb diploma fid-dritt fl‑1989 mill-Università cattolica del Sacro Cuore (l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa, Milano, l-Italja) u dottorat fid-dritt internazzjonali ekonomiku fl‑1995 mill-Università commerciale Bocconi (l-Università kummerċjali Bocconi, Milano, bi sħubija mal-universitajiet ta’ Torino u ta’ Bergamo, l-Italja). Fl‑1997, huwa wettaq l-istudji postdottorali tiegħu fl-Università ta’ Genève (l-Isvizzera).

F. Bestagno beda l-karriera universitarja tiegħu bħala riċerkatur fid-dritt internazzjonali fl‑1997 mal-Università cattolica del Sacro Cuore, u okkupa l-pożizzjoni ta’ professur aggregat fid-dritt internazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea mill2000 sal‑2002. Huwa sar professur assoċjat f’dawn id-dixxiplini fl‑2002. Maħtur professur titolari tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-Fakultà tal-Liġi ta’ din l-università fl‑2006, huwa eżerċita din il-funzjoni sal‑2020 filwaqt li mexxa l-Istitut tal-Istudji Internazzjonali bejn l‑2016 u l‑2020. Huwa attwalment membru tal-Kumitat tal-Professuri tal-Iskola dottorali tad-dritt ta’ din l-istess università.

Fl-istess ħin, flimkien mal-attivitajiet universitarji tiegħu, u wara li ġie ammess fil-kamra tal-avukati ta’ Brescia (l-Italja) fl‑1992, F. Bestagno kien konsulent legali indipendenti dwar kwistjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet fundamentali, tad-dritt doganali u tad-dritt kummerċjali internazzjonali sal‑2020. Huwa pparteċipa bħala espert legali f’isem il-Vatikan (is-Santa Sede) f’konferenzi diplomatiċi fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa fl‑2017 u fl‑2019.

Mill‑2020 sal‑2025, huwa assuma l-pożizzjoni ta’ konsulent legali prinċipali u responsabbli għas-Servizz Legali tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea fi Brussell (il-Belġju), fejn, bejn l‑2021 u l‑2022, huwa kien ukoll responsabbli għat-taqsima inkarigata mill-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

F. Bestagno huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt kummerċjali internazzjonali, li fosthom hemm żewġ manwali akkademiċi dwar l-istituzzjonijiet u s-sorsi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u dwar is-suq intern Ewropew.

F. Bastagno huwa Mħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑15 ta’ Settembru 2025.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tal-Associazione italiana degli studiosi di Diritto dell’Unione europea (AISDUE)
  • Membru tal-bord ta’ amministrazzjoni taċ-Centro Studi sul Federalismo
  • Membru tal-kumitati ta’ tmexxija jew xjentifiku tar-rivisti legali li ġejjin: “Diritto del commercio internazionale”, “Diritto Pubblico Comparato ed Europeo”, “Eurojus.it”, “European Legal Forum”, “Jus — Rivista di scienze giuridiche”, “Papers di diritto europeo”, “Rivista del contenzioso europeo” u “Unione europea e diritti”
  • Kofondatur u koordinatur tal-kollezzjoni editorjali “Studi di Diritto internazionale e dell’Unione europea”
Ricardo da Silva Passos
Ricardo da Silva Passos
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1953 f’Lisbona (il-Portugall), Ricardo da Silva Passos kiseb, fl‑1975, diploma fid-dritt fl‑Universidade Clássica de Lisboa (l-Università Klassika ta’ Lisbona, il-Portugall) u diploma ta’ studji approfonditi fl-université de Strasbourg (l-Università ta’ Strasbourg, Franza) fl‑1978. Sussegwentement huwa kkompleta l-istudji tiegħu fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l‑Istati Uniti), fejn kiseb diploma ta’ Master of Laws fl‑1984.

Mill‑1975, huwa eżerċita għal sena l-funzjonijiet ta’ subdelegat (subdelegado) tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika għat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall) qabel ma ngħaqad, bħala ġurista, mas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-Kunsill tal-Ewropa, Strasbourg, Franza), mill‑1978 sal‑1986. Fl‑1986, huwa daħal fis‑servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef José Carlos de Carvalho Moitinho de Almeida.

Mill‑1988 sal‑1999, huwa nħatar kap ta’ diviżjoni fis-segretarjat tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tad-Drittijiet taċ-Ċittadini tal-Parlament Ewropew li tiegħu huwa sar kap ta’ unità tas-servizz legali bejn l‑1999 u l‑2010. Sussegwentement, fi ħdan l-istess dipartiment, huwa ħa d-direzzjoni tal‑affarijiet istituzzjonali u parlamentari mill‑2010 sal‑2016. Fl‑2002, huwa nħatar membru tas‑segretarjat tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.

R. da Silva Passos nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla, kariga li okkupa sal‑31 ta’ Awwissu 2025.

Jesper Svenningsen
Jesper Svenningsen
Imħallef
Bijografija u karriera

Imwieled fl‑1966 f’Aalborg (id-Danimarka), Jesper Svenningsen wettaq studji fid-dritt mal-Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka), li fi tmiemhom huwa kiseb il-juridisk kandidateksamen fl‑1989.

Wara l-Università, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala avukat stagiaire mal-Kammeradvokaten (l-uffiċċju tal-avukati li jaġixxi bħala konsulent legali tal-Gvern Daniż, Kopenħagen), sabiex sussegwentement sar référendaire mal-Avukat Ġenerali Claus Gulmann fil-Qorti tal-Ġustizzja, mill‑1991 sal‑1993. Huwa kkollabora mill-ġdid fi ħdan il-Kammeradvokaten bejn l‑1993 u l‑1995, perijodu li matulu ġie aċċettat bħala avukat fid-Danimarka, kif ukoll ġie ammess sabiex jidher quddiem il-Landsret (il-Qorti tal-Appell, id-Danimarka). F’dak iż-żmien, għallem fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka), bħala lettur fid-dritt tal-Unjoni.

Bejn l‑1995 u l‑1999, huwa lettur anzjan, u sussegwentement aġent direttur mal-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, IEAP) fil-Lussemburgu, bl-eċċezzjoni tas-sena 1997, li matulha huwa waqaf mill-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet għal perijodu ta’ residenza fi Brussell fejn ħadem ma’ uffiċċju tal-avukati Daniż. Fl‑1999, huwa ngħaqad mas-servizz legali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u, fl‑2000, mad-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala ġurist lingwist. Waqt li kien qed jaqdi dawn il-funzjonijiet, fl‑2003, ġie kkollokat fil-kwalità ta’ référendaire ma’ Claus Gulmann, li sar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. Mill‑2006 sal‑2013, kien référendaire mal-Imħallef Lars Bay Larsen fil-Qorti tal-Ġustizzja.

J. Svenningsen inħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis‑7 ta’ Ottubru 2013 u serva hemmhekk sakemm din il-qorti ġiet xolta fl‑1 ta’ Settembru 2016. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla, kariga li okkupa sal‑31 ta’ Awwissu 2025.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità
  • Membru tad-Dansk Forening for Europaret