CURIA
rss
tfittxija avvanzata
Pubblikazzjonijiet ġuridiċi

   
  corner-cour  
   
 
  • Dokumenti li jirregolaw il-proċedura

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti Ġenerali

Bibljografija ġuridika dwar l-integrazzjoni Ewropea

Bibljografija kurrenti 

Repertorju tal-ġurisprudenza 

Aċċess numeriku għall-kawżi 

Noti 

Riflessjonijiet - Informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi ġuridiċi li huma ta' interess għall-Unjoni

Bibljoteka, riċerka u dokumentazzjoni

Id-Direttorat Ġenerali Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni jelabora bosta għodda li jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għal-letteratura ġuridika u għall-ġurisprudenza nazzjonali relatata mad-dritt tal-Unjoni.

Ċerti pubblikazzjonijiet stampati ġew issostitwiti minn verżjonijiet elettroniċi disponibbli fis-sit Curia, li jippermetti tixrid b'xejn u malajr.

Bibljografija ġuridika dwar l-integrazzjoni Ewropea

Pubblikazzjoni annwali bbażata fuq l-akkwisti ta' monografiji u ta' pubblikazzjoni tal-perjodiċi matul is-sena kkonċernata fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni. Sa mill-edizzjoni tal-1990, il-Bibljografija saret pubblikazzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tinkludi madwar 6 000 referenza bibljografika, aċċessibbli permezz ta' werrejja sistematiċi u permezz tal-indiċi tal-awturi.

Prezz tal-pubblikazzjoni: € 50, mingħajr VAT.

Jekk jogħġobkom indirizzaw it-talbiet tagħkom lid-Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Diviżjoni tal-Pubblikazzjonijiet, L-2925 Il-Lussemburgu.

Bibljografija kurrenti

Bibljografija bimestrali li tinkludi ġabra sistematika tal-letteratura kollha (pubblikazzjonijiet indipendenti u artikli) miksuba jew miflija matul il-perijodu ta' referenza. Il-bibljografija tikkonsisti f'żewġ partijiet separati:

parti A: pubblikazzjonijiet ġuridiċi li jikkonċernaw l-integrazzjoni Ewropea;

parti B: teorija ġenerali tad-dritt, tad-dritt internazzjonali, tad-dritt komparattiv, tad-drittijiet nazzjonali.

Il-bibljografija kurrenti hija disponibbli sa minn Jannar 2000 fuq is-sit: Bibljografija kurrenti. (Attenzjoni! Din il-pubblikazzjoni teżisti biss bil-Franċiż)

Repertorju tal-ġurisprudenza

Ir-Repertorju tal-ġurisprudenza jiġbor, b'mod sistematiku, is-sommarji tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mogħtija sa mill-bidu tal-attività rispettiva tagħhom, skont pjan ta' klassifikazzjoni.

Ir-Repertorju tal-ġurisprudenza jeżisti bil-Franċiż; huwa aġġornat kull ġimgħa u jista' jiġi kkonsultat fis-sit: Répertoire de jurisprudence.

Aċċess numeriku għall-kawżi

Lista numerika tal-kawżi kollha mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa mill-ħolqien tagħhom. Din il-lista, bil-Franċiż u bl-Ingliż, hija aġġornata kuljum u tinkludi l-links lejn it-testi tad-deċiżjonijiet u tal-informazzjoni relatata mal-kawżi li jinsabu fuq is-siti EUR-Lex jew Curia.

Noti

Din il-pubblikazzjoni, disponibbli fuq Curia, tagħti reċensjoni tan-noti kollha ta' duttrina relatati mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u tipprovdi r-referenzi tagħhom.

Riflessjonijiet - Informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi ġuridiċi li huma ta' interess għall-Unjoni

Bullettin ta' informazzjoni bil-Franċiż li jagħti ħarsa lejn il-ġurisprudenza tal-qrati internazzjonali u nazzjonali, tal-prassi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, li jippreżentaw interess għall-ġurisprudenza tal-Unjoni.

Normalment jiġu ppubblikati tliet ħarġiet kull sena u l-edizzjonijiet (sa mill-1999) huma disponibbli fuq Curia.

.