Imwieled fl‑1960 f’Gorredijk (il-Pajjiżi l-Baxxi), Marc van der Woude temm l-ewwel snin ta’ studji tiegħu fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università ta’ Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi) fejn fl‑1983 kiseb diploma fid-dritt. Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe (il-Belġju) sal‑1984.
Mit-tmiem tal-istudji tiegħu, huwa kien attivament involut fit-tagħlim u fir-riċerka fil-Collège d’Europe, fejn kien assistent sal‑1986. Imbagħad kien lettur fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑1986 sal‑1987. Matul il-karriera tiegħu, huwa baqa’ impenjat fit-tagħlim u mill-2000 ġie fdat katedra tad-dritt fl-Erasmus Universiteit Rotterdam (l-Università Erasmus ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi). Awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, huwa jikkontribwixxi għall-iżvilupp tax-xogħol fid-dritt tal-kompetizzjoni, li huwa rifless f’bosta xogħlijiet ta’ riferiment fil-qasam.
Minbarra l-impenji akkademiċi tiegħu, M. van der Woude għandu karriera bħala prattikant tal-liġi. Mill‑1987 sal‑1989, huwa kien fis-servizz tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fejn aġixxa bħala relatur mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Imbagħad ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u kkollabora, bħala référendaire, mal-Imħallfin Thymen Koopmans u Paul Joan George Kapteyn mill‑1989 sal‑1992. Il-Kummissjoni Ewropea ħatritu amministratur fi ħdan id-Diviżjoni ta’ Koordinazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, pożizzjoni li okkupa mill‑1992 sal‑1993 qabel ma sar membru tas-Servizz Legali tagħha mill‑1993 sal‑1995. Minn dik id-data, sar avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell (il-Belġju), fejn il-prattika kontenzjuża tiegħu tiffoka fuq id-dritt tal-kompetizzjoni.
M. van der Woude nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Settembru 2010. L-Imħallfin sħabu għażluh bħala President ta’ Awla fit‑18 ta’ Settembru 2013 u Viċi President fl‑20 ta’ Settembru 2016. Fis‑27 ta’ Settembru 2019, huwa ġie elett President ta’ din il-qorti u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwieled fl‑1969 f’Nikosija (Ċipru), Savvas S. Papasavvas studja fl-Ethnikó kai Kapodistriakó Panepistímio Athinón (l-Università nazzjonali u ta’ Kapodistrias ta’ Ateni, il-Greċja) u hemmhekk kiseb l-ekwivalenti ta’ master fid-dritt (Ptychion) fl‑1991. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fl-université de Paris II (l-Università ta’ Pariġi II, Franza) li fl‑1992 tagħtu diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt pubbliku. Fl‑1995, wara l-istudji tiegħu ta’ dottorat fl-université d’Aix-Marseille III (l-Università ta’ Aix-Marseille III, Franza), huwa kiseb it-titolu ta’ dottorat fid-dritt.
Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru, membru tal-Kamra tal-Avukati ta’ Nikosija mill‑1993, S. S. Papasavvas kompla l-karriera tiegħu ta’ avukat sal-ħatra tiegħu mal-Qorti Ġenerali fl‑2004.
Huwa ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim fil-Panepistímio Kýprou (l-Università ta’ Ċipru) fil-kwalità tiegħu ta’ lettur mill‑1997 sal‑2002, qabel ma ġie elett hemmhekk bħala lettur anzjan fid-dritt kostituzzjonali mill‑2002 sal‑2004.
S. S. Papasavvas inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Mejju 2004 fejn żgura l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla fl-okkażjoni ta’ żewġ mandati konsekuttivi, mill‑15 ta’ Settembru 2010 sal‑25 ta’ Settembru 2016. Ġie elett Viċi President tal-Qorti Ġenerali minn sħabu fis‑27 ta’ Settembru 2019 u huwa f’din il-kwalità li jservi fil-Qorti Ġenerali.
Imwieled fl‑1961 f’Tas-Sliema (Malta), Eugène Buttigieg studja l-liġi fl-Università ta’ Malta u kiseb dottorat fid-dritt (LL.D) fl‑1986. Fl‑1991, huwa kiseb master fid-dritt Ewropew mill-University of Exeter (l-Università ta’ Exeter, ir-Renju Unit) u, fl‑2004, dottorat fid-dritt mill-University of London (l‑Università ta’ Londra, ir-Renju Unit).
Ammess bħala avukat f’Malta mill‑1987, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fil-Ministeru għall‑Ġustizzja Malti, li fi ħdanu okkupa pożizzjoni ta’ ġurista mill‑1987 sal‑1990. Sussegwentement, bħala ġurista prinċipali, huwa ngħaqad mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti mill‑1990 sal‑1994.
MIll‑1994, E. Buttigieg iddedika ruħu prinċipalment għat-tagħlim: huwa kien lettur mill‑1994 sal‑2001, lettur anzjan mill‑2001 sal‑2006 u professur assoċjat mill‑2007 fl-Università ta’ Malta. Fl‑2009, huwa ngħata l-Katedra Jean Monnet fid-dritt Ewropew u, fl‑2019, laħaq professur. Huwa wkoll professur mistieden tad-dritt tal-kompetizzjoni mal-Queen Mary University of London (l-Università Queen Mary ta’ Londra, ir‑Renju Unit). E. Buttigieg huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt tal-kompetizzjoni.
Mill‑1994 sal‑2005, huwa kien membru tal-Bord dwar id-Drittijiet tal-Awtur u, bejn l‑1994 u l‑2012, eżerċita l-funzjonijiet ta’ konsulent legali fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u tad-dritt tal-konsumatur fis-settur privat. Huwa wkoll f’din il‑kwalità li ngħaqad, mill‑2000 sal‑2012, mal-Ministeru għall-Ekonomija Malti u mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Mill‑2001 sal‑2009, huwa kien ukoll membru tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi.
E. Buttigieg inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ottubru 2012. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwielda fl‑1971 fil-Polonja, Nina Półtorak kisbet diploma fid-dritt fl‑1995 u fl‑2001 iddefendiet teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagiełło ta’ Kraków, il-Polonja). Fl‑2011, hija ngħatat it-titolu ta’ dottorat avvanzat fix-xjenzi legali. Fl‑2022, hija kisbet it-titolu mogħti mill-Istat ta’ professoressa fix-xjenzi legali.
Ammessa fil-Kamra tal-Konsulenti Legali fil-Polonja fl‑2000, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet mill‑2000 sal‑2012 f’numru ta’ uffiċċji ta’ avukati fejn ipprovdiet l-esperjenza tagħha fil-qasam tad-dritt Pollakk u tad-dritt Ewropew u billi rrappreżentat klijenti quddiem l-iktar qrati għolja. Fl‑2012, hija ngħaqdet mal-korp tal-ġudikatura Pollakka bħala mħallef fil-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Kraków) u, fl‑2014, hija ġiet assenjata lin-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Bejn l‑2013 u l‑2016, hija ġiet innominata direttriċi tad-dipartiment tad-dritt Ewropew tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja).
N. Półtorak segwiet ukoll karriera universitarja bħala lettriċi mill‑1995 sal‑2003, qabel ma saret, mill‑2003 sal‑2013, professoressa assoċjata u, mill‑2013, professoressa mal-Katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Uniwersytet Jagielloński, fejn wettqet riċerka universitarja u fost affarijiet oħra għallmet id-dritt kostituzzjonali u d-dritt amministrattiv tal-Unjoni Ewropea u kienet superviżura ta’ teżijiet ta’ master u ta’ dottorat. Barra minn hekk, hija mexxiet il-programmi ta’ studji postuniversitarji fid-dritt tal-Unjoni fl-Uniwersytet Jagielloński mill‑2006 sal‑2016. Hija ddedikat ruħha wkoll għar-riċerka legali u ngħaqdet, bħala “Visiting Scholar”, mal-Oxford University (l‑Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 u mal-Istituto Universitario Europeo (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2005. Hija awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt Ewropew.
N. Półtorak inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 hija ġiet fdata minn sħabha l-Imħallfin il-kariga ta’ Presidenta ta’ Awla u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.
Imwielda fl‑1976 fi Gdańsk (il-Polonja), Krystyna Kowalik-Bańczyk kisbet id-diploma tagħha fid-dritt mill-Uniwersytet Gdański (l-Università ta’ Gdańsk, il-Polonja) fl‑1999 u d-diploma tagħha ta’ studji approfonditi mill-université des sciences sociales de Toulouse (l-Università tax-xjenzi soċjali ta’ Toulouse, Franza) fl‑2000. Sussegwentement hija kompliet l-istudji tagħha fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) u kisbet Master of Laws fid-dritt Ewropew fl‑2002. Hija ddefendiet it-teżi tagħha fl-Akkademja tax-xjenza fil-Polonja u kisbet it-titolu tagħha ta’ dottorat fid-dritt fl‑2004.
Mill‑2002 sal‑2010, hija għallmet f’Varsavja fil-Polonja fiċ-Ċentru Ewropew tal-Uniwersytet Warszawski (l-Università ta’ Varsavja) kif ukoll fil-Wyższa Szkoła Prawa i Administracji (l-Università tad-Dritt u tal-Amministrazzjoni). Mill‑2006 sal‑2014, waqt li kienet tgħallem, hija ddedikat ruħha għal xogħlijiet ta’ riċerka bħala lettriċi (2006) u sussegwentement bħala professoressa assoċjata (2014) mal-istitut tal-istudji legali tal-Akkademja tax-xjenzi fil-Polonja. Hija għallmet wkoll korsijiet tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2010 sal‑2016, bħala lettriċi fil-Politechnika Gdańska (l-Università teknika ta’ Gdańsk, il-Polonja) u bħala professoressa mistiedna fl-universitajiet Franċiżi Panthéon-Assas ta’ Pariġi u Sophia-Antipolis ta’ Nice u fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).
Krystyna Kowalik-Bańczyk inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016, u hemmhekk ilha taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala President ta’ Awla, fl-okkażjoni ta’ żewġ mandati konsekuttivi, mid-19 ta’ Settembru 2022.
Imwieled fl‑1979 f’Antwerpen (il-Belġju), Geert De Baere kiseb liċenzja ta’ dritt fl-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen, il-Belġju) fl‑2002 u Master of Laws fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fl‑2003. Huwa kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ dottorat fid-dritt fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2007. Fil-kuntest tad-dottorat tiegħu, kien riċerkatur mistieden mal-Columbia Law School tal-Columbia University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università Columbia, l-Istati Uniti) fl‑2005.
Wara li temm id-dottorat tiegħu, huwa ngħaqad, bħala riċerkatur postdottorali assoċjat, mal-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen), li magħha kien affiljat mill‑2007 sal‑2009.
Huwa mbagħad ingħaqad bħala lettur mistieden, fl‑2009, mal-Katholieke Universiteit Leuven (KUL) (l-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju) sabiex jgħallem hemmhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali, li sussegwentement għallem bħala lettur mill‑2010 sal‑2014 u bħala lettur prinċipali mill‑2015.
Bejn l‑2007 u l‑2009, G. De Baere eżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja mal-Avukata Ġenerali Eleanor Sharpston, u sussegwentement, mill‑2016 sal‑2017, mal-Imħallef Alexandra (Sacha) Prechal.
Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑4 ta’ Ottubru 2017 u serva bħala President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2021 sad‑19 ta’ Settembru 2022. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat mill-ġdid minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwieled fl‑1974 f’Barcelona (Spanja), Miguel Sampol Pucurull kiseb, fl‑1997, diploma fid-dritt u, fl‑1998, diploma fil-ġestjoni tan-negozju mill-Universidad Pontificia Comillas ICADE (l-Università Pontifika ta’ Comillas, Spanja) fl‑1998.
Beda l-karriera tiegħu bħala abogado del Estado: mill‑2002 sal‑2005, huwa rrappreżenta l-Istat quddiem il-qrati Spanjoli qabel ma’ ngħaqad, mill‑2005 sal‑2006, mas-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Kultura Spanjol. Mill‑2006 sal‑2007, ingħaqad mas-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Spanjol inkarigat mill-kwistjonijiet marbuta mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Mill‑2007 sal‑2014, M. Sampol Pucurull eżerċita l-funzjonijiet ta’ abogado del Estado-konsulent legali fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Spanja fl-Unjoni Ewropea. Fl‑2014, huwa daħal fis-servizz tal-Ministeru għall-Ġustizzja Spanjol bħala Subdirettur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Abogacía General del Estado (il-Kunsill Legali tal-Istat). Għal dan il-għan, eżerċita fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni Spanjola l-funzjonijiet ta’ abogado del Estado-Jefe tas-servizz legali tal-Istat inkarigat mill-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sal‑2019. Matul dan il-perijodu, huwa serva wkoll fil-Bord ta’ Amministrazzjoni ta’ diversi impriżi pubbliċi u l-prattika minnu tal-liġi wassal għar-redazzjoni ta’ diversi pubblikazzjonijiet legali.
M. Sampol Pucurull inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwielda fl‑1975 fi Praga (iċ-Ċekoslovakkja), Petra Škvařilová-Pelzl wettqet l-istudji fid-dritt fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fil-Ġermanja, li fi tmiemhom l-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) tatha t-titolu Magister Juris (summa cum laude) fl‑1999. Hija bdiet studji ta’ dottorat fid-dritt fl-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg, il-Ġermanja), fejn iddefendiet teżi fl‑2004 (summa cum laude). Hija wkoll iggradwat fl-interpretazzjoni għal-lingwa Ġermaniża mill-iStátní jazyková škola (l-Iskola tal-Istat tal-Lingwi ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) fl‑1995.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala kollaboratriċi xjentifika mal-katedra tad-dritt kummerċjali, dritt marittimu u dritt ekonomiku tal-Universität Hamburg (l-Università ta’ Hamburg) fl‑1999, u sussegwentement għaddiet b’suċċess kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) għall-finijiet tar-reklutaġġ ta’ ġuristi Ċeki mill-istituzzjonijiet Ewropej. Hija għalhekk ingħaqdet, bħala uffiċjal, mad-Direttorat Ġenerali tal-Bibljoteka u tar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u hemmhekk eżerċitat il-funzjonijiet ta’ amministratriċi ġurista mill‑2004 sal‑2019. Bejn l‑2010 u l‑2016, hija eżerċitat dawn il-funzjonijiet bħala attachée mad-Direttur Ġenerali. Mill‑2017 sal‑2018, hija assumiet sussegwentement il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Maria Berger fil-Qorti tal-Ġustizzja.
Minbarra li hija awtriċi ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt komparattiv, P. Škvařilová-Pelzl tiddedika ruħha wkoll għat-tagħlim fl-Univerzita Karlova, fejn hija wkoll membru tal-Bord tal-Għażla għall-eżamijiet tad-dottorat fid-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fil-Verwaltungsakademie des Bundes (l-Akkademja Federali għas-Servizz Pubbliku, l-Awstrija) fi Vjenna. Barra minn hekk, P. Škvařilová-Pelzl tintervjeni f’diversi seminars u konferenzi, inkluż fil-kuntest tal-Festival Ċek-Ġermaniż tad-dritt miżmum kull sentejn.
P. Škvařilová-Pelzl inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019 u hemmhekk teżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mill‑10 ta’ Ottubru 2024.
Imwieled fl‑1975 f’Budapest (l-Ungerija), Krisztián Kecsmár segwa studji fid-dritt fil-Fakultà Jean Monnet tal-université Paris-Sud (Paris XI) (l-Università ta’ Paris-Sud, Franza) fejn kiseb liċenzja fid-dritt fl‑1998, diploma ta’ master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt Ewropew fl‑1999 kif ukoll diploma ta’ master fin-negozju u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl‑2000.
K. Kecsmár beda l-karriera professjonali tiegħu f’uffiċċju tal-avukati fl-Ungerija mill‑2001 sal‑2005.
Fl‑2005, huwa daħal fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea bħala uffiċjal mad-Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà tal-Informazzjoni u tal-Midja. Huwa eżerċita wkoll dawn il-funzjonijiet fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni mill‑2009 sal‑2015, fl‑2016 kif ukoll mill‑2018 sal‑2021.
Mix-xahar ta’ Mejju 2015 sax-xahar ta’ April 2016, K. Kecsmár ġie kkollokat mill-Kummissjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Ungeriż bħala membru tal-uffiċċju ministerjali responsabbli għall-affarijiet Ewropej.
Bejn l‑2016 u l‑2018, K. Kecsmár inħatar Segretarju tal-Istat responsabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Ungeriż.
K. A. Kecsmár inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Ottubru 2021. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwieled fl‑1978 f’Iaşi (ir-Rumanija), Ion Gâlea fl‑2000 kiseb diploma fid-dritt mill-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija) kif ukoll master fid-dritt Ewropew mill-université Paris 1 Panthéon Sorbonne (l-Università Pariġi 1 Panthéon Sorbonne, Franza) fil-kuntest tal-programm tal-Collège juridique franco-roumain d’études européennes (il-Kulleġġ Legali Franko-Rumen għall-Istudji Ewropej, Bukarest, ir-Rumanija) organizzat b’kooperazzjoni mal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest). Fl‑2002, huwa kiseb diploma ta’ master fir-relazzjonijiet internazzjonali fi ħdan l-École nationale d’études politiques et administratives (l-iSkola Nazzjonali ta’ Studji Politiċi u Amministrattivi, Bukarest, ir-Rumanija). Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Karl-Franzens-Universität Graz (l-Università ta’ Graz, l-Awstrija), fejn kiseb master fl-istudji Ewropej fl‑2006. Lura fir-Rumanija, beda studji ta’ dottorat fid-dritt mal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest) fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2008.
I. Gâlea beda l-karriera professjonali tiegħu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rumen, fejn okkupa pożizzjoni ta’ attaché diplomatiku mad-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u għat-Trattati bejn l‑2000 u l‑2002, qabel ma assuma l-funzjonijiet ta’ kap tas-servizz tad-dritt Komunitarju bejn l‑2002 u l‑2007. Mill‑2007 sal‑2009, huwa ddedika ruħu għal servizz ta’ interess pubbliku bħala nutar.
Lura fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, I. Gâlea nħatar espert fid-Direttorat għad-Dritt tal-Unjoni u fih assuma l-funzjonijiet ta’ direttur bejn l‑2009 u l‑2010. Sussegwentement huwa nħatar direttur ġenerali tal-affarijiet legali u eżerċita dawn il-funzjonijiet bejn l‑2010 u l‑2016.
Mill‑2016 sal‑2020, kien ambaxxatur tar-Rumanija għall-Bulgarija u mbagħad sar, fl‑2021, direttur ġenerali tad-dipartiment għar-relazzjonijiet bilaterali Ewropej u għall-kooperazzjoni reġjonali mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
I. Gâlea ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim tad-dritt fl-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest): huwa kien assistent universitarju mill‑2002 sal‑2012, imbagħad lettur mill‑2012 sal‑2016, u lettur anzjan mill‑2016 sal‑2021. Fl‑2021, inħatar professur fi ħdan din l-università.
Barra minn hekk, għallem bħala professur mistieden fi ħdan il-Hayastani divanagitakan dprots’ (l-Akkademja Diplomatika tal-Armenja) fl‑2010, iżda wkoll mal-Institutul Diplomatic Român (l-Istitut Diplomatiku Rumen) mill‑2009 sal‑2015 u mal-Universidade da Coruña (l-Università ta’ La Coruña, Spanja) fl‑2015.
Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet f’dawn l-oqsma.
I. Gâlea nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Ottubru 2021. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwielda fl‑1977 f’Dublin (l-Irlanda), Suzanne Kingston kisbet diploma fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑1998 kif ukoll master fid-dritt mill-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2000. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt f’din l-università tal-aħħar, fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2009.
Fl‑1998, hija ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of Gray’s Inn, Londra (ir-Renju Unit). Fl‑2002, hija ngħaqdet bħala avukat mal-uffiċċju fi Brussell ta’ uffiċċju internazzjonali tal-avukati, fejn ipprattikat il-professjoni legali sal‑2004.
Sussegwentement, S. Kingston daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Leendert Geelhoed, li miegħu hija kkollaborat mill‑2004 sal‑2006.
S. Kingston ġiet awtorizzata teżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Honourable Society of King’s Inns, Dublin (l-Irlanda) fl‑2007. Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda mill‑2007 bħala Barrister, u sussegwentement bħala Senior Counsel.
Barra minn hekk, S. Kingston għallmet id-dritt fi ħdan il-University College Dublin (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Irlanda) bħala lettriċi anzjana mill‑2007 sal‑2015, u sussegwentement, mill‑2015, bħala professoressa. Matul il-karriera universitarja tagħha, hija għallmet ukoll f’universitajiet oħra, b’mod partikolari fil-Columbia University (l-Università ta’ Columbia, l-Istati Uniti), fil-Cambridge University (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden), kif ukoll fl-Osgoode Hall Law School of York University in Toronto (l-Osgoode Hall Law School tal-Università ta’ York f’Toronto, il-Kanada). Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea.
S. Kingston inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 hija ġiet fdata minn sħabha l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.
Imwieled fl‑1976 fi Kraków (il-Polonja), Saulius Lukas Kalėda kiseb diploma fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑1999, u mbagħad master fid-dritt miz-Zentrum für Europäische Integrationsforschung de l’Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja) fl‑2000, kif ukoll dottorat fid-dritt mill-Uniwersytet Jagielloński (l-Università Jagellone ta’ Kraków, il-Polonja) fl‑2002.
S. L. Kalėda beda l-karriera professjonali tiegħu fl‑1998 bħala ġurista fl-Uffiċċju għas-Superviżjoni tas-Settur tal-Assigurazzjoni fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja. Bejn l‑2002 u l‑2003, fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ espert ikkonfermat fid-Dipartiment tad-Dritt Ewropew fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja. Sussegwentement, huwa ngħaqad, bħala ġurista, mad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ewropea, bejn l‑2003 u l‑2004.
Bejn l‑2004 u l‑2013, S. L. Kalėda eżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Vilenas Vadapalas, u mbagħad tal-Imħallef Egidijus Bieliūnas. Fl‑2013, huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kwalità ta’ référendaire mal-Avukat Ġenerali Maciej Szpunar. Bejn l‑2017 u l‑2023, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa rrappreżenta lill-Kummissjoni bħala aġent f’numru kbir ta’ kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni.
Barra minn hekk, S. L. Kalėda kien involut f’attivitajiet universitarji, bħala lecturer fil-Vilniaus universitetas, mill‑2002 sal‑2003 kif ukoll fl‑2011. Huwa ilu mill‑2013 jagħti korsijiet fl-Uniwersytet Jagielloński. Huwa wkoll l-awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt istituzzjonali u proċedurali tal-Unjoni.
S. L. Kalėda nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2023. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.
Imwieled fl‑1954 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Marc Jaeger kiseb master fid-dritt mill-université Robert Schuman fi Strasbourg (l-Università Robert Schuman, Franza) fl‑1979 u kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju), li tah diploma ta’ studji Ewropej approfonditi fl‑1980.
Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu fl‑1981, M. Jaeger eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑1983. Sussegwentement inħatar attaché legali ddelegat mal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tal-Lussemburgu u eżerċita dawn il-funzjonijiet għal sena qabel ma nħatar imħallef fit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), mill‑1984 sal‑1986.
Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Jean Mischo li miegħu kkollabora mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement ngħaqad mal-uffiċċju tal-imħallef G. Federico Mancini mill‑1988 sal‑1996.
Minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, M. Jaeger jgħallem bħala lettur fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑2003 iżda wkoll, mill‑2015, fi ħdan il-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudju Soċjali “Guido Carli”, l-Italja). Mill‑2001 sal‑2018, huwa ppresjeda l-Institut universitaire international Luxembourg (l-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu, IUIL) u, mill‑2011 sal‑2016, il-Kunsill ta’ Governanza tal-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).
M. Jaeger inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑11 ta’ Lulju 1996 u serva bħala President ta’ Awla f’din il-qorti mill‑10 ta’ Settembru 2004 sal‑31 ta’ Awwissu 2007. Elett minn sħabu fil-funzjoni ta’ President tal-Qorti Ġenerali, huwa eżerċita din il-funzjoni f’erba’ mandati suċċessivi, mis‑17 ta’ Settembru 2007 sas‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl-1952 f’Ħelsinki (il-Finlandja), Heikki Kanninen iggradwa fix-xjenzi ekonomiċi fil-Helsingin kauppakorkeakoulu (l-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Superjuri ta’ Helsinki, il-Finlandja) fl-1976 u kiseb master fid-dritt tal-Helsingin yliopisto (l-Università ta’ Helsinki, il-Finlandja) fl-1978. Huwa fi ħdan din l-università li huwa kkompleta l-istudji tiegħu, fl-1988, permezz ta’ diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt.
Heikki Kanninen beda l-karriera professjonali tiegħu fl-1978 bħala référendaire mal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), u sussegwentement sar, mill-1979 sal-1981, segretarju ġenerali tal-Hallinnon oikeusturvakomitea (il-Kumitat dwar ir-Riforma tal-Protezzjoni Legali fl-Amministrazzjoni Pubblika, il-Finlandja), stabbilit mill-Gvern Finlandiż.
Huwa ngħaqad mill-ġdid mal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) fl‑1981, fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ amministratur prinċipali sal‑1984, qabel ma nħatar segretarju ġenerali tal-Hallintolainkäyttökomitea (il-Kumitat dwar ir-Riforma tal-Kontenzjuż Amministrattiv, il-Finlandja) mill‑1984 sal‑1985. Bejn l‑1986 u l‑1993, huwa ngħaqad mad-direttorat għal-leġiżlazzjoni fil-Ministeru għall-Ġustizzja Finlandiż bħala konsulent. Barra minn hekk, mill‑1991 sal‑1993 huwa serva fi ħdan it-Turvapaikkalautakunta (il-Bord tal-Appell dwar ir-Refuġjati, il-Finlandja). Fl‑1993, huwa ħadem bħala riċerkatur mal-Helsingin yliopiston kansainvälisen talousoikeuden instituutti (l-Istitut tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali tal-Università ta’ Helsinki).
Iktar tard fl‑1993, huwa nħatar assistent reġistratur fil-Qorti tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) (Genève, l-Isvizzera) u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑1995. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire mal-Imħallef Leif Sevón, mill‑1995 sal‑1998.
Lura l-Finlandja, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Korkein hallinto-oikeus mill‑1998 sal‑2005 u involva ruħu, fl-istess ħin, fl-attività tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp tal-Istituzzjonijiet Ġudizzjarji Finlandiżi, li tiegħu huwa kien il-Viċi President mill‑2001 sal‑2003.
Heikki Kanninen kien Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mis‑6 ta’ Ottubru 2005 sas‑6 ta’ Ottubru 2009 u eżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mill‑1 ta’ Ottubru 2008 sas‑6 ta’ Ottubru 2009. Fis‑7 ta’ Ottubru 2009, huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali. Kien President ta’ Awla mit‑23 ta’ Novembru 2011 sas‑16 ta’ Settembru 2013. Sħabu fdawh bil-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Qorti Ġenerali mis‑17 ta’ Settembru 2013 sad‑19 ta’ Settembru 2016. Minbarra dawn il-funzjonijiet, fl-istess ħin ippresjeda Awla tal-Qorti Ġenerali. Huwa ġie elett mill-ġdid, minn sħabu, President ta’ Awla ta’ din il-qorti fil‑21 ta’ Settembru 2016 kif ukoll fit‑30 ta’ Settembru 2019, u eżerċita dawn il-funzjonijiet sad-19 ta’ Settembru 2022.
Imwieled fl‑1952 f’Košice (is-Slovakkja), Juraj Schwarcz kiseb master fid-dritt fl‑1975 u t-titolu ta’ dottorat fid-dritt mill-Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is‑Slovakkja) fl‑1979.
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent legali ta’ impriża mill‑1975 sal‑1990 u ngħaqad, fl‑1991, mal-korp tal-maġistratura ta’ pajjiżu bħala reġistratur responsabbli għar-reġistru kummerċjali mal-Mestský súd v Košiciach (il-Qorti Muniċipali ta’ Košice, is-Slovakkja). Is-sena ta’ wara, inħatar imħallef fi ħdan din il-qorti. Bejn l‑1992 u l‑2009, huwa serva wkoll bħala mħallef fil-Krajský súd v Košiciach (il-Qorti Reġjonali ta’ Košice, is-Slovakkja) u hemmhekk assuma, mill‑1994 sal‑2009, il‑funzjonijiet ta’ President ta’ Awla. Bejn l‑2005 u l‑2009, huwa nħatar president tal-Kulleġġ tad-Dritt Kummerċjali. Fl‑2004, huwa ngħaqad għal sena, bħala mħallef ikkollokat, mal-Awla tad-Dritt Kummerċjali tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka).
Mill‑1997 sal‑2009, huwa kien membru estern tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali u ekonomiku tal‑Univerzita Pavla Jozefa Šafárika v Košiciach (l-Università Pavol-Jozef-Šafárik f’Košice, is-Slovakkja) u membru tal-korp tal-għalliema tal-Justičná akadémia Slovenskej republiky (l-Akkademja Legali tar‑Repubblika Slovakka) mill‑2005 sal‑2009.
J. Schwarcz inħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑7 ta’ Ottubru 2009.
Imwielda fl‑1958 fi Tryavna (il-Bulgarija), Mariyana Kancheva għandha master fid-dritt miksub fl‑1984, maħruġ mis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija), kif ukoll master komplementari fid-dritt Ewropew miksub fl‑2009, maħruġ mill-Institut d’études européennes tal-Université libre de Bruxelles (l-Istitut għall-istudji Ewropej tal-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju).
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala mħallef staġista mill‑1985 sal‑1986 mas-Sofiyski Okrazhen Sad (il-Qorti Reġjonali ta’ Sofija, il-Bulgarija). Hija kienet konsulent legali mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement iddedikat ruħha għall-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (il-Bulgarija) sal‑2011, kif ukoll fi Brussell (il-Belġju) mill‑2007 sal‑2011. Bejn l‑1992 u l‑1994, M. Kancheva okkupat il-pożizzjoni ta’ direttriċi ġenerali tal-uffiċċju tas-servizzi għall-korp diplomatiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Bulgaru. Matul il-karriera kollha tagħha, hija speċjalizzat ukoll f’diversi oqsma, b’mod partikolari fid-dritt tal-proprjetà intellettwali (irreġistrata fir-reġistru tar-rappreżentanti tal-proprjetà industrijali mal-Patentno Vedomstvo na Republika Bulgaria (l-Uffiċċju tal-Privattivi tar-Repubblika tal-Bulgarija)) u fid-dritt ekonomiku (irreġistrata fir-reġistru għall-amministrazzjoni tal-istralċ u tal-insolvenza ġudizzjarja mal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Bulgarija).
Barra minn hekk, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ arbitru fil-kuntest tas-soluzzjoni ta’ tilwim kummerċjali fil-Bulgarija. Bħala konsulent legali fil-Parlament Bulgaru, hija pparteċipat fl-abbozzar ta’ numru ta’ testi leġiżlattivi. Hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kotba fil-qasam tad-dritt Ewropew. Barra minn hekk, M. Kancheva intervjeniet f’diversi seminars, forums u konferenzi fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
M. Kancheva nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2011.
Imwieled fl‑1974 f’Tartu (l-Estonja), Lauri Madise kiseb diploma fid-dritt mit-Tartu Ülikool (l‑Università ta’ Tartu, l-Estonja) fl‑1998 u fl-université de Poitiers (l‑Università ta’ Poitiers, Franza) fl‑1995.
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent fil-Ministeru għall-Ġustizzja Estonjan mill‑1995 sal‑1999, qabel ma nħatar kap tas-Segretarjat tal-Kumitat Kostituzzjonali tal-Parlament Estonjan, mill‑1999 sal‑2002.
Fl‑2002, L. Madise daħal fis-servizz tal-korp tal-maġistratura ta’ pajjiżu bħala mħallef fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallin, l-Estonja). Fl‑2005, huwa nħatar ukoll membru tal‑Kummissjoni tal-Eżamijiet tal-Maġistratura u pparteċipa f’xogħlijiet leġiżlattivi fl-oqsma tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt amministrattiv.
L. Madise nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fit‑23 ta’ Ottubru 2013.
Imwielda fl‑1974 f’Nikosija (Ċipru), Anna Marcoulli ggradwat fid-dritt mill-University of East Anglia (l-Università ta’ East Anglia, ir-Renju Unit) fl‑1995 u kisbet, fl‑1996, master fid-dritt mill-University of Bristol (l-Università ta’ Bristol, ir-Renju Unit).
Ammessa bħala avukat f’Ċipru fl‑1997, hija daħlet mas-Servizz Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru bħala membru tad-dipartiment tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, mill‑1998 sal‑2008.
Fl‑2005, daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala esperta nazzjonali kkollokata mad-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni, u eżerċitat hemmhekk dawn il-funzjonijiet sal‑2007. Sussegwentement hija ngħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea mill‑2008 sal‑2016. Fl‑2012, hija pparteċipat fil-ġestjoni tax-xogħlijiet tal-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u assumiet, f’dan il-kuntest, il-funzjonijiet ta’ konsulent legali.
A. Marcoulli nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit‑13 ta’ April 2016. Fit‑30 ta’ Settembru 2019, sħabha għażluha bħala President ta’ Awla, funzjonijiet li hija ilha teżerċita sa minn dak iż-żmien.
Imwielda fl‑1975 f’Riga (il-Latvja), Inga Reine kisbet diploma fid-dritt mil-Latvijas Universitāturali (l-Università tal-Latvja) fl‑1996 u master mill-European Inter-University Centre for Human Rights and Democratisation (EIUC) (iċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, l-Italja) fl‑1998.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista fl-Uffiċċju Latvjan għad-Drittijiet tal-Bniedem mill‑1995 sal‑1999, qabel ma ngħaqdet mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) bħala konsulent fil-kuntest tal-missjoni fil-Kosovo mill‑1999 sal‑2002 u tal-missjoni fil-Montenegro mill‑2002 sal‑2003.
Bejn l‑2003 u l‑2012, hija kompliet il-karriera tagħha bħala ġurista fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Latvjan u tirrappreżenta lill-Gvern Latvjan fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Matul dan il-perijodu, hija barra minn hekk ġiet innominata membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa.
Fl‑2012, I. Reine nħatret bħala kap ta’ diviżjoni tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Latvja fl-Unjoni Ewropea fi Brussell u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2015. Barra minn hekk, hija kienet konsulent legali hemmhekk bejn l‑2012 u l‑2016.
I. Reine nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2016.
Imwieled fl‑1953 f’Lisbona (il-Portugall), Ricardo da Silva Passos kiseb, fl‑1975, diploma fid-dritt fl‑Universidade Clássica de Lisboa (l-Università Klassika ta’ Lisbona, il-Portugall) u diploma ta’ studji approfonditi fl-université de Strasbourg (l-Università ta’ Strasbourg, Franza) fl‑1978. Sussegwentement huwa kkompleta l-istudji tiegħu fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l‑Istati Uniti), fejn kiseb diploma ta’ Master of Laws fl‑1984.
Mill‑1975, huwa eżerċita għal sena l-funzjonijiet ta’ subdelegat (subdelegado) tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika għat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall) qabel ma ngħaqad, bħala ġurista, mas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-Kunsill tal-Ewropa, Strasbourg, Franza), mill‑1978 sal‑1986. Fl‑1986, huwa daħal fis‑servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef José Carlos de Carvalho Moitinho de Almeida.
Mill‑1988 sal‑1999, huwa nħatar kap ta’ diviżjoni fis-segretarjat tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tad-Drittijiet taċ-Ċittadini tal-Parlament Ewropew li tiegħu huwa sar kap ta’ unità tas-servizz legali bejn l‑1999 u l‑2010. Sussegwentement, fi ħdan l-istess dipartiment, huwa ħa d-direzzjoni tal‑affarijiet istituzzjonali u parlamentari mill‑2010 sal‑2016. Fl‑2002, huwa nħatar membru tas‑segretarjat tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.
R. da Silva Passos nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġie elett minn sħabu bħala President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1963 fi Brussell (il-Belġju), Paul Nihoul kiseb diploma fid-dritt mill-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) fl‑1988 u Master of laws fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑1989. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑1998. Huwa wkoll fi ħdan din l-università li kiseb, fl‑1984, diploma fil-filoloġija u fil-filosofija.
Ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ New York (l-Istati Uniti) fl‑1990, eżerċita hemmhekk il-professjoni ta’ avukat bħala Attorney and Counselor at Law. Lura fl-Ewropa, daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, mill‑1991 sal‑1995, bħala référendaire mal-Imħallef René Joliet u sussegwentement mal-Imħallef John Murray.
Bejn l‑1995 u l‑1999, kompla karriera universitarja bħala riċerkatur fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) qabel ma nħatar lettur u, sussegwentement, professur fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università ta’ Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑1999 sal‑2010, u fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) mill‑2001. F’din l-aħħar università, kien direttur taċ-ċentru tad-dritt tal-konsumatur bejn l‑2001 u l‑2016. Fl-istess ħin, huwa ġie elett, f’din l-istess università, President tal-Korp Akkademiku bejn l‑2004 u l‑2006, u President tal-institut d’études juridiques (l-Istitut ta’ Studji Legali) mill‑2012 sal‑2015. P. Nihoul kien titolari, mill‑1999 sal‑2009, tal-Katedra Jean Monnet assenjata ad personam mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Huwa għallem fl-université Paris-Dauphine (l-Università Paris-Dauphine, Franza), bħala professur mistieden mill‑2013 sal‑2016. Mill‑2010 sal‑2011, ingħaqad, bħala Fulbright scholar, mal-American University (Washington DC, l-Istati Uniti). Huwa jippresjedi l-Academic Society for Competition Law (Ascola) mill‑2013 sal‑2016.
P. Nihoul inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016.
Imwieled fl‑1966 f’Aalborg (id-Danimarka), Jesper Svenningsen wettaq studji fid-dritt mal-Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka), li fi tmiemhom huwa kiseb il-juridisk kandidateksamen fl‑1989.
Wara l-Università, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala avukat stagiaire mal-Kammeradvokaten (l-uffiċċju tal-avukati li jaġixxi bħala konsulent legali tal-Gvern Daniż, Kopenħagen), sabiex sussegwentement sar référendaire mal-Avukat Ġenerali Claus Gulmann fil-Qorti tal-Ġustizzja, mill‑1991 sal‑1993. Huwa kkollabora mill-ġdid fi ħdan il-Kammeradvokaten bejn l‑1993 u l‑1995, perijodu li matulu ġie aċċettat bħala avukat fid-Danimarka, kif ukoll ġie ammess sabiex jidher quddiem il-Landsret (il-Qorti tal-Appell, id-Danimarka). F’dak iż-żmien, għallem fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka), bħala lettur fid-dritt tal-Unjoni.
Bejn l‑1995 u l‑1999, huwa lettur anzjan, u sussegwentement aġent direttur mal-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, IEAP) fil-Lussemburgu, bl-eċċezzjoni tas-sena 1997, li matulha huwa waqaf mill-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet għal perijodu ta’ residenza fi Brussell fejn ħadem ma’ uffiċċju tal-avukati Daniż. Fl‑1999, huwa ngħaqad mas-servizz legali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u, fl‑2000, mad-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala ġurist lingwist. Waqt li kien qed jaqdi dawn il-funzjonijiet, fl‑2003, ġie kkollokat fil-kwalità ta’ référendaire ma’ Claus Gulmann, li sar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. Mill‑2006 sal‑2013, kien référendaire mal-Imħallef Lars Bay Larsen fil-Qorti tal-Ġustizzja.
J. Svenningsen inħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis‑7 ta’ Ottubru 2013 u serva hemmhekk sakemm din il-qorti ġiet xolta fl‑1 ta’ Settembru 2016. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġiet elett minn sħabu President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1966 fi Stokkolma (l-Isvezja), Ulf Öberg kiseb diploma fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja) fl‑1991. Huwa kompla bl-istudji tiegħu fl-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, Franza) fejn kiseb diploma ta’ studji superjuri speċjalizzati fid-dritt tas-suq komuni fl‑1992. Fl‑1993, huwa ggradwa mill-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Pariġi (Franza) fir-relazzjonijiet internazzjonali.
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala riċerkatur mal-Aġenzija għar-Riċerka tad-Difiża Nazzjonali Svediża fl‑1992 u fl‑1994, u pparteċipa, mill‑1993 sal‑1994, fil-programm ta’ taħriġ tal-uffiċjali Svediżi.
Mill‑1994 sal‑1995, kien konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż u sussegwentement ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Hans Ragnemalm, mill‑1995 sal‑2000.
Lura fl-Isvezja, U. Öberg beda karriera universitarja bħala riċerkatur u lettur fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma). Huwa waqqaf l-uffiċċju tiegħu stess u eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-iSveriges advokatsamfund (l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Svediża) mill‑2006 sal‑2016.
U. Öberg inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016.
Imwielda fl‑1967 f’Porto (il-Portugall), Maria José Costeira kisbet diploma fid-dritt mill-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra, il-Portugall) fl‑1991 u segwiet, fl-2001, studji postuniversitarji fid-dritt tal-proprjetà intellettwali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l‑Università ta’ Lisbona, il-Portugall).
Avukata staġista mal-Kamra tal-Avukati ta’ Coimbra (il-Portugall) mill‑1991 sal‑1992, hija daħlet fiċ‑Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Portugall) bħala uffiċjal ġudizzjarju staġista fl‑1992. Innominata mħallef fl‑1995, hija serviet fil-kariga mat-Tribunal Judicial da Comarca de Cascais (il-Qorti Distrettwali ta’ Cascais, il-Portugall), mat-Tribunal Judicial da Comarca de Ferreira do Zêzere (il-Qorti Distrettwali ta’ Ferreira do Zêzere, il-Portugall) u mat-Tribunal da Pequena Instância Criminal de Lisboa (il-Qorti Kriminali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1995 sal‑1997, mat‑Tribunal do Comércio da Comarca de Lisboa (il-Qorti Kummerċjali ta’ Lisbona, il-Portugall) mill‑1999 sal‑2016, kif ukoll mat-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Qorti tal-Appell ta’ Coimbra, il‑Portugall) fl‑2016. L-attività tagħha fi ħdan il-ġudikatura ma kinitx limitata għat-trattament tal‑kawżi iżda kienet ikkaratterizzata wkoll mill-parteċipazzjoni tagħha fir-rappreżentanza tal-korp tal‑ġudikatura, fil-kwalità tagħha, mill‑2012 sal‑2015, ta’ segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni tal‑imħallfin Portugiżi, assoċjazzjoni li hija sussegwentement ippresjediet sal‑2016.
M. J. Costeira għallmet, bħala professoressa mistiedna, id-dritt tal-proprjetà industrijali, id-dritt tal‑kompetizzjoni u d-dritt kummerċjali fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa (l-Università ta’ Lisbona), tal-Universidade de Coimbra (l-Università ta’ Coimbra), tal-Universidade Nova de Lisboa (l‑Università Ġdida ta’ Lisbona, il-Portugall), tal-Universidade Católica Portuguesa (l‑Università Kattolika Portugiża, il-Portugall), fi ħdan l-Escola de Direito da Universidade do Minho (l-Iskola tad-Dritt fl-Università ta’ Minho, il-Portugall) kif ukoll fiċ-Centro de Estudos Judiciários (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura), mill‑2003.
M. J. Costeira nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016 u ġiet eletta minn sħabha bħala President ta’ Awla fit‑30 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1963 f’Dublin (l-Irlanda), Colm Mac Eochaidh kiseb diploma fid-dritt mill-University College Dublin, National University of Ireland (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Università Nazzjonali tal-Irlanda) fl‑1984.
Ammess sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Barrister fl-Irlanda u affiljat mal-Honorable Society of King’s Inns Dublin mill‑1987, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala ġurista fl-affarijiet Ewropej, mill‑1988 sal‑1990, fi ħdan il-Law Society of England and Wales (il-Kamra tal-Avukati tal-Ingilterra u ta’ Wales). Barra minn hekk, huwa rrappreżenta lil din l-istess kamra, kif ukoll il-Law Society of Scotland (il-Kamra tal-Avukati tal-Iskozja), fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej fi Brussell, mill‑1990 sal‑1993.
Bejn l‑1993 u l‑2009, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda bħala Barrister, qabel ma’ ġie aċċettat bħala Senior Counsel fl‑2009.
Barra minn hekk, iddedika ruħu bħala lettur tad-dritt tal-kompetizzjoni fl-Honorable Society of King’s Inns Dublin mill‑1993 sal‑1999, qabel ma sar lettur inkarigat mill-korsijiet fiċ-China-EU School of Law taż-Zhabra ngguó Zhègfǎ Dàxué (l-Università Ċiniża tax-Xjenzi Politiċi u tad-Dritt, iċ-Ċina).
Fl‑2012, inħatar imħallef għall-High Court of Ireland (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) u serva hemmhekk, bejn l‑2014 u l‑2017, bħala President tal-Awla responsabbli għall-immigrazzjoni u l-ażil.
C. Mac Eochaidh inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2017.
Imwielda fl‑1958 f’Turku (il-Finlandja), Tuula Riitta Pynnä kisbet master fid-dritt mit-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku, il-Finlandja) fl‑1981 kif ukoll master fid-dritt mill-Universität Trier (l-Università ta’ Trier, il-Ġermanja) fl‑1993. L-Institut Européen d’Administration Publique (l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika) taha master fl-istudji ġuridiċi Ewropej fl‑1994 bi sħab mal-université Nancy 2 (l-Università ta’ Nancy 2, Franza) u l-Aristotélio Panepistímio Thessaloníkis (l-Università ta’ Aristotli de Thessaloniki, il-Greċja).
Fl‑1981, bdiet il-karriera professjonali tagħha u kienet lettriċi mat-Turun yliopisto (l-Università ta’ Turku) sal‑1982. Hija ngħaqdet sussegwentement mal-korp tal-maġistratura Finlandiża bħala mħallef temporanju fil-Porin raastuvanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pori, il-Finlandja) mill‑1982 sal‑1983. Hija nħatret kap ta’ servizz fil-Porin poliisilaitos, väestökirjatoimiston johtaja (l-Uffiċċju tal-Popolazzjoni, il-Finlandja), għal sentejn, qabel ma ssejħet mill-ġdid sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha ta’ mħallef. Fl‑1984, eżerċitat għal sena l-funzjonijiet ta’ référendaire u ta’ mħallef temporanju fir-Rovaniemen kihlakunnanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ulvila, il-Finlandja). Mill‑1985 sal‑1995, hija serviet, l-ewwel bħala mħallef temporanju u sussegwentement bħala mħallef fit-Tampereen raastuvanoikeus (il-Qorti ta’ Tampere, il-Finlandja) u wkoll fi ħdan il-Pirkanmaan käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pirkanmaa, il-Finlandja).
Bejn l‑1996 u l‑2005, T. R. Pynnä ngħaqdet mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Finlandiż bħala kap ta’ unità tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea u konsulenta legali, li wassalha tirrappreżenta l-Finlandja fil-kawżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kienet ġiet adita bihom. Hija nħatret kap tad-delegazzjoni Finlandiża fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Qorti tal-Ġustizzja” tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, u barra minn hekk hija serviet fi ħdan il-grupp tal-“Ħbieb tal-Presidenza” għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja Komunitarja fit-Trattat ta’ Nice.
T. R. Pynnä nħatret imħallef fiż-żewġ qrati supremi tal-Finlandja. Hija nħatret, fl‑2005, imħallef temporanju u sussegwentement, sa mill‑2006, imħallef fil-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja). Sussegwentement hija serviet fil-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja) mill‑2012 sal‑2019. Barra minn hekk, hija membru tal-Kumitat Dixxiplinari tal-Borża ta’ Nasdaq OMX Ħelsinki (il-Finlandja) mill‑2015 sal‑2019, u membru, mill‑2011 sal‑2019, tal-Kumitat ta’ Eżami tas-Suomen Asianajaliitto (l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja), li hija ppresjediet mill‑2013 sal‑2019.
T. R. Pynnä nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1962 f’Pariġi (Franza), Laurent Truchot segwa studji fl-Institut d’études politiques (l-Istitut ta’ Studji Politiċi, IEP) ta’ Pariġi (Franza), fejn iggradwa fl‑1984. Sussegwentement ingħaqad mal-École nationale de la magistrature (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, Bordeaux, Franza) mill‑1986 sal‑1988.
Il-karriera professjonali tiegħu bdiet mat-tribunal de grande instance de Marseille (il-Qorti Reġjonali ta’ Marseille, Franza), fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef mill‑1988 sal‑1990. Sussegwentement, bħala maġistrat, daħal fis-servizz tad-Direttorat tal-Affarijiet Ċivili u għall-Ġustizzja fil-Ministeru għall-Ġustizzja Franċiż mill‑1990 sal‑1992. Bejn l‑1992 u l‑1994, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ assistent kap ta’ uffiċċju, imbagħad dawk ta’ kap ta’ uffiċċju, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, għall-Konsumatur u għar-Repressjoni tal-Frodi fil-Ministeru għall-Ekonomija, għall-Finanzi u għall-Industrija Franċiż. Fl‑1994, huwa nħatar konsulent tekniku mal-Ministru għall-Ġustizzja Franċiż, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1995, qabel ma nħatar imħallef fi ħdan it-tribunal de grande instance de Nîmes (il-Qorti Reġjonali ta’ Nîmes, Franza), fejn huwa serva mill‑1995 sal‑1996.
Laurent Truchot daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Philippe Léger, mill‑1996 sal‑2001. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) bħala konsulent référendaire bejn l‑2001 u l‑2007.
Huwa kien Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑2007 sal‑2013, fejn huwa wkoll serva bħala President ta’ Awla mill‑2010 sal‑2013.
Fl‑2013 mar lura Franza fejn inħatar konsulent mal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑2019.
Laurent Truchot inħatar għat-tieni darba Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019, u hemmhekk jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala President ta’ Awla mid-19 ta’ Settembru 2022.
Imwieled fl‑1964 f’Hamburg (il-Ġermanja), Johannes Christoph Laitenberger studja d-dritt fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja). Fl‑1990, huwa għadda b’suċċess, fil-Ġermanja, mill-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt.
Sussegwentement, ħadem, fl‑1991, fil-Bundestag (il-Parlament Ġermaniż), bħala kollaboratur legali fi ħdan id-dipartimenti tal-amministrazzjoni.
Huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Rechtsreferendar fil-ġurisdizzjoni tal-Oberlandesgericht Köln (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Köln, il-Ġermanja) mill‑1991 sal‑1994. Fl‑1994, huwa għadda b’suċċess, fil‑Ġermanja, mit-tieni eżami tal-Istat fid-dritt.
Barra minn hekk, bejn l‑1991 u l‑1995, huwa ddedika ruħu għal kompiti, part-time, ta’ lettur u ta’ riċerkatur fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn).
Fl‑1995, huwa kkollabora, ukoll part-time, f’uffiċċju legali.
Ammess sabiex jeżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-Ġermanja, huwa kien konsulent legali ta’ federazzjoni ta’ impriżi fl‑1996, qabel ma daħal fis-servizz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Huwa ngħaqad mat-tim tal-konsulenti tad-Direttorat tal-Amministrazzjoni u tal-Protokoll tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill‑1996 sal‑1999, data li fiha huwa nħatar bħala relatur fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Sussegwentement huwa eżerċita diversi funzjonijiet b’kollaborazzjoni diretta mal-membri tal‑Kummissjoni. Bejn l‑1999 u l‑2003, Viviane Reding, Kummissarju Ewropew, ħatritu membru tal‑uffiċċju tagħha, li huwa mexxa mill‑2003 sal‑2004. Mill‑2004 sal‑2005, huwa ngħaqad, bħala membru, mal-uffiċċju ta’ José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni. Bejn l‑2005 u l‑2009, inħatar kelliem tal-Kummissjoni u kap tad-dipartiment tal-kelliema tal-Kummissjoni. Mill‑2009 sal‑2014, huwa reġa’ ngħaqad mal-President tal-Kummissjoni, bħala kap ta’ uffiċċju.
Fl‑2014, inħatar assistent direttur ġenerali tas-servizz legali tal-Kummissjoni u sussegwentement eżerċita, mill‑2015 sal‑2019, il-funzjonijiet ta’ direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal‑Kummissjoni.
J. C. Laitenberger ħa l-ġurament bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1965 f’Vitoria-Gasteiz (Spanja), José Martín y Pérez de Nanclares kiseb diploma fid-dritt mill-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca, Spanja) fl‑1988. Mill‑1988 sal‑1989, huwa studja d-dritt kostituzzjonali fl-Universität zu Köln (l-Università ta’ Köln, il-Ġermanja) u kiseb, fl‑1991, master fid-dritt Ewropew fl-Universität Saarbrücken (l-Università ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja). Fl‑1994, huwa ddefenda t-teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Universität Saarbrücken (l-Università ta’ Saarbrücken) u mal-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca).
Huwa ddedika ruħu għat-tagħlim tad-dritt internazzjonali u beda l-karriera professjonali tiegħu fl-Universidad de La Rioja (l-Università ta’ La Rioja, Spanja) bħala lettur anzjan mill‑1993 sal‑1996, u sussegwentement bħala professur mill‑1996 sal‑2001. Fl‑1996, huwa nħatar Segretarju Ġenerali tal-Universidad de La Rioja (l-Università ta’ La Rioja) qabel ma sar il-viċi rettur tar-riċerka, mill‑1996 sal‑2000, u sussegwentement viċi rettur tar-relazzjonijiet internazzjonali mill‑2004 sal‑2008. Bejn l‑2001 u l‑2009, kien titolari tal-Katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku, iżda wkoll tal-Katedra Jean Monnet fid-dritt tal-Unjoni. Mill‑2009 sal‑2012, l-Universidad de Salamanca (l-Università ta’ Salamanca) ħatritu titolari tal-Katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku, li ġiet assenjata lilu mill-ġdid fl‑2018.
Mill‑2012 sal‑2018, inħatar direttur tal-uffiċċju tal-affarijiet legali internazzjonali fil-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni. Fl‑2018, huwa okkupa għal sena l-pożizzjoni ta’ direttur tal-uffiċċju tal-presidenza tal-Consejo de Estado (il-Kunsill tal-Istat, Spanja).
J. Martín y Pérez de Nanclares inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1970 fi Vjenna (l-Awstrija), Gerhard Hesse kiseb diploma fid-dritt fl‑1993 u ddefenda, fl‑2002, teżi ta’ dottorat fid-dritt mal-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija).
Il-karriera professjonali tiegħu bdiet fl‑1994 mal-Kanċellerija Federali (l-Awstrija), bħala membru tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ewropej. Huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet għal sena qabel ma ngħaqad mad-dipartiment għall-affarijiet ġuridiċi tal-Kanċellerija Federali mill‑1995 sal‑2000, bħala membru u sussegwentement bħala kap ta’ dipartiment. Bejn l‑2000 u l‑2002, huwa kien konsulent legali mal-Arbeiterkammer (Awla Industrijali, l-Awstrija) qabel ma ssejjaħ mill-ġdid, mill‑2002 sal‑2007, fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru u ta’ kap ta’ dipartiment mas-Servizz Legali tal-Kanċellerija Federali. Mill‑2007 sal‑2010, inħatar konsulent legali fi ħdan l-uffiċċju tal-Kanċillier Federali Awstrijak u assuma l-funzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali mas-Servizz Legali tal-Kanċellerija Federali bejn l‑2010 u l‑2017. Mill‑2017 sal‑2019, huwa kien id-Direttur Ġenerali tas-Servizz legali tal-Ministeru Awstrijak għall-Affarijiet Kostituzzjonali, għar-Riformi, għad-Deregolamentazzjoni u għall-Ġustizzja.
Barra minn hekk, fl‑2010, inħatar membru tal-Kunsill tal-Gvern Awstrijak fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑2019. Huwa kien ukoll President tal-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bibljoteka nazzjonali Awstrijaka mill‑2017 sal‑2019. L-esperjenza tiegħu fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Awstrijaka tat lok għall-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ xogħlijiet legali.
G. Hesse nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwielda fl‑1974 f’Călărași (ir-Rumanija), Mirela Stancu kisbet mill-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija) diploma fid-dritt fl‑1998 u dottorat fid-dritt fl‑2009.
Hija eżerċitat il-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Bukarest (ir-Rumanija) mill‑1999 sal‑2002, qabel ma ddedikat ruħha għat-tagħlim tad-dritt proċedurali fl-Universitatea din București (l‑Università ta’ Bukarest): hemmhekk kienet lettriċi mill‑2002 sal‑2018 u lettriċi anzjana mill‑2018, perijodi li matulhom kitbet numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.
M. Stancu serviet fil-kariga ta’ mħallef fil-Judecătoria Sectorului 3 Bucureşti (il-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-Tielet Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2004 sal‑2009, u sussegwentement fit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) mill‑2009 sal‑2019. Hija nħatret imħallef ikkollokata fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rumen fl‑2005 u, mill‑2007 sal‑2018, hija ngħaqdet mal‑Institutul Național al Magistraturii (l-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura, ir-Rumanija) bħala formatriċi.
Fl‑2011, hija daħlet fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja mal-Imħallef Camelia Toader, u eżerċitat il‑funzjonijiet ta’ amministratriċi-ġurista sal‑2014.
Lura fir-Rumanija fl‑2015, hija nħatret direttriċi għall-affarijiet Ewropej, ir-relazzjonijiet internazzjonali u l-programmi tal-Consiliul Superior al Magistraturii (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, ir-Rumanija), pożizzjoni li hija okkupat sal‑2018.
M. Stancu nħatret Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1977 f’Tallinn (l-Estonja), Iko Nõmm kiseb mit-Tartu Ülikool (l-Università ta’ Tartu, l-Estonja) diploma fid-dritt fl‑2001 u master fid-dritt fl‑2007. Huwa wettaq studji ta’ dottorat fid-dritt fit-Tartu Ülikool (l-Università ta’ Tartu), li fi tmiemhom huwa ddefenda t-teżi fid-dritt fl‑2013.
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn, l-Estonja) mill‑2001 sal‑2002 u ngħaqad, bħala uffiċjal ġudizzjarju stagiaire, mal-Harju Maakohtu (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju, l-Estonja). I. Nõmm hemmhekk eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef mill‑2002 sal‑2007, qabel ma serva, mill‑2007 sal‑2019, fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn). Huwa nħatar imħallef stagiaire fir-Riigikohus (il-Qorti Suprema, l-Estonja) mill‑2015 sal‑2016 u ġie kkollokat mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala maġistrat nazzjonali, mill‑2017 sal‑2018.
I. Nõmm iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala lettur fit-Tartu Ülikool mill‑2014 sal‑2019 u fid-dipartiment tat-taħriġ ta’ Riigikohus (il-Qorti Suprema) mill‑2015 sal‑2019. Barra minn hekk, huwa pprovda taħriġ mal-assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Estonjana mill‑2015 sal‑2019 u serva fil-kumitat għall-eżami tal-imħallfin Estonjani bejn l‑2018 u l‑2019. Bejn l‑2015 u l‑2019, huwa kien membru tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għall-għoti ta’ warrant ta’ avukat mill-Kamra tal-Avukati Estonjana.
I. Nõmm inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwielda fl‑1977 f’Bad Harzburg (il-Ġermanja), Gabriele Steinfatt segwiet studji fid-dritt fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) f’Saarbrücken (il-Ġermanja) u fi Strasbourg (Franza). Hija kisbet master fid-dritt privat u ċertifikat fid-dritt Ewropew mill-université Robert Schuman (l-Università Robert Schuman, Strasbourg, Franza) fl‑2000. Fl‑2002, hija għaddiet mill-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt f’Saarbrücken. Mill‑2002 sal‑2003, hija segwiet studji ta’ dottorat fid-dritt mal-Europa-Institut de l’Universität des Saarlandes (l-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Università tal-Land ta’ Saar, il-Ġermanja). Fl‑2005, temmet il-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħha f’Saarbrücken (il-Ġermanja) permezz tat-tieni eżami tal-Istat fid-dritt. Hija bdiet taħdem fuq teżi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar) u ngħatat it-titolu ta’ dottorat fid-dritt fl‑2012.
Fl‑2005, G. Steinfatt inħatret imħallef mal-Verwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva ta’ Bremen, il-Ġermanja) fejn serviet sal‑2017, qabel ma ngħaqdet mal-Oberverwaltungsgericht der Freien Hansestadt Bremen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Bremen, il-Ġermanja) mill‑2017 sal‑2019. Matul dan il-perijodu, hija wkoll inħatret membru tad-Dienstgerichtshof für Richter (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Imħallfin) u membru supplenti tal-Berufsgerichtshofs für Ingenieure (il-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Inġiniera).
Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt Ewropew, G. Steinfatt iddedikat ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi fl-Universität des Saarlandes (l-Università tal-Land ta’ Saar), kif ukoll fl-Universität Bremen (l-Università ta’ Bremen, il-Ġermanja). Hija involuta fil-formazzjoni ta’ ġuristi żgħażagħ fil-kuntest tal-perijodu ta’ prova ġuridiku preparatorju tagħhom filwaqt li hija eżaminatriċi għall-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt.
G. Steinfatt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwielda fl‑1979 f’Żagreb (il-Kroazja), Tamara Perišin kisbet liċenzja fid-dritt “cum laude” mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑2002 u, fl‑2003, master fid-dritt mill-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) peress li rċeviet il-borża ta’ studju Chevening. Sussegwentement, hija bdiet l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fl-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb), fejn iddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007. T. Perišin għaddiet mill-eżami tal-Kamra tal-Avukati Kroata fl‑2009.
Bħala riċerkatriċi, wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Asser Instituut (l-Istitut Asser, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑2004, fil-Georgetown University (l-Università ta’ Georgetown, l-Istati Uniti) u fil-University of Michigan (l-Università ta’ Michigan, l-Istati Uniti) mill‑2005 sal‑2006 peress li rċeviet borża ta’ studju Fulbright, u fil-Max-Planck-Institut (l-Istitut Max Planck, Heidelberg, il-Ġermanja) mill‑2007 sal‑2008 peress li rċeviet borża ta’ studju għal studji postdottorali. Barra minn hekk, hija segwiet taħriġ fix-xjenzi tat-tagħlim fis-Central European University (l-Università tal-Ewropa Ċentrali, l-Ungerija) mill‑2007 sal‑2008. Fl‑2014, ġiet mistiedna tagħmel riċerki postdottorali fil-Harvard Law School tal-Harvard University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti).
Mill‑2002, T. Perišin kienet affiljata mal-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb) fejn kienet professoressa u viċi dekan għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn l‑2009 u l‑2011, titolari tal-Katedra Jean Monnet mill‑2015, u koordinatriċi taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet mill‑2018. Hija għallmet b’mod partikolari d-dritt pubbliku Ewropew, id-dritt tas-suq intern, id-dritt tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tal-effetti dinjija tad-dritt Ewropew, id-dritt tal-kompetizzjoni, id-dritt Ewropew tal-kumpanniji, il-metodoloġija tad-dritt Ewropew, il-prinċipji ġenerali tad-dritt fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Bejn l‑2015 u l‑2016, kienet professoressa mistiedna u “John Harvey Gregory Lecturer on World Organization” fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard) fejn għallmet l-effetti dinjija tad-dritt Ewropew.
Awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali, T. Perišin kienet editriċi prinċipali ta’ rivista Kroata speċjalizzata fid-dritt tal-Unjoni (Croatian Yearbook of European Law and Policy) u attwalment tinsab fil-Kumitat Editorjali tagħha.
Mill‑2005 sal‑2011, T. Perišin kienet membru tal-Grupp ta’ Negozjar għall-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Fl‑2011, hija għallmet id-dritt tal-Unjoni għall-uffiċjali u d-diplomatiċi fid-Državna škola za javnu upravu (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Kroazja) kif ukoll fl-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Kroat. Mill‑2012 sal‑2013, kienet responsabbli għat-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni intiż għal membri tal-korp ġudizzjarju fi ħdan il-Pravosudna akademija (l-Akkademja Legali, il-Kroazja), kif ukoll fl-Općinski sud u Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja). Fl‑2015, hija għallmet dan fil-Hrvatska odvjetnička komora (l-Assoċjazzjoni Kroata tal-Avukati). Mill‑2017 sal‑2019, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ konsulent speċjali fil-Ministeru għax-Xjenzi u għall-Edukazzjoni Kroat. Barra minn hekk, tat pariri legali dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt Ewropew lill-ministeri Kroati u lill-avukati f’kawżi pendenti quddiem il-qrati nazzjonali.
T. Perišin inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019.
Imwieled fl‑1978 fi Plzeň (ir-Repubblika Ċeka), David Petrlík kiseb master fid-dritt miz-Západočeská univerzita v Plzni (l-Università ta’ Čechy tal-Punent fi Plzeň, ir-Repubblika Ċeka) fl‑2002, wara li segwa wkoll studji fl-Universität Passau (l-Università ta’ Passau, il-Ġermanja) fl‑1999‑2000. Huwa kiseb master fid-dritt mill-université Paris I – Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I – Panthéon-Sorbonne, Franza) fl‑2003. Huwa kiseb dottorat fid-dritt mill-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) fl‑2016.
Fl‑2004, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent legali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka u, l-għada tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni Ewropea, huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Jiří Malenovský, li miegħu huwa kkollabora sal‑2015.
Fl‑2015, huwa ngħaqad mal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali), bħala konsulent legali, sussegwentement bħala assistent kap ta’ taqsima fi ħdan id-dipartiment legali u tal-kuntratti pubbliċi. Mill‑2018 sal‑2021, huwa kien kap ta’ taqsima ta’ dan id-dipartiment.
Mill‑2011, D. Petrlík iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala lettur tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt tal-proprjetà intellettwali fl-Univerzita Karlova (l-Università Charles ta’ Praga). Huwa awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet f’dawn l-oqsma.
D. Petrlík inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑1 ta’ Marzu 2021.
Imwielda fl‑1979 f’Maribor (is-Slovenja), Maja Brkan kisbet diploma fid-dritt mill-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl‑2003 u master fid-dritt fin-New York University (l-Università ta’ New York, l-Istati Uniti) fl‑2004. Hija għandha wkoll diploma mill-Akkademja għad-Dritt Ewropew tal-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, l-Italja) fl‑2004. Sussegwentement, hija bdiet dottorat fid-dritt fl-Univerza v Ljubljani, fejn hija ddefendiet it-teżi tagħha fl‑2007, fuq it-tema tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala ġurista lingwista fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl‑2004, qabel ma ngħaqdet, bħala staġista, l-ewwel mal-uffiċċju tal-Imħallef Aindrias Ó Caoimh fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2005, imbagħad mal-Višje sodišče v Ljubljani (il-Qorti tal-Appell ta’ Ljubljana, is-Slovenja) bejn l‑2005 u l‑2006.
Fl‑2007, hija ngħaqdet mill-ġdid mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mal-Avukata Ġenerali Verica Trstenjak, l-ewwel bħala assistenta legali mill‑2007 sal‑2008, u sussegwentement bħala référendaire mill‑2008 sal‑2011. Bejn l‑2011 u l‑2013, hija eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Marko Ilešič.
Sussegwentement, M. Brkan iddedikat ruħha għat-tagħlim fil-Universiteit Maastricht (l-Università ta’ Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) bħala lettriċi anzjana fid-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2013 sal‑2018 u, bejn l‑2018 u l‑2021, bħala professoressa assoċjata fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Universiteit Hasselt (l-Università ta’ Hasselt, il-Belġju) fl‑2014 u fl‑2017. Bħala lettriċi mistiedna, hija intervjeniet fl-Univerza na Primorskem (l-Università ta’ Primorska, is-Slovenja) fl‑2011, fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2014 u fil-Běijīng Shīfàn Dàxué (l-Università Normali ta’ Bejing, iċ-Ċina) fl‑2014. Barra minn hekk, hija wettqet żjarat ta’ riċerka fl-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew) fl‑2016 u fl‑2018, fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) fl‑2019, fl-Universitat Autònoma de Barcelona (l-Università Awtonoma ta’ Barcelona, Spanja) fl‑2019, u fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) fl‑2020.
Fl‑2017, M. Brkan inħatret direttriċi assoċjata tal-Maastricht Centre for European Law (iċ-Ċentru tad-Dritt Ewropew tal-Universiteit Maastricht) u eżerċitat dawn il-funzjonijiet għal tliet snin qabel ma nħatret, fl‑2021, koordinatriċi tal-programm “Advanced Master in Privacy, Cybersecurity and Data Management” (Master Speċjalizzat fid-Dritt tal-Protezzjoni tal-Ħajja Privata, iċ-Ċibersigurtà u l-Ġestjoni tad-Data) għall-European Centre on Privacy and Cybersecurity (iċ-Ċentru Ewropew dwar il-Ħajja Privata u ċ-Ċibersigurtà tal-Università ta’ Maastricht). Mill‑2018 sal‑2020, hija membru tal-Kumitat ta’ Eżami tal-istess università.
Bejn l‑2013 u l‑2019, hija kienet membru tal-Kunsill tal-European Law Institute (Eli). Bejn l‑2015 u l‑2021, kienet editriċi assoċjata tal-European Data Protection Law Review u, mill‑2021, membru tal-Kumitat Editorjali tiegħu. Mill‑2020, hija kienet wkoll membru tal-Kumitat Editorjali tal-pjattaforma ta’ informazzjoni EU Law Live.
M. Brkan hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija tiġi regolarment mistiedna bħala kelliem f'konferenzi mill-universitajiet fl-Ewropa u fl-Istati Uniti.
M. Brkan inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2021.
Imwieled fl‑1964 f’Inglewood (l-Istati Uniti), Pēteris Zilgalvis studja fil-University of California, Los Angeles - UCLA (l-Università ta’ California, Los Angeles, l-Istati Uniti) fejn kiseb diploma fix-xjenzi politiċi fl‑1986. Huwa kompla bl-istudji tiegħu fil-University of Southern California (l-Università ta’ California tan-Nofsinhar, l-Istati Uniti), li tagħtu t-titolu ta’ dottorat fid-dritt fl‑1990.
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-istess sena, bħala konsulent prinċipali fis-servizz legali tal-Latvijas Republikas Vides aizsardzības komiteja, Augstākā padome (il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Latvja), funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1992. Sussegwentement huwa daħal fis-servizz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Latvjan, bħala l-persuna responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew, man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, għax-Xjenza u għall-Kultura (UNESCO). Barra minn hekk huwa ġie ammess bħala avukat fil-California (l-Istati Uniti) mill‑1991.
Fl‑1993, P. Zilgalvis okkupa l-pożizzjoni ta’ speċjalista tal-ambjent għar-reġjun Baltiku mal-Bank Dinji u nħatar, fl‑1996, konsulent prinċipali fid-dritt tal-ambjent għall-proġett “Federazzjoni Russa - Proġett ta’ ġestjoni ambjentali”.
Fl‑1997, inħatar assistent kap tad-dipartiment tal-bijoetika fil-Kunsill tal-Ewropa, funzjonijiet li eżerċita sal‑2005. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala kap tal-unità Governanza u Etika u sussegwentement, fl‑2010, bħala kap tal-unità Mard infettiv u Saħħa pubblika. Bejn l‑2010 u l‑2016, huwa bħala kap tal-unità Saħħa u Benesseri li huwa kompla bil-karriera tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Fl‑2016, inħatar kap tal-unità Innovazzjoni diġitali u Blockchain u assuma dawn il-funzjonijiet sal‑2021. Huwa wkoll l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet f’rivisti legali, b’rabta b’mod partikolari mal-oqsma tal-bijoetika, tat-teknoloġiji diġitali, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt tal-ambjent.
P. Zilgalvis inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2021.
Imwieled fl‑1971 f’Ateni (il-Greċja), Ioannis Dimitrakopoulos kiseb, fl‑1992, diploma fid-dritt mill-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u ta’ Kapodistrias ta’ Ateni, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ master fid-dritt mogħti mill-Università Paris II Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi II Panthéon-Assas, Franza) fl‑1994.
Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati fl‑1995, I. Dimitrakopoulos eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑1997.
Fl‑1998, huwa daħal fis-servizz tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja) bħala uffiċjal tas-smigħ u okkupa l-kariga ta’ maître des requêtes mill‑2005 sal‑2022, fejn b’mod partikolari ttratta kwistjonijiet relatati mad-dritt fiskali, id-dritt tal-kompetizzjoni u tat-trade marks u d-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Fl‑2022, inħatar fil-grad ta’ konsulent tal-Istat. Fl-istess waqt li eżerċita dawn il-funzjonijiet, huwa kien membru tal-kumitat “Ippjanar u organizzazzjoni” tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) mill‑2009 sal‑2010. Fl‑2005, huwa ngħaqad mal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew (Strasbourg, Franza) għal perijodu ta’ tliet snin u hemmhekk eżerċita l-funzjonijiet ta’ konsulent legali prinċipali qabel ma ngħaqad mill-ġdid mas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) fl‑2008.
Bejn l‑2010 u l‑2020, I. Dimitrakopoulos okkupa wkoll il-funzjonijiet ta’ President supplenti tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Ħelsinki, il-Finlandja).
Mill‑2014 sal‑2015, huwa nħatar Imħallef awżiljarju fi ħdan l-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) u l-Eidiko Dikastirio tou arthrou 88 par. 2 tou Syntagmatos (il-Qorti Speċjali Stabbilita Skont l-Artikolu 88(2) tal-Kostituzzjoni Griega). Barra minn hekk, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Viċi President mal-assoċjazzjoni tal-imħallfin tas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat) bejn l‑2014 u l‑2016.
Barra minn hekk, I. Dimitrakopoulos iddedika ruħu għar-riċerka u għat-tagħlim: mill‑2003 sal‑2004, kien Senior Visiting Fellow fil-University of California, Berkeley (Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) u f’din il-kwalità, għallem korsijiet fid-dritt Ewropew tal-ambjent kif ukoll fid-dritt komparattiv. Mill‑2010, huwa wkoll professur fl-Ethniki Scholi Dikastikon Leitourgon (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Greċja). Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, li jirrigwardaw b’mod partikolari d-dritt fiskali, id-dritt Ewropew u d-drittijiet fundamentali.
I. Dimitrakopoulos inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022.
Imwieled fl‑1977 f’Ljubljana (is-Slovenja), Damjan Kukovec kiseb diploma fid-dritt mill-Fakultà tal-Liġi tal-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja) fl‑2001 kif ukoll master fid-dritt mill-Harvard Law School (Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑2002. Huwa f’din l-università li huwa wettaq studji ta’ dottorat, u fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2015.
Fl‑2002, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala ġurista stagiaire fil-Višje sodišče v Ljubljani (il-Qorti tal-Appell ta’ Ljubljana, is-Slovenja) u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑2004. Matul is-sena 2004, ingħaqad mal-Qorti Speċjali għal Sjerra Leone (Freetown, Sjerra Leone) kif ukoll mal-Ustavno sodišče (il-Qorti Kostituzzjonali, is-Slovenja).
Fl‑2005, D. Kukovec daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala ġurista qabel ma ngħaqad mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea mill‑2006 sal‑2018. Fl‑2006, kien ammess fil-kamra tal-avukati Slovena.
D. Kukovec fl-istess ħin iddedika ruħu għal karriera universitarja, b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt Ewropew. Bejn l‑2011 u l‑2013, huwa għallem id-dritt globali fil-Harvard Law School u fl-Institute for Global Law and Policy (Istitut għad-Dritt u l-Politika Globali) tiegħu. Sussegwentement huwa għallem f’diversi universitajiet tad-dritt madwar id-dinja, fosthom il-FGV Direito Rio, Rio de Janeiro (il-Fakultà tal-Liġi tal-Fondazzjoni Getulio Vargas, Rio de Janeiro, il-Brażil) fl‑2014, il-University of Kent’ s Brussels School of International Studies (il-Brussels School of International Studies tal-Università ta’ Kent, il-Belġju) fl‑2016, l-Institut universitaire européen (l-Istitut Universitarju Ewropew) ta’ Firenze (l-Italja) fl‑2016 u fl‑2017, kif ukoll l-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana) bejn l‑2018 u l‑2020. Mill‑2018, D. Kukovec kien wkoll lettur anzjan tad-dritt u direttur assoċjat tal-programm ta’ dottorat fi ħdan il-Middlesex University f’Londra (l-Università ta’ Middlesex, ir-Renju Unit).
D. Kukovec huwa professur onorarju fil-Fakultà tal-Liġi tal-University College London (il-University College ta’ Londra, ir-Renju Unit) u fis-City Law School, University of London (is-City Law School, Università ta’ Londra, ir-Renju Unit), akkademiku affiljat (affiliated fellow) fl-Università ta’ Harvard u huwa attwalment professur mistieden fir-Rijksuniversiteit Groningen (l-Università ta’ Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi).
D. Kukovec huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Huwa regolarment jiġi mistieden bħala kelliem f’konferenzi minn universitajiet madwar id-dinja.
D. Kukovec inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2022.
Imwieled fl‑1971 f’Zalaegerszeg (l-Ungerija), Tihamér Tóth wettaq l-istudji fid-dritt fis-Szegedi Tudományegyetem (l-Università ta’ Szeged, l-Ungerija), fejn kiseb diploma fid-dritt fl‑1994. Huwa f’din l-istess università li kompla l-istudji dottorali u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑2001.
Fl‑1994, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fl-Ungerija bħal ġurista mal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej, li suċċessivament sar parti tal-Ministeru għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali, tal-Ministeru għall-Industrija u għall-Kummerċ kif ukoll tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Bejn l‑1997 u l‑2001, huwa okkupa pożizzjoni ta’ uffiċjal mal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni. Mill‑2001 sal‑2003, huwa kien membru u sussegwentement, mill‑2003 sal‑2009, President tal-Bord tal-Kompetizzjoni (l-Ungerija). Matul dan l-aħħar perijodu, huwa assuma wkoll il-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni.
Mill‑2009 sal‑2022, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat fl-Ungerija b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni.
Mill‑1999, T. Tóth iddedika ruħu wkoll għall-karriera universitarja fil-Pázmány Péter Katolikus Egyetem (l-Università Kattolika Péter-Pázmány, l-Ungerija). Hemmhekk kien kelliem f’konferenzi bejn l‑1999 u l‑2010 u sussegwentement laħaq viċi dekan responsabbli, mill‑2010 sal‑2013, għar-riċerka u għar-relazzjonijiet internazzjonali, mill‑2013 sal‑2014, għall-kwistjonijiet relatati mal-istudenti u, mill‑2015, għar-relazzjonijiet internazzjonali. T. Tóth inħatar professur f’din l-università fl‑2018. Bejn l‑2019 u l‑2022, huwa kien titolari tal-Katedra Jean Monnet tad-dritt tal-kompetizzjoni.
Huwa awtur ta’ numru ta’ xogħlijiet u pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni.
T. Tóth inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2022.
Imwielda fl‑1981 fi Bratislava (is-Slovakkja), Beatrix Ricziová kisbet mill-Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is-Slovakkja) master fid-dritt fl‑2005 qabel ma ngħatat dottorat fid-dritt fl‑2012.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala assistenta legali f’uffiċċju ta’ avukat fis-Slovakkja mill‑2002 sal‑2004. Mill‑2003 u għal numru ta’ snin, hija wettqet xogħol ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni matul avvenimenti organizzati mill-muniċipalità ta’ Stupava (is-Slovakkja).
Bejn l‑2005 u l‑2006, B. Ricziová ngħaqdet, bħala ġurista, mal-Istitut għall-Approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Uffiċċju tal-Gvern tas-Slovakkja u sussegwentement, mill‑2007 sal‑2008, mal-Uffiċċju tal-Aġent Prinċipali Responsabbli għar-Rappreżentanza tas-Slovakkja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Slovakk. Bejn l‑2009 u l‑2022, hija assumiet il-funzjonijiet ta’ aġent prinċipali tas-Slovakkja quddiem il-qrati tal-Unjoni.
B. Ricziová hija wkoll membru, mill‑2007 sal‑2010, tal-Kumitat Permanenti għad-Drittijiet Ċivili u Kummerċjali tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Gvern tas-Slovakkja u, mill‑2012 sal‑2015, tal-Kumitat għall-Kodifikazzjoni mill-Ġdid tal-Liġi Proċedurali Ċivili fis-Slovakkja.
B. Ricziová nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2022.
Imwielda fl‑1957 fi Vjenna (l-Awstrija), Elisabeth Tichy-Fisslberger kisbet, fl‑1980, diploma fid-dritt li hija kkompletat bi studji fid-dritt internazzjonali fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) fl‑1981.
E. Tichy-Fisslberger bdiet il-karriera professjonali tagħha fil-Kummissjoni Ewropea fl‑1982, bħala interpretu tal-konferenzi, funzjoni li hija eżerċitat sal‑1988. Fl-istess ħin, hija kompliet l-istudji lingwistiċi tagħha fl-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna, l-Awstrija) u kisbet diploma ta’ studji lingwistiċi fl‑1984.
Fl‑1988, hija ngħaqdet mad-dipartimenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej u Ekonomiċi, bħala konsulenta, u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑1993.
Fl‑1990, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Dublin. Minn nofs l‑1991 sa nofs l‑1992, hija kienet assistenta direttriċi għall-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fi Vjenna. Sussegwentement, hija kienet ikkollokata mal-Ambaxxata tal-Awstrija f’Londra.
Mill‑1993 sal‑2000, hija kienet Ministru-Kunsilliera mar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Lura mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, E. Tichy-Fisslberger ssejħet tiżgura l-funzjonijiet ta’ direttriċi għall-affarijiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bejn l‑2000 u l‑2003. Sussegwentement, hija nħatret assistenta direttriċi ġenerali għall-affarijiet Ewropej u ekonomiċi u, mill‑2007, direttriċi ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi u konsulari. Barra minn hekk, hija żgurat wkoll il-funzjonijiet ta’ koordinatriċi nazzjonali fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni bejn l‑2009 u l‑2017.
Minn Diċembru 2017, hija kienet Ambaxxatriċi tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija fi ħdan l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f’Genève. Fl‑2020, hija ġiet eletta Presidenta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u, fl‑2021, Presidenta tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.
Fl-istess ħin, ma’ dawn l-attivitajiet, E. Tichy-Fisslberger tgħallem id-dritt fi ħdan id-Diplomatische Akademie Wien (l-Akkademja diplomatika ta’ Vjenna, l-Awstrija) mill‑2002. Bejn l‑2006 u l‑2017, hija għallmet ukoll id-dritt fi ħdan l-Universität Wien (l-Università ta’ Vjenna).
E. Tichy-Fisslberger inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.
Imwieled fl‑1971 f’Thessaloniki (il-Greċja), William Valasidis kiseb, fl‑1993, diploma fid-dritt mill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (l-Università Aristotile ta’ Thessaloniki, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ master fid-dritt mogħti mill-Harvard Law School (il-Fakultà tal-Liġi ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑1996.
Mill‑1993 sal‑1995, huwa kien avukat stagiaire fil-kuntest tal-eżamijiet ta’ aċċess għall-professjoni ta’ avukat. Wara li ġie ammess mal-kamra tal-avukati ta’ Thessaloniki fl‑1996, G. Valasidis eżerċita fi ħdan uffiċċji tal-avukati fil-Messiku u fl-Istati Uniti.
Kien fl‑1998 li huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba, bħala référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Imħallef Krateros Ioannou. Sussegwentement huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet mal-Imħallef Vassilios Skouris, li sar il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2003 u li miegħu kkollabora għal ħmistax‑il sena, mill‑1999 sal‑2014.
Fl‑2014, huwa nħatar Direttur tal-Protokoll u tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u sussegwentement Direttur tal-Komunikazzjoni, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑2022.
Bħala awtur ta’ pubblikazzjonijiet legali u ta’ xogħlijiet editorjali, huwa ta wkoll importanza kbira lit-tagħlim tal-prattika tad-dritt tal-Unjoni billi pparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni u fl-iżvolġiment tal-European Law Moot Court Competition, bħala membru tal-Bord tal-Għażla mill‑2004 sal‑2005, u sussegwentement bħala membru u viċi president tal-European Law Moot Court Society mill‑2006 sal‑2022. Barra minn hekk, huwa pparteċipa regolarment f’konferenzi nazzjonali u internazzjonali.
W. Valasidis inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.
Imwieled fl‑1977 f’Arnhem (il-Pajjiżi l-Baxxi), Steven Verschuur studja l-liġi fl-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u kiseb master fid-dritt hemmhekk fl‑2001. Huwa kompla l-edukazzjoni universitarja tiegħu fl-université de Liège (l-Università ta’ Liège, il-Belġju), li tagħtu diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt Ewropew fl‑2002. Huwa ddefenda t-teżi tad-dottorat fid-dritt tiegħu fl‑2010 fl-Universiteit Utrecht (l-Università ta’ Utrecht).
Mill‑2002, S. Verschuur kellu karriera bħala avukat ma’ diversi uffiċċji tal-avukati fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju f’diversi oqsma tad-dritt tal-Unjoni, bħall-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, il-politika kummerċjali, il-kuntratti pubbliċi kif ukoll il-miżuri restrittivi adottati fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni.
Huwa ddedika ruħu wkoll għall-kitba ta’ numru kbir ta’ artikli dwar dawn l-oqsma intiżi għal rivisti u xogħlijiet ġuridiċi.
Fl-istess ħin, huwa kien imħallef supplenti fis-sezzjoni tad-dritt ċivili tar-rechtbank Zeeland-West-Brabant (il-Qorti ta’ Zeeland-West-Brabant, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑2021 sal‑2022.
S. Verschuur inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2022.
Imwielda fl‑1980 f’Ishøj (id-Danimarka), Louise Spangsberg Grønfeldt kisbet diploma fid-dritt fl‑2004, u mbagħad diploma ta’ master fid-dritt fl‑2007 mill-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka). Hija kisbet ukoll diploma ta’ master mill-collège d’Europe (il-Kulleġġ tal-Ewropa, il-Belġju) fl‑2007. Hija ġiet ammessa bħala avukata fid-Danimarka fl‑2012.
L. Spangsberg Grønfeldt bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑2007 bħala avukata stagiaire u eżerċitat dawn il-funzjonijiet sal‑2009. Matul dan il-perijodu, hija għallmet ukoll id-dritt tal-Unjoni fil-Københavns Universitet, inizjalment bħala lecturer u mbagħad bħala lecturer anzjan.
Bejn l‑2009 u l‑2013, hija ngħaqdet mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala ġurista lingwista.
Bejn l‑2013 u l‑2016, L. Spangsberg Grønfeldt kienet membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea, fi ħdan it-tim “Baġit”. Hija mbagħad eżerċitat il-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mal-Imħallef Jesper Svenningsen sal‑2018. Fi tmiem dik is-sena, hija reġgħet ingħaqdet mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea (fit-tim “Għajnuna mill-Istat”), qabel ma nħatret, fl‑2019, membru tal-uffiċċju ta’ Margrethe Vestager, Viċi Presidenta Eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea. Bejn l-aħħar tal‑2020 u l‑2023, hija ħadmet fi ħdan it-tim “Ġustizzja u Affarijiet Interni” tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea.
L. Spangsberg Grønfeldt inħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑27 ta’ Settembru 2023.
Imwieled fl‑1976 f’Bayonne (Franza), Hervé Cassagnabère ggradwa mill-Institut d’études politiques ta’ Bordeaux (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi, Franza) fl‑1997, mill-École des Hautes Études Commerciales (HEC, Pariġi) (l-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Superjuri, Franza) fl‑1999 u mill-École nationale d’administration (ENA, Pariġi u Strasbourg) (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, Franza) fl‑2004.
Membru tal-Conseil d’État Franċiż (il-Kunsill tal-Istat), huwa beda hemm il-karriera tiegħu fl‑2004 bħala mħallef relatur fir-raba’ awla tat-taqsima tal-kontenzjuż, speċjalizzata b’mod partikolari fil-qasam tas-servizz pubbliku.
Mill‑2008 sal‑2010, H. Cassagnabère ġie kkollokat mill-Conseil d’État mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Franċiż, bħala konsulent, responsabbli għall-kwistjonijiet kulturali. Fl‑2010, huwa nħatar, permezz ta’ digriet tal-Ministru għall-Kultura, Direttur Ġenerali tal-istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ natura amministrattiva “Musée national Picasso – Pariġi”.
Fi tmiem l‑2012, wara li eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef relatur mal-Conseil d’État, Hervé Cassagnabère ġie kkollokat mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire, għal perijodu ta’ tmien snin.
Fl‑2020, huwa reġa’ ngħaqad mal-Conseil d’État sabiex hemmhekk jeżerċita l-funzjonijiet ta’ assistent president tal-awla speċjalizzata fil-kontenzjuż fiskali u immobiljari pubbliku. Huwa kien ukoll membru tat-taqsima interna tal-Conseil d’État, responsabbli għall-għoti ta’ konsulenzi legali dwar l-abbozzi ta’ liġi u ta’ regolamenti għal-ministeri għall-intern, għall-ġustizzja u għall-kultura.
Hervé Cassagnabère kien, barra minn hekk, b’mod partikolari relatur għall-kummissjoni Franċiża responsabbli għall-aċċess għad-dokumenti amministrattivi (CADA), relatur għall-kunsill superjuri dwar il-proprjetà intellettwali għal-letteratura u għall-arti mal-Ministru Franċiż għall-Kultura, konsulent legali mal-Assoċjazzjoni “Forum des droits sur internet” (il-Forum tad-Drittijiet fuq l-Internet), u kunsillier muniċipali delegat tal-komun ta’ Biarritz (Franza).
Minbarra l-karriera ġudizzjarja u amministrattiva tiegħu, Hervé Cassagnabère kien lettur anzjan fid-dritt pubbliku fl-Institut d’études politiques ta’ Bordeaux u ta’ Pariġi, għalliem fl-École de formation (l-Iskola ta’ Taħriġ) tal-kamra tal-avukati ta’ Pariġi (Franza), u intervenjent fl-Académie de droit européen fi Trier (ERA) (l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, il-Ġermanja) kif ukoll fl-Institut de formation et de recherche des avocats aux conseils (l-Istitut tat-Taħriġ u tar-Riċerka tal-Avukati, Franza). Barra minn hekk huwa jikkontribwixxi għat-taħriġ kontinwu tal-membri tal-Conseil d’État Franċiż fid-dritt tal-Unjoni.
Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni.
Hervé Cassagnabère nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis‑7 ta’ Ottubru 2024.
Imwieled fl‑1979 f’Zürich (l-Isvizzera), Raphaël Meyer kiseb master fid-dritt Ingliż fl-université Panthéon-Assas (l-Università Panthéon-Assas, Franza) u diploma fl-istudji legali fil-University of Oxford (l-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit) fl‑2001, kif ukoll master fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-université Panthéon-Assas fl‑2002. Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe (il-Kulleġġ tal-Ewropa, il-Belġju), fejn kiseb master fid-dritt Ewropew fl‑2003. Fl‑2004, huwa kiseb il-warrant ta’ avukat mill-École de Formation (l-Iskola ta’ Taħriġ) tal-kamra tal-avukati ta’ Pariġi (Franza) kif ukoll diploma mill-Institut de droit public des affaires (l-Istitut tad-Dritt Kummerċjali Pubbliku) tal-université Paris-Sud 11 (l-Università Pariġi-Nofsinhar 11, Franza).
R. Meyer beda l-karriera professjonali tiegħu bħala avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Pariġi, fejn huwa eżerċita mill‑2005 sal‑2007. Mill‑2008 sal‑2012, huwa ħadem bħala amministratur fi ħdan l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) fi Brussell (il-Belġju).
Fl‑2012, R. Meyer ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala amministratur fid-Direttorat għar-Riċerka u għad-Dokumentazzjoni. Fl‑2014, huwa ngħaqad mal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-President Marc Jaeger.
Bejn l‑2016 u l‑2024, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ konsulent legali fis-Servizz Legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fejn ingħaqad mal-gruppi “Kwistjonijiet Istituzzjonali, Statut, Kontenzjuż” (2016‑2020), “Ġustizzja u Affarijiet Interni” (2020‑2024) u, bħala konsulent legali anzjan, “Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Edukazzjoni, Agrikoltura u Sajd” fl‑2024.
Fl-istess waqt, minbarra d-dmirijiet tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, R. Meyer kien lettur fl-université de Lorraine (l-Università ta’ Lorraine, Franza).
R. Meyer inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑7 ta’ Ottubru 2024.
Imwieled fl‑1966 f’Göteborg (l-Isvezja), Jörgen Hettne kiseb, fl‑1991, master fid-dritt fil-Lunds universitet (l-Università ta’ Lund, l-Isvezja), u, fl‑2008, dottorat fid-dritt tal-integrazzjoni Ewropea fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja).
Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala konsulent legali mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż, mill‑1992 sal‑1995, imbagħad, mill‑1995 sal‑2001, huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire mal-Imħallef Pernilla Lindh.
Meta rritorna f’pajjiżu, huwa ddedika ruħu għat-tagħlim u għar-riċerka fid-dritt Ewropew fl-iStockholms universitet, mill‑2001 sal‑2005, kif ukoll, bħala riċerkatur prinċipali fid-dritt u assistent direttur ad interim u assistent direttur, fl-iSvenska institutet för europapolitiska studier (SIEPS) (l-Istitut Svediż għall-Istudji tal-Politika Ewropea), mill‑2005 sal‑2015. Fl‑2012, huwa nħatar professur assoċjat fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-Lunds universitet, funzjoni li huwa eżerċita mill‑2015 sal‑2019 fi ħdan id-dipartiment tad-dritt kummerċjali tal-Iskola tal-Ekonomija u tal-Amministrazzjoni tiegħu. Bejn l‑2019 u l‑2025, huwa mexxa dan l-istess dipartiment, fejn sar professur tad-dritt kummerċjali fl‑2020. Mill‑2018 sal‑2025, huwa okkupa wkoll il-pożizzjoni ta’ direttur taċ-Ċentru għall-Istudju Ewropew fil-Lunds universitet. Numru ta’ pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt kummerċjali jixhdu l-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu.
Fuq inizjattiva tal-Gvern Svediż, huwa pparteċipa, fl‑2008‑2009, 2010 u 2014, f’diversi proġetti ad hoc intiżi b’mod partikolari li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Svediża mad-dritt tal-Unjoni.
Imwielda fl‑1970 f’Akmenė (il-Litwanja), Danutė Jočienė kisbet diploma fid-dritt fl‑1994 u dottorat fid-dritt fl‑1999 mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja).
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑1997 fi ħdan id-dipartiment tad-dritt Ewropew tal-Gvern Litwan bħala esperta fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, pożizzjoni li hija baqgħet tokkupa sal‑2001. Hija żgurat, bejn l‑2002 u l‑2004, il-missjoni ta’ aġent tal-Gvern Litwan għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, fl‑2003‑2004, hija rrappreżentat lir-Repubblika tal-Litwanja bħala esperta fil-Kumitat ta’ Tmexxija għad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Titjib tal-Proċeduri għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg.
Fl‑2004, D. Jočienė nħatret imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha għal disa’ snin, sal‑2013, fejn okkupat, mill‑2011 sal‑2013, il-kariga ta’ Viċi President fis-Sezzjoni II. Meta marret lura f’pajjiżha, hija ngħaqdet, fl‑2014, mal-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja), fejn hija kienet sal‑2023, l-ewwel imħallef u, mill‑2021, Presidenta. Mill‑2023 sal 2025, hija ngħaqdet, bħala mħallef, mal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja). Fl-istess perijodu, D. Jočienė kienet ukoll membru tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ. Bejn l‑2015 u l‑2025, hija kienet imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
D. Jočienė ddedikat ukoll parti importanti mill-attività tagħha għat-tagħlim u għar-riċerka u hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali, b’mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Mill‑1999 sal‑2004, hija okkupat il-pożizzjonijiet ta’ professur assoċjat, professur u viċi dekan fil-Fakultà tal-Liġi tal-Vilniaus universitetas. Mill‑2014, hija kienet professur fl-Iskola tad-Dritt tal-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja).
Mill‑2021 sal‑2025, D. Jočienė hija kienet editur prinċipali u membru tal-bord editorjali tal-pubblikazzjoni perjodika Lietuvos Respublikos Konstitucinio Teismo periodinis leidinys “Konstitucinė jurisprudencija” (Il-Ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja).
Imwieled fl‑1966 f’Genova (l-Italja), Francesco Bestagno kiseb diploma fid-dritt fl‑1989 mill-Università cattolica del Sacro Cuore (l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa, Milano, l-Italja) u dottorat fid-dritt internazzjonali ekonomiku fl‑1995 mill-Università commerciale Bocconi (l-Università kummerċjali Bocconi, Milano, bi sħubija mal-universitajiet ta’ Torino u ta’ Bergamo, l-Italja). Fl‑1997, huwa wettaq l-istudji postdottorali tiegħu fl-Università ta’ Genève (l-Isvizzera).
F. Bestagno beda l-karriera universitarja tiegħu bħala riċerkatur fid-dritt internazzjonali fl‑1997 mal-Università cattolica del Sacro Cuore, u okkupa l-pożizzjoni ta’ professur aggregat fid-dritt internazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑2000 sal‑2002. Huwa sar professur assoċjat f’dawn id-dixxiplini fl‑2002. Maħtur professur titolari tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-Fakultà tal-Liġi ta’ din l-università fl‑2006, huwa eżerċita din il-funzjoni sal‑2020 filwaqt li mexxa l-Istitut tal-Istudji Internazzjonali bejn l‑2016 u l‑2020. Huwa attwalment membru tal-Kumitat tal-Professuri tal-Iskola dottorali tad-dritt ta’ din l-istess università.
Fl-istess ħin, flimkien mal-attivitajiet universitarji tiegħu, u wara li ġie ammess fil-kamra tal-avukati ta’ Brescia (l-Italja) fl‑1992, F. Bestagno kien konsulent legali indipendenti dwar kwistjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet fundamentali, tad-dritt doganali u tad-dritt kummerċjali internazzjonali sal‑2020. Huwa pparteċipa bħala espert legali f’isem il-Vatikan (is-Santa Sede) f’konferenzi diplomatiċi fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa fl‑2017 u fl‑2019.
Mill‑2020 sal‑2025, huwa assuma l-pożizzjoni ta’ konsulent legali prinċipali u responsabbli għas-Servizz Legali tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea fi Brussell (il-Belġju), fejn, bejn l‑2021 u l‑2022, huwa kien ukoll responsabbli għat-taqsima inkarigata mill-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
F. Bestagno huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt kummerċjali internazzjonali, li fosthom hemm żewġ manwali akkademiċi dwar l-istituzzjonijiet u s-sorsi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u dwar is-suq intern Ewropew.
F. Bastagno huwa Mħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑15 ta’ Settembru 2025.
Born in 1971 in Lecce (Italy), Ms Raffaella Pezzuto obtained a diploma in law in 1995 at the Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli ‘LUISS’ (Free International University of Social Studies Guido Carli, Italy). She obtained a first doctorate in civil law in 2001 at the Università degli Studi di Roma ‘La Sapienza’ (University of Rome, ‘La Sapienza’ Italy) and a second doctorate in theory of law in 2011 at the Università del Salento (University of Salento, Italy).
Ms Pezzuto was appointed as a judge in 1998, the year that she started her professional career as a judicial trainee. In 2000, she joined the Tribunale di Lecce (District Court, Lecce, Italy) as a judge, initially in the First Criminal Division and then, from 2003, in the Civil and Commercial Division. From 2008 to 2014, Ms Pezzuto was seconded as a National Expert to the Common Legal support service in the Directorate-General for Research and Innovation of the European Commission. Upon her return to Italy, she joined the Italian Ministry of Justice, where she served from 2014 to 2020. She held a position first in the Directorate-General for Criminal Justice and then, between 2016 and 2017, in the Cabinet of the Minister for Justice, before being appointed, from 2017 onwards, as the Head of Cabinet at the Ministry of Foreign Affairs and International Cooperation.
Between 2020 and 2025, Ms Pezzuto was a member of the Corte d’appello di Firenze (Court of Appeal, Florence, Italy). From 2020 to 2024, she also held the position of Legal Adviser at the Office of the Attorney General, responsible for representing Italy before the European Court of Human Rights. In 2025, she joined the Permanent Representation of Italy to the European Union, where, as a judge, she served as an Adviser on Justice and Home Affairs over the course of a few months.
Ms Pezzuto has been a Judge at the General Court since 15 September 2025.
Imwielda fl‑1973 f’Żagreb (il-Kroazja), Tanja Pavelin kisbet, fl‑1996, diploma fid-dritt u, fl‑2020, dottorat mis-Sveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja).
T. Pavelin bdiet il-karriera professjonali tagħha fl‑1997 bħala stagiaire legali mal-Općinski sud u Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja) u maż-Županijski sud u Zagrebu (il-Qorti tal-Kontea ta’ Żagreb, il-Kroazja). Wara li għaddiet mill-eżami għall-ammissjoni fil-kamra tal-avukati fl‑1998, hija saret konsulent legali fl-Općinski sud u Zagrebu fl‑1999. T. Pavelin inħatret imħallef fl-Općinski sud u Zlataru (il-Qorti Muniċipali ta’ Zlatar, il-Kroazja) fl‑2002, u wara ngħaqdet, bħala mħallef, mal-Općinski kazneni sud u Zagrebu (il-Qorti Kriminali Muniċipali ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑2008.
Mill‑2010 sal‑2011, hija assumiet, fil-Vrhovni sud Republike Hrvatske (il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja) il-funzjonijiet ta’ konsulent legali prinċipali, filwaqt li eżerċitat fl-istess ħin il-funzjonijiet ta’ segretarja tad-Državno sudbeno vijeće (il-Kunsill Nazzjonali għall-Maġistratura, il-Kroazja). Bejn l‑2011 u l‑2021, hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha fiż-Županijski sud u Zagrebu, fid-dipartimenti responsabbli għall-kawżi kriminali u għall-kawżi marbuta mal-korruzzjoni u mal-kriminalità organizzata, kif ukoll id-delitti tal-gwerra. Matul dan il-perijodu, T. Pavelin eżerċitat il-funzjonijiet ta’ President tad-dipartiment responsabbli għall-monitoraġġ tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll ta’ President tal-awla inkarigata mill-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Mill‑2021 sal‑2025, hija saret imħallef fil-Visoki kazneni sud Republike Hrvatske (il-Qorti tal-Appell Kriminali tar-Repubblika tal-Kroazja). Fl-istess ħin, T. Pavelin ippresjediet il-Kunsill tal-Imħallfin ta’ din il-qorti, fejn hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha fil-Kunsill ta’ esperti inkarigati bl-eżekuzzjoni tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li żgurat il-funzjoni ta’ punt ta’ kuntatt fi ħdan in-Network ġudizzjarju Ewropew f’materji kriminali. Matul dan l-istess perijodu, hija kienet ukoll parti mill-Kunsill tal-Imħallfin tal-Vrhovni sud Republike Hrvatske u tal-Kumitat ta’ eżami għall-ammissjoni fil-kamra tal-avukati Kroata.
Fl-istess ħin, T. Pavelin assumiet il-funzjonijiet ta’ President tal-awla ta’ dixxiplina fi ħdan il-Qorti tal-Kamra tal-Inġiniera Elettroniċi mill‑2015 sal‑2024 u fil-Qorti tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili mill‑2016 sal‑2024. Fl-istess żmien, hija kienet ukoll Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ordni tat-Tobba tal-Kroazja mill‑2019 sal‑2024.
Mill‑2023 sal‑2025, T. Pavelin iddedikat ruħha wkoll għat-tagħlim bħala lettriċi fl-Effectus University of Applied Sciences (l-Università Effectus tax-Xjenzi Applikati, il-Kroazja) u fil-Fakultà tal-Liġi tas-Sveučilište u Zagrebu. Hija għada tgħallem fl-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, fl-Akkademja ġudizzjarja tal-Kroazja, kif ukoll fin-Network Ewropew tat-taħriġ ġudizzjarju (EJTN).
T. Pavelin hija l-awtriċi ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u kotba, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt kriminali, tal-proċeduri kriminali, tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tal-bniedem.
T. Pavelin hija Mħallef fil-Qorti Ġenerali mill‑15 ta’ Settembru 2025.
Imwieled fl 1963 f’Asti (l-Italja), V. Di Bucci beda l-istudji fid-dritt fl-Università degli Studi di Torino (l-Università ta’ Torino, l-Italja), fejn kiseb master fid-dritt fl 1986. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-université de Nancy II (l-Università ta’ Nancy II, Franza) u, fl 1988, kiseb diploma ta' studji approfonditi fid-dritt Komunitarju.
Fl 1987, V. Di Bucci daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala ġurista lingwista fid-diviżjoni tat-traduzzjoni Taljana. Fl 1988, huwa ġie rreklutat mill-Imħallef G. Federico Mancini bħala référendaire fl-uffiċċju tiegħu, kariga li huwa okkupa sal 1991. Huwa reġa’ kien mill-ġdid référendaire mal-Imħallef Mancini bejn l 1994 u l 2000.
Bejn l 1991 u l 1994, V. Di Bucci għamel parti mill-grupp “Trasport, ambjent, konsumaturi” tas-Servizz Legali tal-Kumissjoni Ewropea, istituzzjoni li huwa reġa’ ngħaqad magħha mill-ġdid fl 2000 bħala membru tal-grupp “Għajnuna mill-Istat u antidumping” tas-Servizz Legali tagħha. Bejn l 2007 u l 2010, huwa kien membru, sussegwentement konsulent legali tal-grupp “Kompetizzjoni”. Fl 2010, huwa nħatar konsulent legali prinċipali tal-grupp “Għajnuna mill-Istat u antidumping” u okkupa din l-istess funzjoni mal-grupp “Dritt kummerċjali” mill 2014 sal 2023.
Fil 5 ta’ Ġunju 2023, V. Di Bucci ġie elett Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.
Huwa l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet dwar id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq il-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni, l-għajnuna mill-Istat u d-dritt bankarju tal-Unjoni.