It-Trattat ta’ Lisbona u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Organizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Struttura u isem

L-Unjoni Ewropea, li minn issa ’l quddiem għandha personalità ġuridika, ser tieħu post il-Komunità Ewropea 1 . B’dan il-mod, permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, l-istruttura bil-pilastri ser titneħħa u l-Unjoni ser ikollha qafas istituzzjonali ġdid. Konsegwentement, bħall-istituzzjonijiet li jibdlu l-isem, l-istituzzjoni ser tingħata l-isem tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tinkludi:

  • il-Qorti tal-Ġustizzja,
  • il-Qorti Ġenerali,
  • il-qrati speċjalizzati.
Artikolu 19 TUE

Artikolu 19

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

Il-Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jinħatru bi ftehim komuni bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għal sitt snin. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li l-mandat tagħhom ikun spiċċa jistgħu jinħatru mill-ġdid.

3. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi skond it-Trattati sabiex:

a) tiddeċiedi dwar rikorsi miġjuba minn Stat Membru, istituzzjoni jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi;

b) tagħti deċiżjonijiet preliminari, fuq talba tal-qrati nazzjonali, fuq l-interpretazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni jew fuq il-validità ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet;

c) tiddeċiedi f’każijiet oħra kif previst fit-Trattati.

Il-korpi ġudizzjarji introdotti mit-Trattat ta’ Nizza jiġu msemmija qrati speċjalizzati. Huma jiġu stabbiliti skont proċedura leġislattiva ordinarja (b’kodeċiżjoni b’maġġoranza kkwalifikata) fuq proposta tal-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja jew fuq proposta tal-Qorti tal-Ġustizzja b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni (Artikolu 257 TFUE). Din l-istess dispożizzjoni tipprovdi li huma annessi mal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 257 TFUE

Artikolu 257
(ex Artikolu 225a TKE)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali, sabiex jieħdu konjizzjoni fil-Prim’ Istanza ta’ ċerti kategoriji ta’ rikorsi f’oqsma speċifiċi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu permezz ta’ regolament jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja, jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Ir-Regolament li jistabbilixxi qorti speċjalizzata jistabbilixxi r-regoli dwar il-kompożizzjoni ta’ din il-qorti u safejn għandha tasal il-kompetenza tagħha.

Id-deċiżjonijiet tal-qrati speċjalizzati jistgħu jkunu suġġetti għall-appell fuq punti ta’ dritt biss, jew meta jkun hekk provdut fir-regolament li jistabbilixxi l-qorti speċjalizzata ukoll fuq kwistjonijiet ta’ fatt, quddiem il-Qorti Ġenerali.

Il-membri tal-qrati speċjalizzati jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kapaċità meħtieġa sabiex jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji. Jiġu maħtura mill-Kunsill waqt li jaġixxi unanimament.

L-qrati speċjalizzati jistabbilixxu r-Regoli ta’ Proċedura tagħhom bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja.

Sakemm ir-Regolament li jistabbilixxi l-qorti speċjalizzata ma jipprovdix mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea japplikaw għall-qrati speċjalizzati. It-Titolu I ta’ l-Istatut u l-Artikolu 64 tiegħu għandhom japplikaw fi kwalunkwe każ għall-qrati speċjalizzati.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li l-Istatut tiegħu ma nbidilx, isir għalhekk qorti speċjalizzata.
Dawn kollha jikkostitwixxu istituzzjoni tal-Unjoni (Artikolu 13 TUE). Il-Lussemburgu huwa kkonfermat bħala s-sede tal-istituzzjoni (Protokoll Nru 6).

Artikolu 13 TUE

Artikolu 13

1. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta’ l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta’ l-azzjonijiet tagħha.
L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni huma:
— il-Parlament Ewropew,
— il-Kunsill Ewropew,
— il-Kunsill,
— il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Kummissjoni’),
— il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea,
— il-Bank Ċentrali Ewropew,
— il-Qorti ta’ l-Awdituri.

2. Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.

3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta’ l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

4. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

Protokoll Nru 6

PROTOKOLL (Nru 6)

DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE TA’ L-ISTITUZZJONIJIET U TA’ ĊERTI ORGANI, KORPI U DIPARTIMENTI TA’ L-UNJONI EWROPEA

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI,

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 1965, u mingħajr

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea [u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika];

Artikolu Uniku

a) Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-12-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussell. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussell. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu.

b) Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu.

c) Il-Kummissjoni għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu.

d) Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

e) Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

f) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

g) [I]l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

h) [I]l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu.

i) [I]l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu is-sede tagħhom fi Frankfurt.

j) L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja.

L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jinsab fil- Protokoll Nru 3 . Jirriżulta mit-Trattat ta’ Lisbona li talba sabiex jiġi emendat dan l-Istatut għandha tiġi kkunsidrata bħala “abbozz ta’ att leġislattiv” 2 u għandha tkun suġġetta għall-proċedura leġislattiva ordinarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 TFUE). Min-naħa l-oħra, l-arranġamenti lingwistiċi jibqgħu suġġetti għar-regola ta’ unanimità. Għal dak li jirrigwarda l-istatus tal-Imħallfin u tal-Avukati Ġenerali, dan jista’ jinbidel biss permezz ta’ emenda tat-Trattati (Artikolu 48 TUE).

Artikolu 281 TFUE

Artikolu 281
(ex Artikolu 245 TKE)

L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea jiġi stabbilit bi Protokoll separat.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jemendaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istatut, bl-eċċezzjoni tat-Titolu I u ta’ l-Artikolu 64 tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti talĠustizzja.

Artikolu 48 TUE

Artikolu 48
(ex Artikolu 48 TUE)

1. It-Trattati jistgħu jkunu emendati skond proċedura ta’ reviżjoni ordinarja. Dawn jistgħu jkunu emendati wkoll skond proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata.

Proċedura ta’ reviżjoni ordinarja

2. Il-gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.

3. Jekk il-Kunsill Ewropew, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ Konvenzjoni komposta minn rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta’ l-Istat jew tal-Gvern ta’ l-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat ukoll fil-każ ta’ bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Il-Konvenzjoni għandha teżamina l-proposti għar-reviżjoni u għandha tadotta rakkomandazzjoni b’konsensus lil Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri kif previst fil-paragrafu 4.

Il-Kunsill Ewropew jista’ jiddeċiedi b’maġġoranza sempliċi, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li ma jsejjaħx Konvenzjoni jekk dan ma jkunx ġustifikat mill-portata ta’ l-emendi proposti. F’ dak il-każ il-Kunsill Ewropew għandu jiddefinixxi l-mandat għal Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri.

4. Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandha tissejjaħ mill-President tal-Kunsill sabiex jiġu determinati bi ftehim komuni l-emendi li għandhom isiru lit-Trattati.
L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta’ Trattat li jemenda t-Trattati, erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri jkunu rratifikaw it-Trattat imsemmi u Stat Membru wieħed jew iktar ikun iltaqa’ ma’ diffikultajiet għar-ratifika, l-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.

Proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata

6. Il-Gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill Ewropew proposti għal reviżjoni sħiħa jew parzjali tad-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar il-politika u l-azzjonijiet interni ta’ l-Unjoni.

Il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta deċiżjoni li temenda b’mod sħiħ jew parzjali id-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta’ bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Id-deċiżjoni prevista fit-tieni subparagrafu m’għandhiex iżżid il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati.

7. Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew it-Titolu V ta’ dan it-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu f’qasam jew każ partikolari, il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kunsill sabiex jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata f’dak il-qasam jew każ. Dan is-subparagrafu m’għandux japplika għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew fil-qasam tad-difiża.

Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jipprovdi li atti leġislattivi għandhom ikunu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta deciżjoni li tawtorizza l-adozzjoni ta’ l-atti msemmija skond il-proċedura leġislattiva ordinarja.

Kwalunkwe inizjattiva meħuda mill-Kunsill Ewropew abbażi ta’ l-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandha tkun notifikata lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta’ tali notifika, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu m’għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni, il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta d-deċiżjoni msemmija.

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Kompożizzjoni

Il-kompożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali ma nbidlitx (Artikolu 19 TUE): il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru u l- Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għadu kompost minn seba’ mħallfin.

Artikolu 19 TUE

Artikolu 19 TUE

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru. Għandha tkun assistita minn avukati-ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jinħatru bi ftehim komuni bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għal sitt snin. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li l-mandat tagħhom ikun spiċċa jistgħu jinħatru mill-ġdid.

3. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi skond it-Trattati sabiex:

a) tiddeċiedi dwar rikorsi miġjuba minn Stat Membru, istituzzjoni jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi;

b) tagħti deċiżjonijiet preliminari, fuq talba tal-qrati nazzjonali, fuq l-interpretazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni jew fuq il-validità ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet;

c) tiddeċiedi f’każijiet oħra kif previst fit-Trattati.

Għal dak li jirrgwarda l-Assistenti Relaturi, il-proċedura tal-ħatra tagħhom ġiet issemplifikata, billi t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi li huma jiġu maħtura skont proċedura leġislattiva ordinarja u mhux iktar bl-unanimità (Protokoll Nru 3, Artikolu 13).

Protokoll Nru 3, Artikolu 13

Artikolu 13

Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skond il-

L-Assistenti Relaturi, li għandhom jintgħażlu minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju mill-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kwalifiki legali meħtieġa, jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi. Huma għandhom jaħilfu quddiem il-Qorti li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħarsu s-segretezza tad-deliberazzjonijiet.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija assistita minn tmien Avukati Ġenerali (Artikolu 252 TFUE). Id-Dikjarazzjoni Nru 38 3 tal-Konferenza Intergovernattiva tipprovdi l-possibbiltà li n-numru tagħhom jiżdied minn 8 għal 11 fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u fuq deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’unanimità. F’dan il-każ, pożizzjoni permanenti tingħata lill-Polonja (l-istess bħall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit) u żewġ pożizzjonijiet jiżdiedu mal-pożizzjonijiet assenjati permezz ta’ rotazzjoni.

Artikolu 252 TFUE

Artikolu 252
(ex Artikolu 222 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun assistita minn tmien Avukati Ġenerali. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hekk titlob, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’unanimità, jista jżid in-numru ta’ l-Avukati Ġenerali.

L-Avukat Generali għandu d-dmir li pubblikament bl-ikbar imparzjalita u b’indipendenza sħih[ħ]a jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li skond l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu.

Dikjarazzjoni Nru 38

38. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 252 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Konferenza tiddikjara li jekk, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 252, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li n-numru ta’ Avukati Ġenerali jiżdied bi tlieta (ħdax minflok tmienja), il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, ser jaqbel dwar tali żieda.

F’dak il-każ, il-Konferenza taqbel li l-Polonja, kif diġà huwa l-każ għall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit, ser ikollha Avukat-Ġenerali permanenti u mhux ser tibqa’ tieħu sehem fis-sistema ta’ rotazzjoni; filwaqt li s-sistema attwali ta’ rotazzjoni ser tibda tinkludi r-rotazzjoni ta’ ħames Avukati-Ġenerali minflok tlieta.

Ħatra: kwalitajiet rikjesti u proċedura

Il-kwalitajiet rikjesti mill-Membri sabiex jinħatru mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma nbidlux.
Għall-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 253 TFUE), l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali jiġu magħżula minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa sabiex fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet ġudizzjarji, jew li huma ġurikonsulti ta’ kompetenza magħrufa.

Artikolu 253 TFUE

Artikolu 253
(ex Artikolu 223 TKE)

L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu magħżula minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa sabiex fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet ġudizzjarji, jew li huma ġurikonsulti ta’ kompetenza magħrufa, jiġu maħturin bi qbil komuni għal sitt snin mill-gvernijiet ta[’] l-Istati Membri, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 255.

Kull tliet snin jiġi magħmul tibdil parzjali ta’ l-Imħallfin u ta’ l-Avukati Ġenerali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Imħallfin jaħtru minn fosthom il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għal tliet snin. Jista’ jarġa’ jinħatar.

L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li jirtiraw jistgħu jerġgħu jinħatru.

Il-Qorti tal-Ġustizzja taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tagħha. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill.

Għall-Qorti Ġenerali (Artikolu 254 TFUE), l-Imħallfin jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kapaċità li jeżerċitaw funzjonijiet għolja fil-ġudikatura.

Għal dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ ħatra, il-Membri jibqgħu jinħatru bi qbil komuni mal-gvernijiet tal-Istati Membri għal mandat ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded, imma minn issa ’l quddiem wara konsultazzjoni ma’ kumitat inkarigat li jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Mħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 254 TFUE

Artikolu 254
(ex Artikolu 224 TKE)

In-numru ta’ l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali jiġi stabbilit mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Istatut jista’ jipprovdi li l-Qorti Ġenerali tkun assistita minn Avukati Ġenerali.

Il-membri tal-Qorti Ġenerali jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kapaċità li jeżerċitaw funzjonijiet għolja fil-ġudikatura. Dawn jiġu maħtura bi qbil komuni mill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għal sitt snin, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 255. Il-kompożizzjoni tal-Qorti tiġġedded parżjalment kull tliet snin. Il-membri li jirtiraw ikunu eliġibbli sabiex jerġgħu jinħatru.

L-Imħallfin jaħtru l-President tal-Qorti Ġenerali minn fosthom għal perjodu ta’ tliet snin. Dan jista’ jerġa’ jinħatar.

Il-Qorti Ġenerali taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu.

 

Il-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi r-regoli tal-Proċedura tagħha bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill.

 

Sakemm l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea ma jipprovdix mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-Qorti Ġenerali.

Dan il-kumitat huwa kompost minn seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta’ qrati supremi nazzjonali u avukati ta’ kompetenza rrikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew (Artikolu 255 TFUE).

Artikolu 255 TFUE

Artikolu 255

Għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Imħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet ta’ l-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet skond l-Artikoli 253 u 254.

Il-kumitat għandu jinkludi seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta’ qrati supremi nazzjonali u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli ta’ ħidma ta’ dan il-kumitat, kif ukoll deċiżjoni għall-ħatra tal-membri tiegħu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.



Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Oqsma

L-istruttura bi tliet pilastri introdotta mit-Trattat ta’ Maastricht tneħħiet. Konsegwentement, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ser testendi għad-dritt tal-Unjoni Ewropea 4 , sakemm it-Trattati ma jiddisponux mod ieħor (Artikolu 19 TUE).

Artikolu 19 TUE

Artikolu 19

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru. Għandha tkun assistita minn avukati-ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jinħatru bi ftehim komuni bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għal sitt snin. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li l-mandat tagħhom ikun spiċċa jistgħu jinħatru mill-ġdid.

3. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi skond it-Trattati sabiex:

a) tiddeċiedi dwar rikorsi miġjuba minn Stat Membru, istituzzjoni jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi;

b) tagħti deċiżjonijiet preliminari, fuq talba tal-qrati nazzjonali, fuq l-interpretazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni jew fuq il-validità ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet;

c) tiddeċiedi f’każijiet oħra kif previst fit-Trattati.

L-oqsma ta’ ġurisdizzjoni:

  • L-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Fil-fatt, minn naħa, billi t-Trattat ta’ Lisbona ħassar l-ex Artikolu 35 UE, dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali (ex Titolu VI tat-Trattat UE), il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-għoti ta’ deċiżjoni preliminari ssir obbligatorja u mhux iktar suġġetta għal dikjarazzjoni li tgħid li kull Stat Membru jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tindika liema qrati nazzjonali jistgħu jressqu talba għal deċiżjoni preliminari. Billi dan l-artikolu tħassar, dawn ir-restrizzjonijiet spiċċaw u l-Qorti tal-Ġustizzja kisbet ġurisdizzjoni sħiħa f’dan il-qasam. Madankollu, dispożizzjonijiet tranżitorji (Protokoll Nru 36, Artikolu 10) 5 jipprovdu li tali ġurisdizzjoni tkun applikabbli kompletament wara ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħha.

Protokoll Nru 36, Artikolu 10

Protokoll (Nru 36)

DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 10

1. Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta’ atti ta’ l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kompetenzi ta’ l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta’ l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. L-emendar ta’ att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta’ l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

3. Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

4. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista’ jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta’ l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta’ l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m’għandux japplika fir-rigward ta’ l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta’ konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m’għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f’dawk l-atti.

5. Ir-Renju Unit jista’, fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f’atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F’dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta’ l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta’ parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta’ l-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.

Min-naħa l-oħra, it-Trattat ta’ Lisbona jħassar l-ex Artikolu 68 KE li kien jinsab taħt l-ex Titolu IV tat-Trattat KE dwar l-viżi, l-ażil, l-immigrazzjoni u l-politiki l-oħra relatati mal-moviment liberu ta’ persuni, liema qasam kien ġie ttrasferit lill-“pilastru” Komunitarju permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam. It-Trattat ta’ Lisbona jikkonferma dan l-iżvilupp billi jipprovdi għall-integrazzjoni sħiħa ta’ dawn l-oqsma taħt il-Titolu V tat-Trattat TFUE billi jgħaqqad flimkien il-politiki dwar il-kontrolli transkonfinali, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali.

Għaldaqstant, it-Trattat ta’ Lisbona 6 ineħħi dawn ir-restrizzjonijiet għall-ġurisdizzjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sens li qabel kienu biss il-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza li setgħu jressqu talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma setgħatx tiddeċiedi dwar miżuri ta’ ordni pubbliku fil-kuntest ta’ kontrolli transkonfinali. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kisbet ġurisdizzjoni ġenerali mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. 7 . Madankollu, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja għad ma għandhiex ġurisdizzjoni għal dak li jirrigwarda l-eżami tal-validità jew tal-proporzjonalità ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-pulizija jew minn awtoritajiet oħra għall-infurzar tal-liġi fi Stat Membru, u sabiex tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet ta’ Stati Membri għaż-żamma tal-ordni pubbliku u għall-ħarsien tas-sigurtà pubblika (Artikolu 276 TFUE).

Artikolu 276 TFUE

Artikolu 276

Fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha dwar il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu IV tat-Tielet Parti, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandiex tkun kompetenti sabiex tivverifika l-validità jew il-proporzjonalità ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-pulizija jew minn servizz ieħor ta’ l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru jew sabiex tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma ta’ l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.

  • Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

Il-Karta 8 , li hija legalment vinkolanti (Dikjarazzjoni Nru 1), kisbet l-istess valur legali tat-Trattati (l-ewwel Artikolu 6(1) TUE) u għalhekk hija koperta mill-ġurisdizzjoni ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Dikjarazzjoni Nru 1

1. Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, li hija legalment vinkolanti, tikkonferma d-drittijiet fundamentali garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Il-Karta ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta’ l-Unjoni, u la toħloq kompetenzi jew kompiti ġodda għall-Unjoni, u lanqas timmodifika l-kompetenzi u l-kompiti kif definiti fit-Trattati.

Artikolu 6 TUE

Artikolu 6
(ex Artikolu 6 TUE)

1. L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta m’għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi ta’ l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Titolu VII tal-Karta li jirregolaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha u b’kont debitu meħud ta’ l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2. L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m’għandhiex taffettwa l-kompetenzi ta’ l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

3. Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ l-Unjoni.

Madankollu, għar-Renju Unit u l-Polonja jirriżulta mill-Protokoll Nru 30, anness mat-TFUE, li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma testendix il-fakulta tal-Qorti tal-Ġustizzja jew ta’ kwalunkwe qorti ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri, li ssib li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet, il-prattiki jew l-azzjonijiet amministrattivi huma inkonsistenti mad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji fundamentali li hija tafferma mill-ġdid.

Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 u 30 ta’ Ottubru 2009 9 jippreċiżaw li l-kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet ftehmu li, fil-futur, dan il-Protokoll jiġi estiż għar-Repubblika Ċeka.

Protokoll Nru 30

PROTOKOLL (Nru 30)

DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-KARTA DWAR ID-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA’ L-UNJONI EWROPEA GĦALL-POLONJA U GĦAR-RENJU UNIT

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

 

BILLI fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea;

BILLI l-Karta għandha tiġi applikata f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 msemmi qabel u mat-Titolu VII tal-Karta nnifisha;

BILLI l-Artikolu 6 msemmi qabel jeħtieġ li l-Karta tkun applikata u interpretata mill-qrati tal-Polonja u tar-Renju Unit f’ konformità stretta ma’ l-ispjegazzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu;

BILLI l-Karta fiha kemm drittijiet kif ukoll prinċipji;

BILLI l-Karta fiha kemm dispożizzjonijiet li huma ta’ karattru ċivili u politiku u dawk li huma ta’ karattru ekonomiku u soċjali;

BILLI l-Karta tikkonferma d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fl-Unjoni u tagħmel dawk id-drittijiet aktar viżibbli, mingħajr ma toħloq drittijiet jew prinċipji ġodda;

IFAKKRU l-obbligi tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u l-liġi ta’ l-Unjoni b’mod ġenerali;

JINNOTAW ix-xewqa tal-Polonja u tar-Renju Unit li jiċċaraw ċerti aspetti ta’ l-applikazzjoni tal-Karta;

XEWQANA għalhekk li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-Karta rigward il-liġijiet u l-azzjoni amministrattiva tal-Polonja u tar-Renju Unit, kif ukoll il-ġustizzjabbiltà tagħha fil-Polonja u fir-Renju Unit;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li referenzi f’dan il-Protokoll għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Karta huma strettament mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Karta;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Karta għall-Istati Membri l-oħra;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, u l-liġi ta’ l-Unjoni b’mod ġenerali;

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

1. Il-Karta ma testendix il-fakulta tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe qorti jew tribunal tal-Polonja jew tar-Renju Unit, li ssib li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet, il-prattiki jew l-azzjonijiet amministrattivi tal-Polonja jew tar-Renju Unit huma inkonsistenti mad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji fundamentali li hija tafferma mill-ġdid.

2. B’mod partikolari, u sabiex jiġi evitat kull dubbju, xejn fit-Titolu IV tal-Karta ma joħloq drittijiet ġustizzjabbli applikabbli għall-Polonja jew għar-Renju Unit, ħlief sa fejn il-Polonja jew ir-Renju Unit ikunu ipprevedew tali drittijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Artikolu 2

Meta dispożizzjoni tal-Karta tirriferi għall-prattiki u l-liġijiet nazzjonali, din għandha tapplika għall-Polonja jew għar-Renju Unit biss fil-limitu li d-drittijiet jew il-prinċipji li jinsabu fiha jkunu rikonoxxuti fil-liġi jew fil-prattiki tal-Polonja jew tar-Renju Unit.

  • Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali

Bl-istess mod, l-Artikolu 6(2) TUE jippreċiża li l-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Il-Protokoll Nru 8 jindika li l-ftehim dwar l-adeżjoni għandu jippreċiża b’mod partikolari li l-arranġamenti speċifiċi għall-parteċipazzjoni eventwali tal-Unjoni fil-korpi ta’ kontroll tal-Konvenzjoni Ewropea u l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-proċedimenti minn Stati mhux Membri u l-applikazzjonijiet individwali jkunu indirizzati b’mod korrett lill-Istati Membri u/jew l-Unjoni skond il-każ. Din l-adeżjoni tal-Unjoni la tolqot il-kompetenzi tagħha u lanqas is-setgħat tal-istituzzonijiet tagħha.

Artikolu 6 TUE

Artikolu 6
(ex Artikolu 6 TUE)

1. L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta m’għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi ta’ l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Titolu VII tal-Karta li jirregolaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha u b’kont debitu meħud ta’ l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2. L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m’għandhiex taffettwa l-kompetenzi ta’ l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

3. Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ l-Unjoni.

Protokoll Nru 8

PROTOKOLL (Nru 8)

DWAR L-ARTIKOLU 6(2) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ADEŻJONI TA’ L-UNJONI GĦALL-KONVENZJONI EWROPEA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

 

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-ftehim dwar l-adeżjoni ta’ l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni Ewropea”), previst fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-Unjoni u tad-dritt ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

a) l-arranġamenti speċifiċi għall-parteċipazzjoni eventwali ta’ l-Unjoni fil-korpi ta’ kontroll tal-Konvenzjoni Ewropea;

b) l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-proċedimenti minn Stati mhux Membri u l-applikazzjonijiet individwali jkunu indirizzati b’mod korrett lill-Istati Membri u/jew l-Unjoni skond il-każ.

Artikolu 2

Il-ftehim previst fl-Artikolu 1 għandu jassigura li l-adeżjoni ta’ l-Unjoni ma tolqotx il-kompetenzi tagħha u s-setgħat ta’ l-istituzzonijiet tagħha. Għandu jassigura li xejn fih ma jolqot is-sitwazzjoni partikolari ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea, b’mod partikulari fir-rigward tal-Protokolli tagħha, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jidderogaw mill-Konvenzjoni Ewropea, skond l-Artikolu 15 tagħha, u r-riservi għall-Konvenzjoni Ewropea magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 57 tagħha.

Artikolu 3

Xejn fil-ftehim previst fl-Artikolu 1 m’għandu jolqot l-Artikolu 344 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ir-restrizzjonijiet għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja:

  • Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK)

Għalkemm il-kunċett ta’ pilastru tneħħa bit-Trattat ta’ Lisbona, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) , skont it-Titolu V tat-Trattat UE, (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE) tibqa’ “suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi”. Għalhekk, skont dan l-istess artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll il-miżuri adottati abbażi tagħhom (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE).

Artikolu 24 TUE

Artikolu 24
(ex Artikolu 11 TUE)

1. Il-kompetenza ta’ l-Unjoni f’materji ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha tkopri l-oqsma kollha tal-politika estera u l-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà ta’ l-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni, li tista’ twassal għal difiża komuni.

Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma’ l-Artikolu 40 ta’ dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta’ l-azzjoni esterna tagħha, l-Unjoni għandha tmexxi, tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta’ sigurtà komuni bbażata fuq l-iżvilupp ta’ solidarjetà politika reċiproka bejn l-Istati Membri, fuq l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ interess ġenerali u t-twettiq ta’ konverġenza dejjem akbar ta’ l-azzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta’ sigurtà ta’ l-Unjoni attivament u mingħajr riserva fi spirtu ta’ lealtà u solidarjetà reċiproka u għandhom jirrispettaw l-azzjoni ta’ l-Unjoni f’dan il-qasam.

L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jtejbu u jiżviluppaw is-solidarjetà politika reċiproka tagħhom. Għandhom joqgħodu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi ta’ l-Unjoni jew li x’aktarx tagħmel ħsara għall-effettività tagħha bħala forza b’koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jassiguraw li dawn il-prinċipji jkunu rispettati.

Artikolu 275 TFUE

Artikolu 275

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandiex tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u lanqas fir-rigward ta’ l-atti adottati abbażi tagħhom.

Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa’ l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 263 ta’ dan it-Trattat dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, dan l-artikolu jipprovdi żewġ eċċezzjonijiet:

1) Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tikkontrolla l-osservanza tad-delimitazzjoni bejn il-PESK u l-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni, għaliex skont l-Artikolu 40 TUE, l-implementazzjoni tal-PESK ma għandhiex taffettwa l-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40 TUE

Artikolu 40
(ex Artikolu 47 TUE)

L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni m’għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta’ l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ l-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-politika prevista f’dawk l-Artikoli m’għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta’ l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ l-Unjoni taħt dan il-Kapitolu.

2) Il-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill, fil-kuntest pereżempju, l-iffriżar ta’ assi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE).

Artikolu 275 TFUE

Artikolu 275

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandiex tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u lanqas fir-rigward ta’ l-atti adottati abbażi tagħhom.

Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa’ l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 263 ta’ dan it-Trattat dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

  • L-operazzjonijiet imwettqa mill-pulizija jew minn awtoritajiet oħra għall-infurzar tal-liġi fi Stat Membru



Il-proċeduri

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari (Artikolu 267 TFUE) tkopri wkoll atti ta’ korpi jew organi tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta u tistħarreġ il-validità tagħhom fuq talba tal-qrati nazzjonali sabiex, pereżempju, ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 267 TFUE

Artikolu 267
(ex Artikolu 234 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha jkollha l-kompetenza li tagħti sentenzi preliminari dwar:

a) l-interpretazzjoni tat-Trattati;

b) il-validità u l-interpretazzjoni ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet, korpi jew organi ta’ l-Unjoni;

Meta l-kwistjoni titqajjem quddiem xi qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, dik il-Qorti jew tribunal jistgħu, jekk ikun jidhrilhom li deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza, jitolbu lill-Qorti sabiex tagħti deċiżjoni dwarha.

Meta l-kwistjoni titqajjem f’każ pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal, għandhom jirriferu l-kwistjoni lill-Qorti.

Jekk din il-kwistjoni titressaq f’każ pendenti quddiem ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ persuna miżmuma f’ kustodja, il-Qorti għandha taġixxi mill-aktar fis possibbli.

Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari (PUDP)

It-Trattat ta’ Lisbona jintroduċi dispożizzjoni li tgħid li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fl-iqsar terminu jekk titressaq domanda preliminari f’kawża pendenti quddiem qorti nazzjonali fir-rigward ta’ persuna miżmuma f’kustodja. Għalhekk, issir referenza fit-test stess tat-Trattat għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari (PUDP), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008, li tapplika għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja ( ara l-Informazzjoni għall-istampa 12/08 ).

Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikorsi ppreżentati minn individwi

It-Trattat ta’ Lisbona jtaffi l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikorsi mressqa minn individwi (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) kontra d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni.

L-individwi jistgħu jippreżentaw rikors kontra att regolamentari li jolqothom direttament u jekk ikun nieqes minn miżuri ta’ infurzar. Għalhekk, għal dak li jirrigwarda dawn it-tipi ta’ atti, l-individwi ma għandhomx iktar għalfejn juru li huma individwalment ikkonċernati b’dan l-att (Artikolu 263 TFUE).

Artikolu 263 TFUE

Artikolu 263
(ex Artikolu 230 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha teżamina l-legalità ta’ atti leġislattivi, ta’ l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, minbarra ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, u ta’ atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta’ terzi. Din għandha tikkontrolla wkoll il-legalità ta’ l-atti ta’ korpi jew organi ta’ l-Unjoni maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti taħt l-istess kondizzjonijiet sabiex tiddeċiedi rikorsi mill-Qorti ta’ l-Awdituri, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.

Atti li jistabbilixxu korpi u organi ta’ l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar rikorsi mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta’ dawn il-korpi jew organi maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.

Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinbdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta ir-rikorrent ikun sar jaf bih, skond il-każ.

L-istħarriġ tal-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà taħt l-Artikolu 5 TUE, Stat Membru jista’ jippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rikors għall-annullament ta’ att leġiżlattiv għall-ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà adottat minn parlament nazzjonali jew minn kamra tiegħu. Ir-rikors għandu jiġi formalment ippreżentat mill-gvern ta’ Stat iżda jista’ wkoll jiġi sempliċement “trażmess” minn dan il-gvern, bl-awtur reali ta’ dan ir-rikors ikun il-parlament nazzjonali jew kamra tiegħu. Bl-istess mod, il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jinvoka l-ksur ta’ dawn il-prinċipji, u dan, fil-limitu ta’ atti li dwarhom il-konsultazzjoni hija obbligatorja.

Artikolu 5 TUE

Artikolu 5
(ex Artikolu 5 TKE)

1. Il-limiti tal-kompetenzi ta’ l-Unjoni huma regolati mill-prinċipju ta’ l-għoti tal-kompetenzi. L-eżerċizzju ta’ dawn il-kompetenzi huwa regolat mill-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

2. Skond il-prinċipju ta’ l-għoti tal-kompetenzi, l-Unjoni għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex twettaq l-objettivi stabbiliti minn dawn it-Trattati. Il-kompetenzi kollha li ma jingħatawx lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri.

3. Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi ta’ l-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell ta’ l-Unjoni.

L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà skond il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jaraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċedura prevista fil-Protokoll imsemmi.

4. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma ta’ l-azzjoni ta’ l-Unjoni m’għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu l-objettivi tat-Trattati.

L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Estensjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju għall-atti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-korpi tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex teżamina l- legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni intiżi sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward ta’ terzi (Artikolu 263 TFUE).

Artikolu 263 TFUE

Artikolu 263
(ex Artikolu 230 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha teżamina l-legalità ta’ atti leġislattivi, ta’ l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, minbarra ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, u ta’ atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta’ terzi. Din għandha tikkontrolla wkoll il-legalità ta’ l-atti ta’ korpi jew organi ta’ l-Unjoni maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti taħt l-istess kondizzjonijiet sabiex tiddeċiedi rikorsi mill-Qorti ta’ l-Awdituri, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.

Atti li jistabbilixxu korpi u organi ta’ l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar rikorsi mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta’ dawn il-korpi jew organi maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.

Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinbdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta ir-rikorrent ikun sar jaf bih, skond il-każ.

Fl-istess kundizzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex issa tieħu konjizzjoni tar-rikorsi kontra atti tal-Kunsill Ewropew - inkluż meta jonqos illegalment milli jaġixxi - billi dan ġie rrikonoxxut mit-Trattat ta’ Lisbona bħala istituzzjoni sħiħa għaliha.

Skont l-Artikolu 269 TFUE il-ġdid, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill meta dawn ikunu kkonstataw, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 TUE, riskju ċar ta’ ksur gravi jew l-eżistenza ta’ ksur gravi u persistenti minn dan l-Istat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE (rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, id-drittijiet tal-bniedem, etc.).

Artikolu 269 TFUE

Artikolu 269

Il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex tkun kompetenti li tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ħlief fuq talba ta’ l-Istat Membru suġġett għall-kostatazzjoni tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, u biss fir-rigward tad-dispożizzjonijiet proċedurali previsti f’dak l-Artikolu.

Din it-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ tali kostatazzjoni. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien xahar mid-data ta’ dik it-talba.

Artikolu 7 TUE

Artikolu 7
(ex Artikolu 7 TUE)

1. Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.

Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi.

2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden [stiednu] lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.

3. Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.

L-obbligi ta’ l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat.

4. Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’, sussegwentement, ibiddel jew iħassar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt il-paragrafu 3 minħabba tibdil fis-sitwazzjoni li tkun wasslet sabiex dawn ikunu ttieħdu.

5. L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2 TUE

Artikolu 2

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat f’terminu ta’ xahar minn din il-konstatazzjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi f’terminu ta’ xahar mid-data tat-talba.

Rikors għal annullament ippreżentat mill-Kumitat tar-Reġjuni taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-Qorti tal-Awdituri u l-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Kumitat tar-Reġjuni issa jista', bħalma jistgħu diġà jagħmlu l-Qorti tal-Awdituri u l-Bank Ċentrali Ewropew, jikkontesta l-atti li jippreġudikaw il-prerogattivi tiegħu (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE). It-Trattat ta' Lisbona jestendi r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni għall-korpi u għall-organi tal-Unjoni li jastjenu ruħhom illegalment milli jagħtu deċiżjoni (Artikolu 265 TFUE). Dan l-istess artikolu jindika li kull persuna ġuridika jew fiżika tista' tilmenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni jkun naqas milli jindirizzalha att li ma jkunx rakkomandazzjoni jew opinjoni (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE).

Artikolu 263 TFUE

Artikolu 263
(ex Artikolu 230 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha teżamina l-legalità ta’ atti leġislattivi, ta’ l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, minbarra ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, u ta’ atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta’ terzi. Din għandha tikkontrolla wkoll il-legalità ta’ l-atti ta’ korpi jew organi ta’ l-Unjoni maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti taħt l-istess kondizzjonijiet sabiex tiddeċiedi rikorsi mill-Qorti ta’ l-Awdituri, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.

Atti li jistabbilixxu korpi u organi ta’ l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar rikorsi mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta’ dawn il-korpi jew organi maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.

Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinbdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta ir-rikorrent ikun sar jaf bih, skond il-każ.

Artikolu 265 TFUE

Artikolu 265
(ex Artikolu 232 TKE)

Jekk il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Bank Ċentrali Ewropew, bi ksur tat-Trattati, ma jieħdux azzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħra ta’ l-Unjoni jistgħu jiftħu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex dan il-ksur jiġi ikkonstatat. Dan l-Artikolu għandu japplika bl-istess kondizzjonijiet, għal korpi u organi ta’ l-Unjoni li jonqsu milli jaġixxu.

Ir-rikors ikun ammissibli biss jekk l-istituzzjoni, korp jew organu involut ikun l-ewwel ġie msejjaħ sabiex jieħu azzjoni. Jekk fi zmien xahrejn minn meta tkun ġie hekk imsejjaħ, l-istituzzjoni, korp jew organu involut ma jkunx spjega l-pożizzjoni tiegħu, ir-rikors jista’ jinġieb f’terminu ġdid ta’ xahrejn.

Kull persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet indikati fil-paragrafi ta’ hawn fuq, tilmenta quddiem il-Qorti li xi istituzzjoni jew xi wieħed mill-korpi jew organi ta’ l-Unjoni tkun naqset milli tagħmel xi att fir-rigward ta’ dik il-persuna barra minn rakkomandazzjoni jew opinjoni.

Artikolu 264 TFUE

Artikolu 264
(ex Artikolu 231 TKE)

Jekk l-azzjoni tkun fondata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara d-deċiżjoni in kwistjoni bħala nulla.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk tikkunsidra dan meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti ta’ l-att li ddikjarat null għandhom jiġu kkunsidrati bħala definittivi.

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

0 Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jista’ jiġi ppreżentat kontra Stat Membru li naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni. Jista’ jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru ieħor.

Jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istat Membru kkonċernat ikollu jikkonforma ruħu mas-sentenza fl-inqas żmien possibbli. Fil-każ tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ din l-ewwel sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tista’ tibda proċedura ġdida għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu iżda mhijiex obbligata tibgħat opinjoni motivata lill-Istat Membru qabel ma tressaq il-kawża għat-tieni darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tista’ timponi fuq l-Istat Membru sanzjonijiet pekunjarji (il-ħlas ta’ somma f’daqqa u/jew ta’ pagamenti ta’ penalità) permezz ta’ sentenza oħra għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 260(1) u (2) TFUE).

Barra minn hekk, fil-każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkonstata n-nuqqas u timponi direttament fuq l-Istat Membru, mill-istadju tal-ewwel sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-ħlas ta’ sanzjonijiet pekunjarji sal-limitu tal-ammont indikat mill-Kummissjoni, li jidħlu fis-seħħ mid-data stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha (Artikolu 260(3) TFUE).

Artikolu 260 TFUE

Artikolu 260
(ex Artikolu 228 TKE)

1. Jekk lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea ssib li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligazzjoni taħt it-Trattati, l-Istat ikun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimxi mas-sentenza tal-Qorti.

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-oservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.

Jekk lill-Qorti jirriżultalha li l-Istat Membru involut ma jkunx mexa skond is-sentenza tagħha, din tista’ timponi fuqu l-ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penalità.

Din il-proċedura ma tippreġudikax id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 259.

3. Meta l-Kummissjoni tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 258, fuq il-bażi li l-Istat Membru konċernat ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jinnotifika miżuri li jittrasponu direttiva adottata skond il-proċedura leġislattiva, din tista’, meta jidhrilha xieraq, tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat u li hi tikkunsidra xieraq fiċ-ċirkostanzi.

Jekk il-Qorti ssib li hemm ksur ta’ liġi tista’ timponi l-ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penalità fuq l-Istat Membru kkonċernat, li ma tkunx taqbeż l-ammont speċifikat mill-Kummissjoni. L-obbligu tal-ħlas għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita mill-Qorti fis-sentenza tagħha.

Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali

L-Artikolu 10 tal-Protokoll Nru 36 issa jipprovdi li l-Kummissjoni, wara perijodu ta’ ħames snin, tista’ tippreżenta rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jikkonċernaw miżuri dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali meħuda qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

Protokoll Nru 36, Artikolu 10

PROTOKOLL (Nru 36)

DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 10

1. Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta’ atti ta’ l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kompetenzi ta’ l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l- Artikolu 35 (2) ta’ l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. L-emendar ta’ att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta’ l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

3. Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

4. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista’ jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta’ l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta’ l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m’għandux japplika fir-rigward ta’ l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta’ konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m’għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f’dawk l-atti.

5. Ir-Renju Unit jista’, fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f’atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F’dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta’ l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta’ parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta’ l-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.



.tdcss { border-top-width: 1px; border-top-style: solid; border-top-color: #3D2E32; width: 25%; } .tdnocss { border-style: none; } .trcss { font-size: 1px; }

   

1 . Tkompli teżisti biss il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jew “Euratom” ( Protokoll Nru 2 li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, anness mat-Trattat ta’ Lisbona).

2 . Artikolu 3 tal- Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, anness mat-TUE u mat-TFUE.

3 . Dikjarazzjoni (Nru 38) dwar l-Artikolu 252 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

4 . Id-Dikjarazzjoni (Nru 17) dwar il-Primat tfakkar li “skond każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Trattati u l-liġijiet adottati mill-Unjoni abbażi tat-Trattati għandhom il-primat fuq il-liġi ta’ l-Istati Membri, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-każistika msemmija”. Barra minn hekk, wara din id-dikjarazzjoni hemm opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2007 dwar il-primat tal-liġi li tippreċiża li “jirriżulta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-primat tal-liġi tal-KE huwa prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. [...]. Il-fatt li l-prinċipju tal-primat ma jkunx inkluż fit-Trattat futur bl-ebda mod mhu ser ibiddel l-eżistenza tal-prinċipju jew il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja”.

5 . Għall-atti adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, “[i]s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l- Artikolu 35 (2) ta’ l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.” Din il-miżura tranżitorja “tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.”

6 . Min-naħa l-oħra, it-Trattat ta’ Lisbona jżomm ir-regola ta’ unanimità għal kwistjonijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-familja, iżda jipprovdi bridging clause li tippermetti lill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, li jestendi l-proċedura leġislattiva ordinarja, minkejja li kull Parlament nazzjonali jista’ jopponi għal dan l-iżvilupp.

7 . Ir-Renju Unit u l-Irlanda jibbenefikaw, mit-Trattat ta’ Amsterdam, minn trattament derogatorju fir-rigward ta’ miżuri dwar il-moviment liberu ta’ persuni, l-ażil, l-immigrazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, kif ukoll fir-rigward tal-miżuri l-ġodda li jiżviluppaw l-“acquis ta’ Schengen” li għalihom ma jipparteċipawx. It-Trattat ta’ Lisbona jżomm din is-sistema derogatorja. Il- Protokoll Nru 21 , anness mat-Trattat TFUE, jestendihom għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Bl-istess mod, id-Danimarka tibbenefika minn deroga permezz tal- Protokoll Nru 22 .

8 . It-test tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni huwa ppubblikat fil- ĠUUE C303 tal-14.12.2007 .

9 . Doc 15265/09 CONCL 3. Dawn il-konklużjonijiet (punt 2) jippreċiżaw li, “[...] fid-dawl tal-pożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, il-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet ftehmu li jannettu, fil-konklużjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni li jmiss, skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom, il-Protokoll (Anness 1) mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]