Mur għall-kontenut ewlieni



Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali jistgħu jassistu għas-seduti pubbliċi li jinżammu matul il-perijodi ta’ sessjoni ġudizzjarja. Bħala regola ġenerali s-seduti pubbliċi jinżammu t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis u jibdew fid-9.30. It-tul tas-seduti jvarja. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-aġenda tas-seduti sabiex tagħmel l-għażla tiegħek. Ebda reġistrazzjoni minn qabel mad-Dipartiment taż-Żjarat ma hija neċessarja.

Il-viżitatur individwali li jixtieq jassisti għal seduta pubblika tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali huwa mitlub li jippreżenta ruħu fid-daħla tal-viżitaturi (mappa), u għandu jġib il-karta tal-identità tiegħu, il-passaport tiegħu jew il-liċenzja tas-sewqan tiegħu sabiex jingħata karta ta’ identifikazzjoni. Huwa mitlub li wieħed jasal mhux iktar tard minn 15‑il minuta qabel is-seduta. Il-postijiet disponibbli huma limitati u l-ebda riżervazzjoni ma hija possibbli. Matul is-seduta, il-viżitaturi għandhom josservaw l-indikazzjonijiet ta’ sigurtà u r-regoli ta’ mġiba.

 

Pjan intern tal-Qorti