Selezzjoni tal-iktar sentenzi importanti

Is-Selezzjoni tas-sentenzi ewlenin hija pubblikazzjoni annwali li tiġbor fiha s-sunti tad-deċiżjonijiet ewlenin tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-ewwel edizzjoni, ippubblikata fl‑2023, tiġbor kollezzjoni ta’ sunti tad-deċiżjonijiet mogħtija fl‑2022.

Din il-pubblikazzjoni tidentifika l-iktar żviluppi importanti fil-ġurisprudenza kif identifikati miż-żewġ qrati. B’hekk hija toffri lill-professjonisti tad-dritt analiżi sintetika tal-kontribuzzjonijiet prinċipali tal-ġurisprudenza mogħtija matul is-sena li għaddiet.

Is-Selezzjoni tas-sentenzi ewlenin tieħu l-forma ta’ kompilazzjoni ta’ sunti, organizzati tema b’tema f’ordni ispirat mill-istruttura tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja, qegħdin jiġu rriprodotti s-sunti kollha tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Awla Manja, kif ukoll is-sunti ta’ ċerti sentenzi tal-awli b’ħames Imħallfin, fid-dawl tal-importanza tagħhom, tas-suġġetti ttrattati, tal-interess tagħhom għall-pubbliku u tal-oriġinalità tagħhom. Is-selezzjoni tal-Qorti Ġenerali segwiet loġika simili. Għal kull sunt, qiegħed jingħata hyperlink għat-test tad-deċiżjoni, sabiex b’hekk ikun possibbli aċċess immedjat għall-kontenut tagħha.

Is-Selezzjoni tas-sentenzi ewlenin hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

 

grands arrets 2023 Selezzjoni tas-sentenzi ewlenin, Sena 2023 

 

Snin preċedenti:

Selezzjoni tas-sentenzi ewlenin, Sena 2022

 

Ara wkoll:

Rapporti Annwali