Servizzi għall-midja

Id-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni tipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar l-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

Iż-żewġ Qrati jesprimu ruħhom esklużivament permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom. Id-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni għaldaqstant ma hijiex il-kelliem tagħhom.

Id-Diviżjoni tippubblika, f’waħda jew iktar lingwi, stqarrijiet għall-istampa li jippermettu li wieħed isir jaf malajr il-punti essenzjali tas-sentenzi u tal-konklużjonijiet. Ċerti avvenimenti (udjenzi solenni, żjarat uffiċjali) jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta’ informazzjoni għall-istampa.

Dawn l-istqarrijiet huma disponibbli fis-sit Curia jew permezz ta’ applikazzjoni għall-ismartphones u t-tablets (Android u Apple), u huma wkoll disponibbli permezz ta’ RSS feed.

Il-ġurnalisti jistgħu wkoll jikkuntattjaw wieħed mill-kollaboraturi tad-Diviżjoni u jinkitbu f’lista biex jirċievu l-istqarrijiet għall-istampa bil-posta elettronika kif ukoll informazzjoni oħra aġġornata li tikkonċerna l-aġenda (Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data).

L-aġenda tkopri perijodu ta’ ħames ġimgħat u tħabbar is-seduti għas-sottomissjonijiet orali, għall-qari tal-konklużjonijiet u għall-għoti tas-sentenzi. Din tinkludi wkoll l-informazzjoni ġenerali fuq il-kawżi ttrattati.

It-test sħiħ tas-sentenzi u tal-konklużjonijiet ikun disponibbli fis-sit Curia, ġeneralment minn nofsinhar CET (Ħin Ċentrali Ewropew) ’il quddiem tal-ġurnata ta’ meta jingħataw.

Barra minn hekk, jistgħu jiġu organizzati laqgħat ma’ Mħallfin jew ma’ Avukati Ġenerali mill-persuna responsabbli mit-taqsima lingwistika kompetenti.

Fl-aħħar nett, id-Dipartiment iżomm ruħu għad-dispożizzjoni ta’ professjonisti fil-qasam tal-midja għal kull spjegazzjoni fir-rigward tat-terminoloġija legali u għal kwistjonijiet ta’ dritt diskussi fid-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Unjoni.

 

Għal iktar informazzjoni:

- It-tim tad-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni
- Stqarrijiet għall-istampa
- RSS feed
- Il-Media Soċjali
Aġenda
- Formola ta' riċerka tal-ġurisprudenza