PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Couleur Chapitre Gris Tipographie
Image Chapitre
Titre d'image Chapitre (infobulle)
Texte alternatif d'image Chapitre
Contenu

Fl-età tal-kompjuters u tal-internet, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali saru temi estremament sensittivi. B'mod partikolari l-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għal żewġ domandi f'dan il-qasam: jeżisti dritt li tintesa' fil-magni tat-tiftix, u d-data personali taċ-ċittadini tal-Unjoni huma suffiċjentement protetti fi ħdan u lil hinn minn din l-Unjoni?

Fl-2014, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet id-"dritt li tintesa'" fuq il-magni tat-tiftix. B'hekk persuna li tixtieq li link li jwassal għal informazzjoni dwar il-ħajja privata tagħha ma tidhirx iktar wara tiftixa mwettqa fuq il bażi ta' isimha tista' titlob lill- utenti tal-magna tat-tiftix u, fil-każ ta' rifjut, lill-awtoritajiet kompetenti biex jitneħħa dan il-link mil lista mir-riżultati. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, f'ċerti każijiet, id-dritt għall-informazzjoni tal-pubbliku jista' jwaqqaf talba għal tneħħija (sentenza tat-13 ta' Mejju 2014, Google Spain u Google, C-131/12).

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fl-2015 annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tippermetti lil Facebook tittrasferixxi d-data personali tal-abbonati Ewropej tagħha lejn l-Istati Uniti, b'mod partikolari għaliex din id-deċiżjoni ma kinitx tiggarantixxi protezzjoni adegwata kontra l-aċċess mill-awtoritajiet Amerikani għad-data ttrasferita mill-pajjiżi tal-Unjoni (sentenza tas-6 ta' Ottubru 2015, Schrems, C-362/14).

Document