Rapport annwali

Panorama tas-sena

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja ħa xejra ġdida: il-Panorama tas-sena issa hija l-pubblikazzjoni prinċipali dwar l-attività tal-istituzzjoni u l-ġurisprudenza taż-żewġ qrati tagħha matul is-sena ta’ qabel.

Din il-pubblikazzjoni tinkludi l-kontribuzzjonijiet tal-Presidenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali dwar l-attività u l-evoluzzjoni ta’ kull qorti, flimkien ma’ dettalji fil-forma ta’ statistika. L-innovazzjonijiet ġurisprudenzjali tal-Qorti Ġenerali huma ppreżentati mill-Viċi President tagħha.

Din l-edizzjoni tipproponi taqsima ġdida, intitolata “Focus fuq il-ġurisprudenza”, li l-għan tagħha huwa li tagħti informazzjoni, b’mod approfondit u pedagoġiku, lill-professjonisti u lill-pubbliku ġenerali dwar il-kawżi ewlenin tas-sena.

Panorama tas-sena

 

 

Ara wkoll:

Rapport ta’ ġestjoni

Kull sena, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega tal-Istituzzjoni jagħti rendikont lill-awtoritajiet tal-baġit tal-Unjoni, konformement mar-regoli finanzjarji applikabbli, tal-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet u tan-nefqa tal-Istituzzjoni fil-forma ta’ rapport annwali tal-attivitajiet. Dan ir-rapport, imsejjaħ ir-Rapport ta’ ġestjoni, b’mod partikolari jinkludi r-riżultati miksuba mill-Istituzzjoni permezz tar-riżorsi allokati lilha u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern.

Rapport de gestion