Mur għall-kontenut ewlieni

IL-BAGALJI

Couleur Chapitre Pale Carmine
Image Chapitre
Titre d'image Chapitre (infobulle)
Texte alternatif d'image Chapitre
Contenu

Fost id-domandi li jikkonċernaw il-bagalji, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tippreċiża l-ammont massimu li passiġġier jista' jitlob għall-kumpens tad-dannu materjali u morali tiegħu b'riżultat tad-distruzzjoni jew tat-telf tal-bagalji tiegħu. Din eżaminat ukoll il-possibbiltà għall-kumpanniji tal-ajru li jiffatturaw lill- passiġġieri l-prezz għat-trasport tal-bagalji.

Skont il-Konvenzjoni ta' Montréal tal-1999, ir-responsabbiltà tal-kumpannija tal-ajru fil-każ ta' distruzzjoni jew telf ta' bagalji hija limitata għas-somma ta' madwar EUR 1 300. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-limitu massimu jkopri kull tip ta' dannu, jiġifieri kemm id-dannu materjali kif ukoll id-dannu morali. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-istabbiliment ta' limitu massimu għall kumpens jikkonċerna lid-dannu kollu subit minn kull passiġġier, indipendentement min-natura tad-dannu (sentenza tas-6 ta' Mejju 2010, Walz, C-63/09).
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-prezz tat-trasport tal-bagalji jista' jiġi ffatturat apparti mill-prezz tal-biljett tal-ajru, kif jipprattikaw il-parti l-kbira tal-kumpanniji tal-ajru low cost. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-bagalji ttrasportati fil-kabina ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' żieda fil-prezz, minħabba l-fatt li għandhom jitqiesu li huma element indispensabbli għat-trasport tal-passiġġieri (sentenza tat-18 ta' Settembru 2014, Vueling Airlines, C-487/12).

 

Document