Couleur Chapitre | Pale Carmine |
Image Chapitre |
![]() |
Titre d'image Chapitre (infobulle) | |
Texte alternatif d'image Chapitre | |
Contenu |
Fost id-domandi li jikkonċernaw il-bagalji, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tippreċiża l-ammont massimu li passiġġier jista' jitlob għall-kumpens tad-dannu materjali u morali tiegħu b'riżultat tad-distruzzjoni jew tat-telf tal-bagalji tiegħu. Din eżaminat ukoll il-possibbiltà għall-kumpanniji tal-ajru li jiffatturaw lill- passiġġieri l-prezz għat-trasport tal-bagalji. Skont il-Konvenzjoni ta' Montréal tal-1999, ir-responsabbiltà tal-kumpannija tal-ajru fil-każ ta' distruzzjoni jew telf ta' bagalji hija limitata għas-somma ta' madwar EUR 1 300. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-limitu massimu jkopri kull tip ta' dannu, jiġifieri kemm id-dannu materjali kif ukoll id-dannu morali. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-istabbiliment ta' limitu massimu għall kumpens jikkonċerna lid-dannu kollu subit minn kull passiġġier, indipendentement min-natura tad-dannu (sentenza tas-6 ta' Mejju 2010, Walz, C-63/09).
|
Document |